FMA Futsal Festival (Juniors) organised (FMA Futsal Festival 0)

Wednesday, October 26, 2016, 21:56

Gavin Muscat

F’għeluq il-ħames sena mit-twaqqif tagħha, il-Futsal Malta Association ser tniedi għall-ewwel darba kampjonat għat-tfal imsejjaħ FMA Futsal Festival.  L-ewwel edizzjoni se tkun immirata għal dawk it-tfal (subien u bniet) li twieldu bejn 2004-2005 (U12/13). Għal dan il-kampjonat, l-FMA kellha konkorrenza tajba u l-format ġie diskuss flimkien mal-klabbs parteċipanti sabiex jiġi assigurat li jintlaħaq l-iskop prinċipali.
Kif inhu magħruf fuq livell internazzjonali, il-Futsal hija logħba intiża biex tgħin fl-iżvilupp tekniku tal-plejers speċjalment f’eta żgħira.  Huwa fatt magħruf li idoli sportivi bħal Cristiano Ronaldo, Messi, Ronaldinho, Andres Iniesta u oħrajn jirrikonoxxu it-teknika tagħhom għall-fatt li kienu jilagħbu l-futsal ta’ età żgħira. (Nistednukhom taraw dan il-vidjow promozzjonali - https://www.youtube.com/watch? v=N363IBhvq9Q)

Disa’ timijiet applikaw għall-ewwel edizzjoni tal-FMA Futsal Festival. Dawn huma Luxol, Swieqi, Sliema, Zebbug, Mosta, Pieta, M`Xlokk, Balzan u l-Malta Futsal School. Il-logħob ser isir kollu nhar ta`Tlieta fil-Padilljun tal-Basketball ġewwa Ta`Qali kif ukoll ġewwa l-Iskola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke.




Leave a comment