- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Floriana Royce jegħlbu lil A to Z Electronics Athleta fil-logħba prinċipali

Posted By sportinmalta1 On December 2, 2013 @ 7:51 pm In Basketball,Featured | 6 Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Royce 61

A to Z Electronics Athleta 56

(16-15)(7-18)(19-15)(19-8)

Ic-champions Floriana Royce irritornaw għar-rebħ meta fil-partita ewlenija għelbu lil A to Z Electronics Athleta 61-56. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom u Athleta kienu għadhom sitt punti minn fuq fir-raba’ minuta tal-aħħar sessjoni iżda rimonta sabiħa mic-champions tathom ir-rebħa. L-ewwel punti tal-partita ġew minn Athleta li bdew b’żewġ baskets minn Michael Naudi u David Bugeja biex marru 6-0 minn fuq. Floriana wieġbu b’basket ta’ Derek Elston fit-tielet minuta iżda Athleta kellhom trippla minn Bugeja. David Camilleri wkoll kiseb trippla għal Floriana però punti minn Chad Patus flimkien ma’ trippla ta’ Omar Said raw lil Athleta jżidu l-vantaġġ 15-7 fit-tmien minuta. Hawn waslet run sabiħa minn Floriana ta’ 9-0 bi trippla oħra ta’ Camilleri u baskets ta’ Dirk Schembri u Elston biex temmew is-sessjoni 16-15 minn fuq. Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ kif bdiet it-tieni taqsima b’żewġ baskets oħra ta’ Naudi u ieħor ta’ Patus flimkien mat-tieni trippla ta’ Said u fil-ħames minuta kienu 24-17 minn fuq. Bic-champions ikomplu jsibu diffikulta biex jagħmlu l-punti, Athleta żiedu l-vantaġġ b’żewġ three pointers konsekuttivi minn Patus u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 33-23.

It-tielet sessjoni reġgħat bdiet bil-punti tal-Athleta iżda Floriana kellhom run ta’ 7-0 li bdewha bi trippla ta’ Peter Shoults u naqqsu d-distakk għal erba’ punti 32-36. Żewġ baskets fuq kull naħa ħallew lil Athleta bl-istess distakk 40-36 qabel ma żieduh bil-punti ta’ Naudi u Patus. Sa’ tmiem is-sessjoni Floriana rnexxielhom jagħmlu żewġ baskets minn David Agius u Elston biex l-aħħar taqsima bdiet bl- Athleta fuq quddiem 48-42. Athleta bdewha b’basket minn Naudi iżda hawn sofrew run ta’ 12-2 minn Floriana b’żewġ baskets ta’ Elston u Clayton Calleja li poġġiethom minn fuq 54-52 fis-seba’ minuta. Athleta wieġbu b’basket ta’ Said u fl-attakk ta’ wara Naudi tilef lay-up biex Floriana reġgħu żiedu d-distakk bil-freethrows ta’ Elston u Camilleri biex rebħu l-partita 61-56.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 28, D. Camilleri 10, P. Shoults 3, S. Borg, C. Calleja 4, D. Schembri 12, S. Saakian, D. Agius 4.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 18, H. Soufian, D. Bugeja 8, C. Patus 18, W. Spiteri, O. Said 10, S. Pace, B. Bartolo, S. Bischoff, D. Ross, S. Schembri 2.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder, Steve Ferris.

Pavi Depiro 67

Bupa Luxol 52

(15-9)(19-14)(17-19)(16-10)

Ġimgħa wara li eleminawhom mill-BOV Knock out, Pavi Depiro reġgħu għelbu lil Bupa Luxol din id-darba fuq skor iktar baxx 67-52. Depiro kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Andrew Micallef Trigona u Tom Paris. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Turrell Morris għal Depiro bil-Luxol iwieġbu b’baskets minn Marco Mercieca u Nikola Vasovic. Depiro komplew b’run ta’ 12-0 b’baskets ta’ Anton Axiaq li kellhu tlieta flimkien ma’ Nigel Sultana, Roderick Vella u Samuel Bartolo biex marru 15-6 minn fuq. Luxol għalqu l-perjodu b’basket ta’ Michael Myers Keitt għal skor ta’ 15-9. It-tieni perjodu fetaħ b’żewġ baskets fuq kull naħa qabel ma Depiro kellhom break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Morris. Luxol irrispondew b’basket ta’ Adrian Micallef u trippla ta Vasovic iżda freethrows ta’ Morris reġgħu żiedu d-distakk. Depiro kellhom ukoll trippla minn Andrew Aquilina biex daħlu jistrieħu 34-23 minn fuq.

Luxol fetħu t-tielet taqsima b’basket ta’ Myers Keitt u trippla ta’ Vasovic iżda Depiro wieġbu wkoll bi trippla ta’ Roderick Vella. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex fis-seba’ minuta Depiro kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 44-34. Aquilina għamel trippla oħra għal Depiro biex huma temmew it-tielet sessjoni 51-42 minn fuq hekk kif għal Luxol kien hemm il-punti ta’ Mercieca u Myers Keitt. Fl-aħħar sessjoni, Luxol kellhom run ta’ 7-2 biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 49-55 hekk kif Depiro kienu mingħajr Morris li għamel ir-raba’ foul. Depiro ġew lura fis-seba’ minuta b’Morris lura fil-court u trippla tal-istess Amerikan reġgħat tat vantaġġ b’figuri doppji 60-49. Sat-tmiem il-partita Luxol tilfu lil Vasovic b’injury u Depiro temmewha bi break ieħor ta’ 7-0 biex rebħu l-partita 67-52.

Pavi Depiro: R. Vella 7, B. Zammit, N. Sultana 4, T. Morris 22,  A. Aquilina 8, A. Portelli 3, S.P. Bartolo 6, A. Axiaq 15, E. Lupo, I. Tanti 2.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 4,  M. Mercieca 9, A. Micallef 2,N. Andrejevic,  C. Cassar,J.P. Schembri, N. Vasovic 11, M. Myres Keitt 26, J. Willoughby, J.P. Bonnici, S. Capello.

Referees: Steve Gouder, Teemu Helenius, Steve Ferris.

Starlites 30

Remax Citadel Siġġiewi 56

(15-15)(4-14)(2-14)(9-13)

Remax Citadel Siġġiewi irnexxielhom finalment jegħlbu lil Starlites din id-darba fil-kampjonat biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat 56-30. Issa nsibu erba’ timijiet b’żewġ rebħiet u telfa bid-differenza ta’ baskets s’issa tiddermina klassifika kumplikata. Siġġiewi reġa kellhom lil Chris Sammut nieqes fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni solita tagħhom. Din id-darba Siġġiewi ma ħallewx lil Robert Bonnici jagħmel il-ħsara li għamel ġimgħa qabel fil-waqt li llimitaw ukoll lil Marco Todorovic. Starlites żammew il-pass ma’ Siġġiewi sa’ nofs it-tieni sessjoni iżda mbagħad ikkrollaw u Siġġiewi ħadu l-partita f’idejhom. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u wara li Siġġiewi marru minn fuq bil-punti ta’ Steve Sammut u Ivo Hoeger, Starlites wieġbu permezz ta’ Todorovic u basket u trippla ta’ Saviour Bonnici u marru minn fuq 9-8. Hoeger kellhu trippla għal Siġġiewi wara żewġ baskets ta’ Todorovic iżda s-sessjoni ntemmet f’parita 15-15. Fit-tieni perjodu l-punti ta’ Starlites ġew kollha minn fuq il-freethrow line iżda dan ma żammhomx milli jerġgħu jmorru fuq quddiem 18-17. Iżda l-aħħar punt ta’ Starlites ġew minn Robert Bonnici fir-raba’ minuta għaliex minn hemm ‘l quddiem kien hemm run ta’ 10-0 b’baskets ta’ Sammut u Lee Ross biex daħlu jistrieħu 29-19 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites komplew isibu problema biex jagħmlu l-punti u Siġġiewi għaqqdu break ieħor ta’ 11-0 bi trippla ta’ Ross u baskets ta’ Hoeger u Camilleri u fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 40-19. L-uniku basket ta’ Starlites ġie minn Todorovic fit-tmien minuta u Siġġiewi għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Sammut. Fl-aħħar taqsima Siġġiewi reġa kellhom run oħra ta’ 11-0 bi trippla ta’ Sammut u sat-tmiem il-partita Starlites għamlu erba’ baskets mingħajr risposta biex ġabu l-iskor aktar rispettabli biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 56-30.

Starlites: M. Todorovic 14, R. Loporto, R. Bonnici 1, A. Schembri 2, S. Bonnici 7, J. Curmi 2, A. Cutajar, G. Szokreny 4, B. Soler, G. Coleiro, M. Vassallo.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Doublet, A. Debattista, S. Sammut 17, N. Falzon, L. Camilleri 6, A. Borg, L. Ross 10, J.P. Antoncic, I. Hoeger 21, M. Mallia 2, M. Matijevic.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius, Steve Ferris.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Remax Siġġiewi Citadel

3

2

1

5

179

150

A to Z Electronics Athleta

3

2

1

5

216

191

Pavi Depiro

3

2

1

5

205

194

Floriana Royce

3

2

1

5

195

185

Bupa Luxol

3

1

2

4

190

210

Starlites

3

0

3

3

161

216


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/floriana-royce-jeghlbu-lil-a-to-z-electronics-athleta-fil-loghba-principali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.