Floriana u Starlites juru progress minkejja t-telf

Monday, October 19, 2015, 20:31

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD – NISA

minn Colin Schembri

Floriana 46

Gżira Athleta 69

(8-12)(13-22)(8-17)(17-18)

Gżira Athleta kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun kontra Floriana 69-46. Floriana wrew progress mill-aħħar logħba tagħhom u kellhom inqas turn-overs u żiedu wkoll l-iscore tagħhom. Inizjalment Athleta sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u  Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ 6-2 wara ħames minuti. Madankollu Athleta wieġbu fl-aħħar 2 minuti tat-taqsima bi break ta’ 10-0 bi tliet baskets minn Antoinette Borg u għalqu s-sessjoni fuq quddiem 12-8. Għal darb’oħra, Floriana kellhom l-ewwel basket tat-tieni perjodu minn Martha Gatt iżda Athleta għamlu run oħra ta’ 15-2 b’ħames punti minn Leanne Sciberras flimkien ma’ Kelly Busuttil u Elena Pace. Floriana kellhom run huma ta’ 7-0 run b’żewġ baskets minn Emily Cassar qabel break finali minn Athleta ta’ 7-2 bi trippla ta’ Busuttil għal punteġġ ta’ 34-21.

FIt-tielet perjodu Athleta żiedu l-vantaġġ tagħhom hekk kif bdew b’run oħra ta’ 10-2 b’baskets ta’ Stephanie Pisani u Denise Said Hollier. Floriana kellhom punti minn Nicole Hili u Guliana Torpiano flimkien ma’ Abigail Sciberras. Athleta kellhom 22 punt vantaġġ fl-aħħar tat-taqsima 51-29. Fl-aħħar sessjoni żewġ timijiet kellhom trippla, Torpiano għal Floriana u Pace għall Athleta. Wara 6 punti oħra minn Floriana, Pace għamlet it-tieni trippla tagħha flimkien ma’ baskets minn Chantelle Mifsud u Raissa Sciberras biex Athleta rebħu l-logħba 69-46.

Floriana: Y.Agius, L. Pace 1, C. Aquilina, M. Gatt 2, E. Cassar 4, A. Camilleri 2, G. Torpiano 17, L. Haber, A. Sciberras 15, M. Borg, N. Hili 5.

Gżira Athleta: K. Busuttil 9, S. Pisani 2, L. Sciberras 9, D. Said Hollier 8, A. Borg 11, R. Sciberras 2, S. Vella 4, E. Pace 14, C. Mifsud 10.

Referees: Teemu Helenius, Christine Farrugia

Starlites Naxxar 35

Pavi Depiro 57

(10-9)(8-16)(7-14)(10-18)

Fit-tieni partita, Pavi Depiro irnexxielhom jegħlbu l-isfida tat-team żagħżugħ ta’ Starlites 57-35 għalkemm kellhom jistennew sat-tieni sessjoni biex jibnu vantaġġ komdu. Claire Ciantar kien nieqsa għal Depiro fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Nicola Said. Starlites fetħu l-logħba bi trippla minn Danielle Agius iżda fuq in-naħa l-oħra Sam Brincat wkoll kellha trippla għal Depiro. Starlites kellhom trippla oħra minn Jean Doughty biex marru quddiem 8-5 u huma rnexxielhom iżommu l-vantaġġ tagħhom sa’ tmiem is-sessjoni 10-9. Depiro marru fuq quddiem b’sitt punti konsekuttivi fil-bidu tat-tieni taqsima. Starlites baqgħu viċin hekk kif wieġbu b’punti minn Kim Pirotta u Emma Magrin. Kien fl-aħħar 2 minuti tas-sessjoni li Depiro kellhom run tajba ta’ 8-0 bil-punti minn Claudia Camilleri u fil-half time kienu fuq quddiem 25-18.

Fit-tielet sessjoni, Depiro żiedu l-vantaġġ tagħhom bil-punti ta’ Maria Bonett u Svetlana Micallef. Starlites kellhom trippla oħra minn Lindsey Pirotta iżda Depiro għamlu run oħra ta’ 8-2 għal skor ta’ 39-25. Fl-aħħar sessjoni, Depiro bdew jippressaw lill-avversarji u rnexxielhom jisirqu diversi blalen għalkemm xorta waħda batew fl-attakk. Depiro rnexxielhom jagħmlu żewġ runs qosra ta’ 8-2 u 5-0 biex għamlu żgur mir-rebħa fuq skor ta’ 57-35.

Starlites Naxxar: D. Agius 1, K. Galea, J. Doughty 3, S. Tabone 2, J. Micallef, K. Pirotta 4, A. Demanuele 4, L. Pirotta 12, K. Vassallo, K. Zerafa, S. Davies 7, E. Magrin 11.

Pavi Depiro: A. Mifsud 2, G. Mifsud 16, S. Brincat 13, M. Bonnett 7, C. Camilleri 4, T. Mifsud 2, P. Montanaro 2, S. Micallef 11.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro.





Leave a comment