Floriana rebħu t-Tazza AME 2013

Monday, August 5, 2013, 13:15

minn Stephen Azzopardi

Finali li sfortunatament kienet mimlija tgħajjir, tfigħ ta’ laned taż-żibel fil-grawnd u  fliexken minn naħa għall-oħra.  Saħansitra kien hemm ħinijiet fejn il-logħba kellha titwaqqaf bl-organizzaturi jiġru fil-grawnd biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.  Żgur li mġiba bħal din qatt mhi aċċettabli f’kompetizzjoni li kellha tkun ta’ preparazzjoni għall-bidu tal-kampjonat.  Nittama li din il-vjolenza ma terġax tkun regolari fil-grawnds Maltin issa li ninsabu daqs ġimgħa bogħod mill-bidu tal-kampjonat.

Partita li kellha bidu pjaċevoli mimlija azzjonijiet.  Floriana fetħu l-iskor fl-20 minuta meta Christian Caruana li kien fil-kaxxa rċieva ballun tajjeb minn fuq il-lemin tiegħu u għeleb lill-gowler Omar Borg.  Mosta kellhom jkomplu b’raġel inqas meta Fernando Diego li diġa kellu karta safra, irċieva t-tieni waħda.  Meta kien fadal ftit anqas minn żewġ minuti għal tmiem l-ewwel taqsima, ingħata fawl u l-plejer Mosti Francesco Carcanio mar jiġri daqs vleġġa fuq ir-referre Andrea Acciola sabiex jipprotesta. Kien hawn li ġie ammonit u wara li kompla jipprotesta Acciola reġa’ tah safra oħra u wrieh il-ħamra.  Kien hawn li l-partitarji Mostin ma felħux iżjed u bdew jitfgħu fliexken u laned taż-żibel fil-grawnd.   Is-sitwazzjoni kkalmat fil-ħamsin minuta u tkomplew iż-żewġ minuti li kien fadal.

Il-Mostin minkejja li bdew it-tieni taqsima b’żewġ plejers inqas kienu aktar perikolużi mill-Furjaniżi tant li anki laqtu darbtejn il-lasta.  Fis-77 minuta Floriana rduppjaw l-iskor meta Steve Bezzina kien waħdu fil-kaxxa ż-żgħira rċieva l-ballun u bla problemi ta’ xejn tefa’ l-ballun fix-xibka. Ftit tal-ħin wara reġa’ beda t-tgħajjir miż-żewġ naħat u wara li ntefa flixkun minn naħa tal-partitarji Furjaniżi, il-Mostin resqu mal-ħadid u bdiet ġejja xita qalila ta’ fliexken.

Wara li s-sitwazzjoni kkalmat xi ftit reġa’ tkompla l-logħob u fl-aħħar waslet it-tisfira finali.  Floriana għalhekk għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-0.  Wara tmiem il-partita ngħata l-premju għall-Fair Play lit-tim ta’ Tarxien Rainbows, Leighton Grech ta’ Qormi kien l-ogħla markatur, Mosta ġew ippremjati bħala t-tieni kklassifikati u finalment Floriana ngħataw it-Tazza AME.





4 Comments

  1. sandro giusti says:

    Steph lewwel flixkun twafdab min nahha tal mosta fejn sahansitra intlaqat tifel, tant hu hekk Li kwazi hadd ma nduna hlief ahna Li konna qrib, humbad il furjanizi irispondew lura. Qed nikteb ezatt kif grat il bicca habib.

    [Reply]

  2. Alex says:

    Taf x’insejt tikteb ukoll li b’dak l-ewwel flixkun li ntefa’ mill-partitarji Mostin lejn is-supporters Furjanizi, wegga’ f’rasu tifel innocenti li kien qed jara l-loghba fil-kwiet! Dan l-istess tifel jidher fir-ritratt hawn fuq b’rasu nfaxxata u kien hu li gholla t-tazza!

    [Reply]

  3. Massimo says:

    Ghandek zball Stephen ghax l-ewwel flixkun min naha tal-Mosta twaddab ukoll ahna ghalfejn ridtna nwadbu il fliexken??

    [Reply]

    Stephen Azzopardi Reply:

    Nikkoregi ruhi f’dak li ghidt fl-artiklu tieghi stess. Jien waqt il-finali kont qed nikkumenta wkoll ghat-tv. Jien ma ndunajtx bil-fliexken li ntefghu l-ewwel mill-Mostin. Grazzi Massimo li gbidtli l-attenzjoni mhux biex nidher sabih imma f’gieh il-korrettezza.

    [Reply]

Leave a comment