Floriana promossi għall-Ewwel Diviżjoni

Thursday, May 5, 2011, 0:09
Starlites vs Floriana

Starlites vs Floriana

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

 Bell Net SN Suns 56

Athleta 43

(15-13)(19-12)(6-8)(16-10)

Bell Net SN Suns komplew il-mixja posittiva tagħhom meta għelbu lil Athleta 56-43 u kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin tant li Suns ppreżentaw biss 6 players fil-waqt li Athleta kellhom wieħed iktar. Athleta bdew tajjeb u trippla ta’ Michael Giusti poggiethom 11-5 minn fuq. Pero’ Suns ghalu reazzjoni u bil-punti ta’ Michael Barberi u Igor Marjanovic dawwru l-iskor favur tagħhom fi tmiem il-perjodu 15-13. Suns komplew jagħfsu lill-avversarji anke fil-ftuħ tat-tieni perjodu meta b’run ta’ 10-3 fetħu vantaġġ ta’ 9 punti. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Ivan Buldakov pero’ Hubert Agius għamel oħra għal Suns. Iktar punti ta’ Agius komplew ikabbru d-distakk favur Suns pero żewġ baskets minn Athleta reġgħu naqqsulhom id-distakk għal 9 punti fil-mistrieħ 25-34.

Fit-tielet perjodu l-punti naqqsu drastikament u bir-reazzjoni ta Athleta ma waslitx ħlief bi break qasir ta’ 6-0 u dan ħalla lil Suns igawdu vantaġġ ta’ 7 punti 40-33. L-aħħar sessjoni bdiet b’run oħra ta’ 10-2 minn Suns biex fetħu vantaġġ ta’ 15 il-punt. Reġa kien hemm trippli fuq kull naħa minn Buldakov u Agius pero Suns setgħu jikkontrollaw l-aħħar mumenti biex rebħu 56-43.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 2, R. Agius, H. Agius 22, M. Barberi 11, I. Marjanovic 16, R. Camilleri 5.

Athleta: K. Cucciardi 9, D. Schembri 2, J. Muscat 2, R. Formosa 2, M. Giusti 16, M. Spiteri, I. Buldakov 14.

Referees:  Emanuel Mangani, Jennifer Mangani

 

Mellieha Tritones 50

Vida Siġġiewi 59

(14-14)(10-20)(18-16)(8-7)

Vida Siġġiewi komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika u kisbu t-tieni rebħa fuq Mellieħa Tritones fil-kampjonat 59-50. Siġġiewi kellhom lil Lee Grech u Glenn Gauchi Grech neqsin. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u wara trippla minn Oliver Sammut għal Mellieħa, Siġġiewi kienu minn fuq 9-8. Huma kabbru l-vantaġġ wara baskets minn Petar Vulovic u Alistair Duncan pero’ Mellieħa wieġbu bi break ta’ 6-2 u ppareġjaw 14-14. Fit-tieni perjodu kien hemm trippla ta’ Duncan għal Siġġiewi b’Mellieħa jwieġbu bil-punti ta’ Sammut. Siġġiewi għamlu run ta’ 13-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt qabel ma Mellieħa reġgħu naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Joshua Aquilina 24-34.

Fit-tielet sessjoni kien hemm three pointers fuq kull naħa bis-Siġġiewi jibqgħu 42-31 minn fuq. Mellieħa waslu sa 4 punti l-bogħod wara run ta’ 11-4 pero’ punti ta’ Vulovic u Clayton Agius raw lil Siġġiewi jtemmu l-perjodu 8 minn fuq 50-42. L-aħħar sessjoni kienet nieqsa mil-punti u wara run ta’ 6-0 minn Siġġiewi, kienu Mellieħa li għalqu bl-aħħar żewġ baskets tal-partita biex Siġġiewi ħarġu rebbieħa 57-50.

 

Mellieha Tritones: J. Sant, M. Cauchi 6, S. Saakian 9, E. Farrugia, R. Abela, O.Sammut 14, J. Aquilina 19, M. Camilleri 2, H. Fenech.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 11, JP. Antonic 13, C. Agius 7, A. Duncan 11, A. Borg 5, N. Falzon 2, A. Debattista, E. Vella, K. Farrugia 8, G. Agius.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

Starlites Ker Grill 41

Floriana Eurobasket Peugeot 62

(5-17)(8-11)(14-12)(14-22)

Floriana Eurobasket Peugeot rebħu l-promozzjoni għall-ewwel diviżjoni meta ma jistgħux jintaħqu minn team ieħor li m’għandux team fl-ewwel diviżjoni. Floriana ħadmu għal dan is-suċċess u huma viċin ukoll li jieħdu t-titlu ta’ champions. L-akkwisti li għamlu fosthom ta’ Chris Sammut u Ben Aquilina kienu strumentali flimkien ma players oħra li kienu diġa magħhom fostim Mark Ciantar, Mark Pace u l-captain Ian Mercieca. Intant din il-partita kellha bidu kwiet tant li sa nofs l-ewwel sessjoni saru biss tlett punti fuq kull naħa. Pero mbagħad Floriana għamlu run ta’ 10-0 mibdija minn Sammut biex temmew l-ewwel sessjoni 17-5 minn fuq. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu bi trippla ta’ Chris Sammut u basket ta’ ħuh Steve. Abraham Portelli wieġeb għal Starlites pero iktar punti mill-aħwa Sammut reaw lil Floriana jiftħu vantaġġ ta’ 15-il punt fil-halftime 28-13.

Starlites fetħu t-tielet perjodu bi break ta’ 7-2 fostjom trippla minn Robert Bonnici pero Floriana ġew f’tagħhom u għamlu 6 punti mingħajr risposta biex reġgħu ħadu vantaġġ tajjeb. Fir-raba’ perjodu kien hemm trippli minn S. Sammut u Mercieca għalkemm Starlites baqgħu jwieġbu bil-punti ta’ Portelli. Fl-aħħar tlett minuti kien hemm run ta 11-0 minn Floriana b’żewġ trippli ta’ Rihards Polis biex serrħu rashom mir-riżultat għal rebħa 62-41.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 8, R. Bonnici 11, A. Portelli 12, D. Sultana, S. Bonnici 2, R. Loporto 6, F. Bartolo 2, C. Doublet, S. Gouder 2.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, O. Shamala 1, C. Sammut 17, A. Pace, I. Mercieca 11, B. Aquilina 8, R. Polis 6, J. Tanti 1, S. Sammut 18, S. Galea, N.Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 13 12 1 25
Vida Siggiewi 13 9 4 22
Starlites Ker Grill 13 7 6 20
Athleta 13 7 6 20
Mellieha Tritones 13 5 8 18
Bell Net SN Suns 13 5 8 18
Mtarfa Miscela D’oro 12 0 12 12




2 Comments

  1. JOE MIZZI says:

    Will we see Floriana BC in Division One for season 2011/12. Its about time to see
    6 teams in this Division.

    [Reply]

  2. Truly Bball Lover says:

    Floriana Champions?

    [Reply]

Leave a comment