Floriana u Siġġiewi b’żewġ rebħiet

Thursday, October 21, 2010, 10:40

minn Colin Schembri

Starlites Ker Grill 54
Floriana Eurobasket Peugeot 67

(15-14)(13-17(9-16)(17-20)

Kien imiss lil Floriana Eurobasket Peugeot u Starlites Sports Experience li jagħmlu d-debutt għal dan l-istaġun. Floriana amalgamaw ma Eurobasket u kellhom diversi uċuh ġodda fejn tispikka bla dubju l-firma ta’ Chris Sammut flimkien ma Ben Aquilina ex-Mellieħa u player mill-Latvja Richard Polis. Starlites kienu bl-istess formazzjoni tall-istaġun li għadda.
Il-partita kellha bidu bilanċjat fuq skor ta’ 5-5 u three pointer ta’ Ivan Riolo poġġa lil Starlites 8-5 minn fuq. Floriana wieġbu b’run ta 7-0 pero’ iktar punti minn Riolo raw lil Starlites jagħlqu l-ewwel sessjoni 15-14 minn fuq. Floriana fetħu t-tieni perjodu b’żewġ trippli u basket ta’ Chris Sammut u marru 7 minn fuq 22-15 pero’ Starlites reġgħu wieġbu u ġabu l-iskor indaqs 22-22. Sall-mistrieħ il-partita baqgħet bilanċjata bill-Furjaniżi tlett punti minn fuq 31-28.

Fit-tielet sessjoni Floriana fetħu bi break ieħor ta’ 8-0 biex bill-mod il-mod bdew jinqataw mill-avversarji u fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 39-30. Għalkhemm Tino Riolo wieġeb bi three pointer għal Starlites, Floriana xorta baqgħu fuq quddiem 47-37. Fl-aħħar perjodu kien hemm it-trippli ta’ Ian Mercieca li ħallew il-Furjaniżi fuq quddiem. Sam Bonnici wieġeb b’żewġ trippli għal Starlites biex naqqas id-distakk għall-10 punti 47-57. Three pointer stupend minn distanza twila ta’ Chris Sammut kompla jara l-Furjana jkabbru l-vantaġġ u harġu rebbieħa 67-54.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 16, S. Bonnici 10, T. Riolo 11, D. Sultana, G. Buttiegieg, R. Loporto 9, F. Bartolo 2, R, Bonnici 4, T. Degorgio, S. Gouder 2.
Floriana Eurobasket Peugeot: J, Curmi, M. Ciantar 4, N. Mercieca, C. Sammut 26, A. Pace 6, I. Mercieca 15, A. Barthet, R. Polis, S. Meachen, S. Sammut 12, D. Deguara, B. Aquilina 4.
Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Mtarfa Miscela D’oro 53
Mellieħa Tritones 83

(13-25)(16-12(12-13)(22-33)

L-aħħar team li għamel id-debutt tiegħu f’dan il-kampjonat kienu Mtarfa Miscela D’oro li ltaqgħu kontra Mellieħa Tritones li tilfu fl-ewwel ħarġa tagħhom. Mtarfa kellhom xi players ġodda bħal Graham Coleiro, Keith Mifsud u David Agius. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat bl-ebda team ma jieħu kontroll tall-logħba bi skor ta’ 6-7 favur Mellieħa f’nofs is-sessjoni. Mellieħa mbagħad kellhom fażi tajba fejn għamlu run ta’ 14-3 biex marru 25-13 minn fuq. Fill-ftuħ tat-tieni sessjoni Depiro naqqsu d-distakk għal 10 punti 17-27 pero’ trippli ta’ Matthew Cauchi u Jason Sant ħallew lil Mellieħa 35-22 minn fuq. Qabel il-halftime, Mtarfa għamlu 7 punti konsekuttivi biex naqqsu d-distakk 29-37.

Wara l-mistrieħ Mellieħa għamlu l-ewwel żewġ baskets b’Shaun Baldacchino jirrispondi bi trippla għall-Imtarfa. Is-sessjoni kompliet tkun bilanċjata pero’ Mellieħa baqgħu 9 minn fuq 50-41. L-aħħar perjodu kien movimentat tant li saru 55 punt. Mellieħa ddominaw mir-raba’ minuta ‘l quddiem b’run qawwija ta’ 20-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 25 punt 74-49 u Mtarfa qatt ma setgħu jilħquhom għal skor finali ta’ Mtarfa Miscela D’oro 53 Mellieħa Tritones 83.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 12, M. Sammut 7, M. Camilleri, J. Vella 9, K. Mifsud 2, K. Xuereb, A. Buttigieg, D. Cini, G. Coleiro 7, D. Agius 16.
Mellieha Tritones: O. Sammut 16, M. Cauchi 15, S. Saakian 11, E. Farrugia 2, P. Cauchi 2, J. Aquilina 13, M. Camilleri 21, J. Sant 3
Referees: Brian Sly, Emanuel Mangani

Floriana Eurobasket Peugeot 78
Bell Net SN Suns 62

(11-15)(18-17(31-12)(18-18)

It-tieni rebħa Furjaniża immaturat wara l-mistrieħ fejn wara li sabu diffikulta fl-ewwel taqsima ddominaw it-tielet perjodu. Suns kellhom bidu tajjeb u fetħu vantaġġ ta’ 3 punti 10-7. Sat-tmiem l-ewwel sessjoni kabbru l-vantaġġ b’punt 15-11. Floriana waslu sa punt viċin 14-15 fill-ftuħ tat-tieni perjodu pero’ trippla ta’ Trevor Grech fetħet run ta’ 7-2 minn Suns. Wara li tkeċċa Neville Mercieca ta’ Floriana, Suns marru 8 minn fuq bit-tieni trippla ta’ Michael Barberi 30-22 pero’ sall-halftime Floriana naqqsu d-distakk bill-punti ta’ Ian Mercieca 29-32.

Sall-halftime l-aħwa Chris u Steve Sammut kienu strumentali f’run ta’ 17-3 mill-Furjaniżi fejn kien hemm trippla oħra ta’ Mercieca. Floriana fetħu vantaġġ ta’ 16-il punt 60-44. Iktar punti minn Steve Sammut fir-raba’ perjodu raw lil Floriana jkabbru l-vantaġġ għal 23 punt 73-50. Huma kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Suns biex ħarġu rebbieħa 78-62.

Floriana Eurobasket Peugeot: J, Curmi, M. Ciantar 4, B. Aquilina 6, C. Sammut 13, A. Pace 2, I. Mercieca 15, S. Sammut 32, A. Barthet, S. Meachen, N. Mercieca, D. Deguara 1, S. Galea.
Bell Net SN Suns: C. Agius 5, M. Attard, R. Camilleri 2, H, Agius 19, M. Barberi 8, T. Grech 19, K. Caruana 3, R, Mercieca 4, R, Camilleri 6
Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

Vida Siġġiewi 58
Starlites Ker Grill 56

(17-7)(14-13(8-13)(19-23)

Din kienet l-aħħar partita bilanċjata fejn ic-champions Vida Siġġiewi wieġbu għar-rebħa Furjaniża qabilhom. Għal Starlites Ker Grill finalisti telliefa l-istaġun li għadda kienet it-tieni telfa konsekuttiva. Siġġiewi bdew tajjeb bi trippla ta’ Ian Terribile u marru 7-3 minn fuq. F’nofs is-sessjoni huma għamlu run ta’ 10 u fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt 17-3. Lejn tmiem is-sessjoni, Starlites għamlu 4 punti biex naqqsu d-distakk17-7. Starlites komplew sejrin fill-ftuħ tat-tieni sessjoni bi trippla ta’ Robert Bonnici u ġew 5 minn taħt 12-17. Siġġiewi rkupraw u għamlu run ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 31-20 minn fuq.
Fit-tielet perjodu Starlites kienu iktar aggressivi u fetħu b’run ta’ 7-2 li rathom jersqu iktar viċin 27-33. Id-distakk baqa’ ta’ sitt punti fit-tmiem is-sessjoni 39-33 favur Vida Siġġiewi. Fir-raba’ perjodu trippla ta’ Ivan Riolo rat lil Starlites jiġu punt biss minn taħt 42-43 u saħansitra marru minn fuq żewġ attakki wara 46-45. Il-partita issa sbieħet bill-vantaġġ jibdel l-idejn għal diversi drabi. Free throws ta’ Bonnici poġġew lil Starlites 3 minn fuq 54-51 fit-tmien minuta. Pero Petar Vulovic kien strumentali għal Siġġiewi fi break finali ta’ 7-2 li rathom jirbħu l-partita b’distakk ta’ basket 58-56.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 18, JP. Antonic 9, R. Mifsud, D. Debattista, L. Grech 4, A. Borg 2, J. Sant 2, N. Falzon 2, A. Duncan 7, I. Terribile 10, G. Agius, G. Gauchi Grech 11
Starlites Ker Grill: B. Riolo 3, I. Riolo 5, R. Bonnici 15, T. Riolo 6, D. Sultana, F. Bartolo 6, R. Loporto 12, S. Bonnici, A. Cutajar, G. Buttigieg, T. Degorgio, S. Gouder 9.
Referees: Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro





Leave a comment