It-tfal x’qegħdin jieħdu mil-logħba tal-Futsal? (FMA Futsal Festival 3)

Sunday, December 4, 2016, 12:14

L-FMA Junior Festival, kif issa saret drawwa f’dawn l-aħħar ġimgħat, kompla bil-logħbiet it-Tlieta li għaddiet, u propju bħat-Tlieta li għadda, kellna biss żewġ logħbiet u mhux tlieta, kollha fil-Padiljun Nazzjonali tal-Basketball f’Ta’ Qali.

Marsaxlokk….6

Sliema…….7

Line-ups:

M’Xlokk-I.Azzopardi, S.Cachia, M.Mifsud, J.Ciantar, K.Dimech, R.Grech, L.Pace, C.Cassar, C.Joyce, J.Spiteri De Barro

Sliema-M.Edeeb, J.Pullicino, L.Magro Attard, O.Urmoral, A.Al-Sadi, M.El Kaboush, J.Nicholl, J.C. Bugejor, M.Al Madsud, N.Barly

 ————————————————————————————————————————————————————-

Pieta….6

Mosta..3

Line-ups:

Pieta-J.Farrugia, R.Caruana, N.Cope, L.Accarino, I.Farrugia, D.Formston, J.Scerri, D.Marco

Mosta-S.Ellul, M.Cutajar, S.Degabriele, N.Muscat, R.Caruana

————————————————————————————————————————————————————-

F’dawn l-aħħar ġimgħat reġa’ kellna l-opportunita’ nitkellmu ma’ Kenneth Fiteni, wieħed mill-koordinaturi ta’ dan il-festival. Tkellimna miegħu fuq it-tfal, x’qed jieħdu mill-fatt li qed jilgħabu l-futsal. Qalilna li hu qed jara li l-futsal minnu nnifsu qed jagħti kontinwament l-element pożittiv t’opportunita’ lit-tfal, biex jaħsbu u jiddeċiedu malajr kemm jista jkun, kemm meta għandhom il-ballun f’saqajhom (xi jridu jagħmlu, fejn jistgħu jqassmu, fost oħrajn), u kemm meta sħabhom għandhom il-ballun (fejn hemm l-ispazju, kemm jistgħu jkunu t’għajnuna, fost oħrajn), apparti li jgħinhom ferm, jekk ‘il quddiem jitħajru anke jidħlu fid-dinja tal-futbol.

————————————————————————————————————————————————————-

Dawn huma l-logħbiet li jmiss nhar it-Tlieta 6 ta’ Diċembru 2016

Luxol vs Mosta (Fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, Pembroke)

Balzan vs Malta Futsal School (Fil-Padiljun tal-Basketball, Ta’ Qali)

Żebbuġ vs Marsaxlokk (Fil-Padiljun tal-Basketball, Ta’ Qali)

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

Mosta vs Pieta

————————————————————————————————————————————————————-

Mosta vs Pieta

————————————————————————————————————————————————————-

Marsaxlokk vs Sliema

————————————————————————————————————————————————————-

Marsaxlokk vs Sliema





Leave a comment