Flyers Jirbħu is-Super Cup għall-ewwel Darba

Tuesday, October 22, 2013, 10:08

Flyers vs Paola Hibs: 3-0 (27-25, 25-2, 25-20,)

Flyers temmew id-dominju ta’ Paola Hibs u irnexxielom jirbhu s-super Cup femminili ghal-ewwel darba fl-istorja tal-klabb taghhom. Dan kien l-ewwel unur prestiggjuz fil-kategorija tal-kbar wara li fil-passat rebhu bosta unuri fil-kategorija taz-zghar.  Ghal Paola Hibs inhass hafna n-nuqqas ta’ plejers bhall-Alison Borg, Daniela Bonnici u Gertrude Zarb li kienu determinanti fil-hafna unuri li nkisbu fis-snin  precedenti.

L-ewwel set kien bilancjat fejn Paola Hibs taht il-kowc il-gdid Simon Borg bdew tajjeb hafna u poggew f’diffikulta lil Flyers li ikkomettew hafna zbalji  fl-attakki taghhom. Kien Time out mil-kowc ta Flyers Charles Gauci li issetilja lil Flyers u rebhu l-ewwel set 27-25.

Fit-tieni set l-istorja kienet kompletament differenti fejn b’ services tajbin mghotija minn Dorianne Bonnici u Dorienne Grech  ma taw l-ebda cans lill-plejers ta’ Paola biex jissetiljaw u jirreaġixxu u rebhu facilment 25-2.

Flyers komplew jiddominaw anke t-tielet set anke jekk ghamlu xi sostituzzjonijiet biex jaghtu cans lil plejers kollha fuq il-bank.   Huma kienu l-ahjar tim f’dan is-set u irnexxielhom jtemmu t-tielet set b’vantagg ta’ 5 punti.

Fl-ahhar tal-loghba Flyers gew prezentati bis-Super Cup mill-President tal-Malta Volleyball Association Mr Vlahovic fost il-ferh tal-plejers, dirigenti u partitarji tat-tim.

 

 





Leave a comment