Flotta Rekord għat-Tigrija ta’ 600 Mil

Tuesday, June 18, 2013, 14:59

25 jott klassici tal-qlugħ se jaslu f’Malta bis-sidien tagħhom, l-ekwipaġġi u l-armata ta’ partitarji li ġejjin bil-baħar u bil-jets privati għat-tmiem drammatiku tal-Camper & Nicholsons Trophée Bailli du Suffren biex jiċċelebraw rabtiet storiċi u moderni bejn Malta u Saint Tropez.

It-Tigrija ta’ 600 mil Trophée Bailli du Suffren – www.bdsrace.com – fil-fatt tieħu isimha minn Ammirall Franċiż famuż tas-seklu tmintax, Pierre André de Suffren de Saint-Tropez li qattgħa l-karriera bikrija tiegħu f’Malta u filwaqt li kien hawn irċeva t-titolu ta’ “Bailli de Suffren” mill-Kavallieri ta’ San Ġwann.

It-tielet iben tal-Markiz de Saint Tropez, kap ta’ familja ta’ nobbli ta’ Provence, Pierre André kien magħrufa mal-baħħara u l-għedewwa tiegħu (partikolarment l-Ingliżi)bħala “Ammiral Satana”. Il-mod kif kien jisfrutta is-sitwazzjoni bħala gwerrier ġab fuqu fama fi Franza l-pajjiż nattiv tiegħu komparabbli ma’ dik ta’ Horatio Nelson fil-Gran Brittanja. Sal-lum, seba’ bastimenti navali tal-flotta Franċiża ngħataw l-isem ta’ Suffren għal-unur tiegħu filwaqt li l-istatwa tiegħu għadha tiddomina l-moll prinċipali f’SaintTropez.

Il Trophée Bailli de Suffren hija magħrufa bħala “L-Isbaħ Tiġrija tal-Jottijiet filMediterran” mhux biss għall-sbuħija tal-jottijiet speċjali li jieħdu sehem, iżda wkoll għall-”l-ispirtu informali” uniku tagħha u l-portijiet eżotici li jimmarkaw ik-korsa tat-tiġrija. Issa fit-tnax l-edizzjoni tagħha, hija l-itwal tellieqa off-shore għall-jottijiet klassici ta’ aktar minn 11-il metru. Il-bidu mill-Saint-Tropez din is-sena huwa għal nħar is-Sibt 22 ta’ Ġunju u tintemm madwar għaxar tijiem aktar tard fil Camper & Nicholsons Malta Grand Harbour Marina wara waqfiet f’Porto Rotondo, Sardinja u Trapani, Sqallija. It-tigrija kienet oriġinarjament l-idea ta’ tliet ħbieb li qasmu viżjoni: Henri-Christian Schroeder issa “Commodore” tal-Trophée Bailli de Suffren, Christian Benoit kofundatur tat-tigrija u l-President tal-Marenostrum Racing Club u Pierre Hugo “Admiralissimo” tal-Bailli de Suffren u l-Viċi President tal- Marenostrum Racing Club. Ben Stuart, General Manager, tal-Grand Harbour Marina ssieħeb mat-tim eżekuttiv tat-tellieqa s-sena l-oħra meta Camper & Nicholsons Marinas iffirmaw bħala sponsors ewlenin għall-ħames snin li ġejjin, fejn ħolqu assoċjazzjoni bejn tellieqa famuża ta’ jottijiet klassici u waħda mill-eqdem u l-aktar ismijiet prestiġjużi fl-industrija tal-jottijiet. “L-għan tagħna meta is-sena l-oħra dħalna bħala sponsor ewlenija ma kienx biss biex ngħollu l-profil u l-għadd ta’ dgħajjes li jieħdu sehem f’din it-tellieqa speċjali iżda aktar importanti minn hekk biex nikkonfermaw lill Malta bħala destinazzjoni ta’ jottijiet sofistikati,” qal Stuart, “Ninsab kuntent li il-flotta din is-sena mhux biss kważi rdoppjat imma tinkludi erba dgħajjes, kull waħda ta’ aktar minn 30 metru. ” Ikkoordinata mill-Marenostrum Racing Club, l-Awtorità Organizzattiva tat-tellieqa hija magħmula minn klabbs tal-jottijiet fil-portijiet ospitanti: is-Société Nautique de SaintTropez, il-Yacht Club Porto Rotondo u r-Royal Malta Yacht Club.

Fil-Trophee Balli de Suffren il-jottijiet itelqu f’żewġ klassijiet, “Vintage” bilklassifikazzjoni CIM u “Classic” jew “Spirtu ta’ Tradizzjoni” taħt klassifikazzjoni IRC. Il-premju ġenerali tal-Trophée Bailli du Suffren hija x-Xabla tal-Unur tal Ammirall Satana.

Il-premju għall-ewwel 193 mil nawtiku minn Saint-Tropez għall Porto Rotondo hija La Coppa dei Quattro Mori; ir-rebbieħ tat-tieni parti ta’ 230 mil nawtiku minn Porto Rotondo sa Trapani jirċievi La Coppa dei Gattopardi u rebħa fil-aħħar 169 mil nawtiku minn Trapani sal-Grand Harbour Marina tirbaħ it-Tazza Corsairs”.

Din is-sena flotta rekord tal-25 dgħajjes klassika li jvarjaw mit-12 il-metru Palynodie II (1965) għal l-impressjonanti schooner klassiku ta’ 69.24 metru bi 3-arbli Atlantic (2010) li se jkun qed jikkompeti kontra l-55 metru Elena (2009), fejn hija mistennija tellieqa eċċitanti u kompetittiva ħafna.

Erba’ rebbieħa tal-passat ta’ l-Bailli qed ifittxu biex jebħu mill-ġdid x-Xabla talUnur tal Ammirall Satana. Lelantina (1937) schooner ta’ 25-metru rebaħ it-tellieqa ta’ introduzzjoni f’2001 kif ukoll l-ewwel tellieqa sħiħa fl-2002; Havsörnen, cutter Bermudjan ta’ 16 il-metru mibni fl-1931, baħħru lejn ir-rebħa fl-2006; Moonbeam IV (1914) cutter Fife ta’ 32 metru kien rebbieħ fis-sena 2008 u Rowdy (1916) fuq disinn ta’ Herreshoff ta’ 20 metru kisbu żewġ rebħiet wara xulxin fl-2009 u l-2010. “L-eqdem” jott f’din l-edizzjoni hija Moonbeam III jott klassiku ta’ 31 metru. Isem regolari fit-tigrijiet klassici għal għexieren ta’ snin, hija inbniet fit-tarzna Fairlie f’Iskozja fl-1903 fuq disinn tal- famużi William Fife. Il-”akbar” jott, ser ikun Atlantic, li nbena fl-2010 fl-Olanda mit-tarzna Van Der Graaf BV u huwa rikonoxxut bħala l-akbar schooner klassiku tat-tlielaq li qatt ġie mibni mill-ġdid. Atlantic hija r-replika leali tal-jott ta’ William Gardner, rebbieħ tat-Tazza Kaiser, fittellieqa transatlantika klassika ta’ 1905.

” Atlantic huwa leġġendarju fuq iċ-ċirkwit tat-tlielaq ta’ jottijiet klassici tal-lum,” qal Ben Stuart, “Bi qlugħ ta’ 18,500 pied kwadru hija verament wirja spettakolari biex tara.” Ironikament, żewġ sekli ilu l-Ammirall Pierre André de Suffren de Saint Tropez kien jirrappreżenta rabta figurattiva bejn il-portijiet ta’ San Tropez u tal-Birgu. Imbagħad f’Ottubru 2012, fl-isfond tat-tigrija Camper & Nicholsons Trophée Bailli de Suffren,rabtiet storiċi bejn iż-żewġ portijiet tal-Mediterran kienu formalizzati meta Saint-Tropez kisbet ġemellaġġ mal-belt tal-Birgu fejn ingħaqdu fi promozzjoni ta’ turiżmu sostenibbli, partikolarment fis-settur l-marittimu.

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Lulju filgħaxija, Camper & Nicholsons Marinas ser jospitaw lpremjazzjoni tat-tellieqa waqt Pranzu “Corsairs” taħt il-ħitan tal-post wirt dinji ta’ UNESCO l-Forti Sant’ Anġlu fil-Grand Harbour Marina fil-Birgu.





Leave a comment