Floriana Royce jegħlbu lil A to Z Electronics Athleta fil-logħba prinċipali

Monday, December 2, 2013, 19:51

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Royce 61

A to Z Electronics Athleta 56

(16-15)(7-18)(19-15)(19-8)

Ic-champions Floriana Royce irritornaw għar-rebħ meta fil-partita ewlenija għelbu lil A to Z Electronics Athleta 61-56. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom u Athleta kienu għadhom sitt punti minn fuq fir-raba’ minuta tal-aħħar sessjoni iżda rimonta sabiħa mic-champions tathom ir-rebħa. L-ewwel punti tal-partita ġew minn Athleta li bdew b’żewġ baskets minn Michael Naudi u David Bugeja biex marru 6-0 minn fuq. Floriana wieġbu b’basket ta’ Derek Elston fit-tielet minuta iżda Athleta kellhom trippla minn Bugeja. David Camilleri wkoll kiseb trippla għal Floriana però punti minn Chad Patus flimkien ma’ trippla ta’ Omar Said raw lil Athleta jżidu l-vantaġġ 15-7 fit-tmien minuta. Hawn waslet run sabiħa minn Floriana ta’ 9-0 bi trippla oħra ta’ Camilleri u baskets ta’ Dirk Schembri u Elston biex temmew is-sessjoni 16-15 minn fuq. Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ kif bdiet it-tieni taqsima b’żewġ baskets oħra ta’ Naudi u ieħor ta’ Patus flimkien mat-tieni trippla ta’ Said u fil-ħames minuta kienu 24-17 minn fuq. Bic-champions ikomplu jsibu diffikulta biex jagħmlu l-punti, Athleta żiedu l-vantaġġ b’żewġ three pointers konsekuttivi minn Patus u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 33-23.

It-tielet sessjoni reġgħat bdiet bil-punti tal-Athleta iżda Floriana kellhom run ta’ 7-0 li bdewha bi trippla ta’ Peter Shoults u naqqsu d-distakk għal erba’ punti 32-36. Żewġ baskets fuq kull naħa ħallew lil Athleta bl-istess distakk 40-36 qabel ma żieduh bil-punti ta’ Naudi u Patus. Sa’ tmiem is-sessjoni Floriana rnexxielhom jagħmlu żewġ baskets minn David Agius u Elston biex l-aħħar taqsima bdiet bl- Athleta fuq quddiem 48-42. Athleta bdewha b’basket minn Naudi iżda hawn sofrew run ta’ 12-2 minn Floriana b’żewġ baskets ta’ Elston u Clayton Calleja li poġġiethom minn fuq 54-52 fis-seba’ minuta. Athleta wieġbu b’basket ta’ Said u fl-attakk ta’ wara Naudi tilef lay-up biex Floriana reġgħu żiedu d-distakk bil-freethrows ta’ Elston u Camilleri biex rebħu l-partita 61-56.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 28, D. Camilleri 10, P. Shoults 3, S. Borg, C. Calleja 4, D. Schembri 12, S. Saakian, D. Agius 4.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 18, H. Soufian, D. Bugeja 8, C. Patus 18, W. Spiteri, O. Said 10, S. Pace, B. Bartolo, S. Bischoff, D. Ross, S. Schembri 2.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder, Steve Ferris.

Pavi Depiro 67

Bupa Luxol 52

(15-9)(19-14)(17-19)(16-10)

Ġimgħa wara li eleminawhom mill-BOV Knock out, Pavi Depiro reġgħu għelbu lil Bupa Luxol din id-darba fuq skor iktar baxx 67-52. Depiro kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Andrew Micallef Trigona u Tom Paris. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Turrell Morris għal Depiro bil-Luxol iwieġbu b’baskets minn Marco Mercieca u Nikola Vasovic. Depiro komplew b’run ta’ 12-0 b’baskets ta’ Anton Axiaq li kellhu tlieta flimkien ma’ Nigel Sultana, Roderick Vella u Samuel Bartolo biex marru 15-6 minn fuq. Luxol għalqu l-perjodu b’basket ta’ Michael Myers Keitt għal skor ta’ 15-9. It-tieni perjodu fetaħ b’żewġ baskets fuq kull naħa qabel ma Depiro kellhom break ta’ 7-2 bi trippla ta’ Morris. Luxol irrispondew b’basket ta’ Adrian Micallef u trippla ta Vasovic iżda freethrows ta’ Morris reġgħu żiedu d-distakk. Depiro kellhom ukoll trippla minn Andrew Aquilina biex daħlu jistrieħu 34-23 minn fuq.

Luxol fetħu t-tielet taqsima b’basket ta’ Myers Keitt u trippla ta’ Vasovic iżda Depiro wieġbu wkoll bi trippla ta’ Roderick Vella. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex fis-seba’ minuta Depiro kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 44-34. Aquilina għamel trippla oħra għal Depiro biex huma temmew it-tielet sessjoni 51-42 minn fuq hekk kif għal Luxol kien hemm il-punti ta’ Mercieca u Myers Keitt. Fl-aħħar sessjoni, Luxol kellhom run ta’ 7-2 biex naqqsu d-distakk għal sitt punti 49-55 hekk kif Depiro kienu mingħajr Morris li għamel ir-raba’ foul. Depiro ġew lura fis-seba’ minuta b’Morris lura fil-court u trippla tal-istess Amerikan reġgħat tat vantaġġ b’figuri doppji 60-49. Sat-tmiem il-partita Luxol tilfu lil Vasovic b’injury u Depiro temmewha bi break ieħor ta’ 7-0 biex rebħu l-partita 67-52.

Pavi Depiro: R. Vella 7, B. Zammit, N. Sultana 4, T. Morris 22,  A. Aquilina 8, A. Portelli 3, S.P. Bartolo 6, A. Axiaq 15, E. Lupo, I. Tanti 2.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 4,  M. Mercieca 9, A. Micallef 2,N. Andrejevic,  C. Cassar,J.P. Schembri, N. Vasovic 11, M. Myres Keitt 26, J. Willoughby, J.P. Bonnici, S. Capello.

Referees: Steve Gouder, Teemu Helenius, Steve Ferris.

Starlites 30

Remax Citadel Siġġiewi 56

(15-15)(4-14)(2-14)(9-13)

Remax Citadel Siġġiewi irnexxielhom finalment jegħlbu lil Starlites din id-darba fil-kampjonat biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat 56-30. Issa nsibu erba’ timijiet b’żewġ rebħiet u telfa bid-differenza ta’ baskets s’issa tiddermina klassifika kumplikata. Siġġiewi reġa kellhom lil Chris Sammut nieqes fil-waqt li Starlites kienu bil-formazzjoni solita tagħhom. Din id-darba Siġġiewi ma ħallewx lil Robert Bonnici jagħmel il-ħsara li għamel ġimgħa qabel fil-waqt li llimitaw ukoll lil Marco Todorovic. Starlites żammew il-pass ma’ Siġġiewi sa’ nofs it-tieni sessjoni iżda mbagħad ikkrollaw u Siġġiewi ħadu l-partita f’idejhom. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u wara li Siġġiewi marru minn fuq bil-punti ta’ Steve Sammut u Ivo Hoeger, Starlites wieġbu permezz ta’ Todorovic u basket u trippla ta’ Saviour Bonnici u marru minn fuq 9-8. Hoeger kellhu trippla għal Siġġiewi wara żewġ baskets ta’ Todorovic iżda s-sessjoni ntemmet f’parita 15-15. Fit-tieni perjodu l-punti ta’ Starlites ġew kollha minn fuq il-freethrow line iżda dan ma żammhomx milli jerġgħu jmorru fuq quddiem 18-17. Iżda l-aħħar punt ta’ Starlites ġew minn Robert Bonnici fir-raba’ minuta għaliex minn hemm ‘l quddiem kien hemm run ta’ 10-0 b’baskets ta’ Sammut u Lee Ross biex daħlu jistrieħu 29-19 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites komplew isibu problema biex jagħmlu l-punti u Siġġiewi għaqqdu break ieħor ta’ 11-0 bi trippla ta’ Ross u baskets ta’ Hoeger u Camilleri u fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 40-19. L-uniku basket ta’ Starlites ġie minn Todorovic fit-tmien minuta u Siġġiewi għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Sammut. Fl-aħħar taqsima Siġġiewi reġa kellhom run oħra ta’ 11-0 bi trippla ta’ Sammut u sat-tmiem il-partita Starlites għamlu erba’ baskets mingħajr risposta biex ġabu l-iskor aktar rispettabli biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 56-30.

Starlites: M. Todorovic 14, R. Loporto, R. Bonnici 1, A. Schembri 2, S. Bonnici 7, J. Curmi 2, A. Cutajar, G. Szokreny 4, B. Soler, G. Coleiro, M. Vassallo.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Doublet, A. Debattista, S. Sammut 17, N. Falzon, L. Camilleri 6, A. Borg, L. Ross 10, J.P. Antoncic, I. Hoeger 21, M. Mallia 2, M. Matijevic.

Referees: Emanuel Mangani, Teemu Helenius, Steve Ferris.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Remax Siġġiewi Citadel

3

2

1

5

179

150

A to Z Electronics Athleta

3

2

1

5

216

191

Pavi Depiro

3

2

1

5

205

194

Floriana Royce

3

2

1

5

195

185

Bupa Luxol

3

1

2

4

190

210

Starlites

3

0

3

3

161

216





6 Comments

  1. brimba says:

    Aw jien joseph!! Xi trid? Ghandek kumment mimli tahwid!! Lil min qed tattakka? Lil Furjana? lis-Siggiewi? lil karl? U lil min qed tistaqsi? Lili? jew lil kumitat tas-siggiewi? Karl qieghed hemm biex jibqa u bil-mod is-Siggiewi naslu. Imbaghad aqta kemm taghjjat come on blues. Meta jispiccalkhom naudi qas ghas-second division ma tibqghu tajbin!!!Tant m’ghandkhom xejn tiela li kellkhom tirrikoru ghal-coach tas-Siggiewi biex forsi jirrangalkhom iz-zghar!!! Coach li tghidx kemm ghajjartuh sa sena ilhu!!!!

    [Reply]

  2. joseph says:

    Hahahaha veru tad-dahk tismakhom titkelmu. Ishom il-floriana qatt ma rebhu lis-Sliema. Fejn kienu dawn in-nies meta l-istess team tilef ma bicca team ikkocjat min coach eccentriku ghal ahhar. Siggiewi team minghajr boxla jew team li ghadu irid jisplodi? Ivo Hoger huwa player tajjeb jew player iffurtunat? Marco matjevic spicca jew qed jaghmel min kollox biex itajjar lil Karl min coach?Nixtieq li l brimba, li tant jaqez ghas siggiewi jirrispondini? Veru il-Kumitat irid  inehhi lil Karl ghax huwa dittatur? Come on blues halli nhar is -sibt intuhom tghalima tajba 

    [Reply]

  3. Massimo says:

    Weel done Greensssssss Floriana Royce

    [Reply]

  4. Karmnu says:

    BOB l-MBA x’ghanda x’taqsam??? Mhux ahjar ticcaralna??? Ara xi klassifika dik!! Aktar kemm ikun bilancjat il-league aktar ahjar ghall-MBA u ghal kulhadd ma tahsibx?

    [Reply]

  5. Bob says:

    Ghadek zball fir-rizultat tal-Floriana!  Nahseb gibt ir-rizultat li xtaqu l-MBA!

    [Reply]

    sportinmalta1 Reply:

    Corrected thanks

    [Reply]

Leave a comment