Floriana u Starlites jikkwalifikaw għas-semifinali

Thursday, January 13, 2011, 21:01

minn Colin Schembri

Detur Shield – It-Tieni Diviżjoni Rġiel

Mtarfa Miscela D’Oro 44

Vida Siġġiewi 59

(15-14)(7-7)(11-18)(11-20)

Iċ-champions Vida Siġġiewi rritornaw għar-rebħ meta kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-logħob mid-Detur Shield fuq Miscela D’Oro Mtarfa 59-44. Fl-ewwel sessjoni Mtarfa bdew tajjeb u għamlu l-ewwel ħames punti inkluża trippla ta’ Sean Baldacchino. Ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi rathom imorru punt fuq minn fuq 6-5 pero’ Baldacchino baqa’ jagħmel it-three pointers u ħalla lil Depiro fuq quddiem 15-14 fi tmiem il-perjodu. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mil-punti bis-Siġġiewi jippareġjaw 17-17 wara 5 minuti logħob. Depiro wieġbu permezz ta’ David Agius u Baldacchino u marru tlett punti minn fuq. Pero’ Noel Falzon seraq ballun fl-aħħar sekondi u permezz ta’ żewġ freethrows naqqas id-distakk għal punt 21-22 fil-mistrieħ.

Fit-tielet sessjoni l-partita daret meta Siġġiewi għamlu bdew b’ run ta’ 11-2 inkluża trippla ta’ Albert Borg. Wara time-out magħjjat mil-coach ġdid tagħhom Jeffrey Gatt, Depiro tejjbu l-logħba tagħhom u b’run ta’ 7-2 waslu sa 3 punti viċin 31-34. Trippla ta’ Clayton Agius reġgħat tat nifs lil Siġġiewi li temmew is-sessjoni 39-33 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 46-35 pero’ Depiro reġgħu naqqsu d-distakk għal 6 punti wara baskets ta’ Agius u Graham Coleiro. Karl Borg għajjat time-out għal Siġġiewi u c-champions temmew il-partita b’run ta’ 13-4 biex rebħu 59-44.

Mtarfa Miscela D’Oro: S. Baldacchino 15, J. Vassallo, M. Sammut, C. Vella, M. Camilleri 2, D. Angelov, K. Mifsud, K. Xuereb, R. Galea, D. Cini 4, G. Coleiro 13, D. Agius 10.

Vida Siġġiewi: JP. Antonic, C. Agius 12, A. Duncan 2, L. Grech 18, A. Borg 7, N. Falzon 4, J. Sant 1, A. Debattista, G. Agius, G. Gauchi Grech 15.

Referees: Emanuel Mangani, Brian Sly

Floriana Eurobasket Peugeot 86

Mellieħa Tritones 80

(17-17)(22-24)(26-19)(21-20)

Floriana Eurobasket Peugeot rebħu partita sabiħa u ta’ skor verament għoli kontra Mellieħa Tritones 86-80. Floriana kellhom bidu tajjeb fejn sa nofs is-sessjoni fetħu vantaġġ doppju 10-5 biż-żagħżugħ Jeremy Curmi jagħmel trippla. Mellieħa dawwru l-iskor bi trippla ta’ Joshua Aquilina u freethrows ta’ Sassoun Saakian. Ian Mercieca għamel three pointer għal Floriana pero’ Saakian wieġeb b’oħra għal skor ta’ 17-17. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni Mellieħa għamlu ħames punti konsekuttivi u marru 22-17 minn fuq. Floriana wieġbu b’run ta’ 11-0 bi Chris Sammut jispikka. Mellieħa ma ċedewx u trippli ta’ Matthew Cauchi u Saakian reġgħu poġġewhom fuq quddiem u sal-mistrieħ fetħI vantaġġ ta’ basket 41-39. Fil-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm baskets fuq kull naħa qabel ma Mellieħa għamlu run ta’ 9-2 u fetħu vantaġġ massimu ta’ 8 punti 56-48. Minn hemm il-quddiem Floriana għamlu run qawwija ta’ 17-4 biex dawwru l-iskor favur tagħhom 65-60. Floriana komplew jiddominaw fl-aħħar sessjoni u dehru li ħadu l-partita meta sas-sitt minuta fetħu vantaġġ ta’ 17-il punt 82-65. Mellieħa għamlu l-aħħar sforz b’iktar punti ta’ Saakian, Aquilina u Oliver Sammut pero’ l-ħin kien kontra tagħhom biex Floriana rebħu l-partita 86-80.

 Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 5, S. Galea, M. Ciantar 9, C. Sammut 28, A. Pace 8, I. Mercieca 12, B. Aquilina 10, R. Polis 3, J. Tanti 2, S. Sammut 17, D. Deguara, N. Mercieca.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 13,E. Sant,  S. Saakian 37, O. Sammut 15, J. Aquilina 15, M. Camilleri, J. Sant.

 Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

Bell Net SN Suns 37

Starlites Ker Grill 72

(5-22)(19-17)(11-13)(12-20)

Għal din il-partita Bell Net SN Suns kellhom iktar players ġodda fejn iddebuttaw magħhom Brian Grech, Ryan Agius u David Agius kollha ex-Siġġiewi. Starlites Ker Grill li kienu mingħajr Steve Gouder u Francois Bartolo rebħu l-partita 72-37. Wara li Suns għamlu l-ewwel basket minn Hubert Agius, Starlites wieġbu bl-ewwel run ta’ 11-0 bi trippla ta Ivan Riolo u punti minn Robert Bonnici. Suns wieġbu bil-freethrows pero’ Starlites malajr għamlu run oħra ta’ 9-0 u temmew is-sessjoni 22-5 minn fuq. Bir-reazzjoni ta’ Suns tibqa ma tasalx Starlites komplew jinqatgħu mill-avversarji. Iktar punti minn Bonnici fosthom trippla huma għamlu run ta’ 15-2 u fil-mistrieħ kellhom vantaġġ komdu ta’ 25 punt 39-14. It-tielet sessjoni kienet xi ftit iktar bilanċjata u għalkemm kienet ta’ punteġġ baxx Starlites żiedu l-vantaġġ tagħhom. Wara trippla ta’ Michael Barberi għal Suns, Starlites wieġbu bi break 8-2 u marru 52-25 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni kien spazju għal iktar runs minn Starlites fosthom waħda ta’ 13-3 fejn il-punti kollha ġew mill-aħwa Saviour u Robert Bonnici. Dan tal-aħħar għalaq il-partita bl-aħħar basket fuq skor finali ta’ 72-37. B’din ir-rebħa Starlites ukoll ikkwalifikaw għas-semifinali tad-Detur Shield.

 Bell Net SN Suns: J. Farrugia, B. Grech 2, R. Camilleri 2, R. Agius 3, H. Agius 10, M. Barberi 8, K. Caruana 2, R. Mercieca 4, R, Camilleri 4, A. Bellia, D. Agius 2.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 15, R. Bonnici 23, D. Sultana 2, A. Portelli 14, S. Bonnici 12, A. Cutajar, C. Doublet 4, T. Degorgio 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.





Leave a comment