- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Floriana MCP Car Parks u Bupa Luxol jibdew bir-rebħ

Posted By sportinmalta1 On October 10, 2016 @ 6:52 pm In Basketball,Featured | No Comments

St. James Hospital Shield Irġiel

minn Colin Schembri

 

Floriana MCP Car Parks 78

Hibernians 70

(25-14)(15-12)(14-24)(24-20)

Floriana MCP Car Parks bdew l-impenji tagħhom fil-logħob tas-St. James Hospital Shield b’rebħa fuq Hibernians 78-70 f’partita sabiħa u missielta. Floriana bdew il-partita b’run ta’ 8-0 u wara li Hibs naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Simon Attard kien hemm aktar trippli minn Floriana minn Chad Patus u Clayton Calleja. Hibs kellhom il-punti ta’ Alvaro Lizaur bi Floriana jagħlqu l-perjodu bi trippla ta’ Nikola Vasovic għal skor ta’ 25-14. Fit-tieni perjodu iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin qabel ma Floriana kellhom tlett three pointers oħra biex daħlu jistrieħu 40-26 minn fuq.

Wara l-intervall Hibs tejjbu l-logħba tagħhom u wara basket inizzjali minn Floriana permezz ta’ Calleja, għamlu run ta’ 13-0 li bdewha bi trippla ta’ Luke Farrugia u l-punti ta’ Kieron Caruana u Lizaur. Floriana rkupraw bil-punti ta’ Sean Borg u Patus però Hibs ġabu l-iskor indaqs wara break ieħor ta’ 8-0 bi trippla ta’ Stefan Vella. Floriana għalqu t-taqsima b’żewġ baskets minn Calleja u Borg għal skor ta’ 54-50. Fl-aħħar taqsima l-partita baqgħat kumbattuta u Floriana bdew b’run ta’ 9-0 fosthom trippla oħra ta’ Patus. Hibs ukoll kellhom break ta’ 8-0  u waslu sa’ 3 punti minn taħt. Il-punti baqgħu ġejjin fuq iż-żewġ naħat però Floriana rnexxielhom iżommu l-vantaġġ hekk kif kellhom il-punti ta’ Vasovic u Borg biex rebħu l-partita 78-70.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 24, S. Pace 6, S. Borg 11, A. Portelli, N. Vasovic 20, C. Calleja 12, A. Axiaq 5, N. Andrejevic.

Hibernians: M. Matijevic 4, M. Houmpton, L. Farrugia 3, S. Attard 6, I. Bonett, K. Caruana 17, R. Carabott, P. Attard, S. Vella 13, F. Mariani 3, A. Lizaur 24.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Teemu Helenius.

 

Starlites 51

Bupa Luxol 82

(16-24)(11-25)(10-13)(14-24)

Bupa Luxol ukoll bdew b’rebħa fuq it-team żagħżugħ ta’ Starlites 82-51. Il-partita bdiet b’ritmu għoli bi three pointers fuq kull naħa bi tnejn ta’ Ivan Mitrovic għal Starlites b’Marco Mercieca u l-Amerikan Pierce Cumpstone jirrispondu għal Luxol. Żewġ trippli minn Jean Paul Schembri raw lil Luxol itemmu l-ewwel sessjoni 24-16 minn fuq. Luxol komplew b’seba’ punti oħra fil-ftuħ tat-tieni sessjoni u wara tlett punti ta’ Mitrovic, Luxol għamlu run ta’ 9-3. It-taqsima għalqet b’ħames punti fuq kull naħa bil-Luxol fuq quddiem 45-27 minn fuq.

Wara l-intervall il-partita naqqset mir-ritmu għalkemm Luxol żiedu l-vantaġġ bit-tielet trippla ta’ Schembri. Starlites kellhom il-punti minn Mitrovic u Nicola Mitrovic qabel ma Luxol għalqu s-sessjoni b’punti minn Crumpstone u ż-żagħżugħ Keith Dimech li approfitta sewwa mil-ħin li kellhu fuq il-court. Fl-aħħar sessjoni Luxol komplew b’run oħra ta’ 10-3 u kellhom ukoll il-punti ta’ Jamie Willoughby lejn it-tmiem biex ħarġu rebbieħa 82-51.

Starlites: I. Mitrovic 22, M. Vella, L. Vella, A. Schembri 3, C. Schembri, M. Falzon 5, A. Felice Pace 5, Zika Stankovic, J. Formosa 8, N. Stankovic 8, Q. Bugeja, T. Grech.

Bupa Luxol: CJ Cordina 2, M. Mercieca 15, J. Willoughby 6, J. Maistre Melillo, JP Schembri 15, K. Dimech 12, W. Ahlberg, P. Cumpstone 28, D. Meli, S. Cappello 4.

Referees: Gordon Barbara, Stephen Micallef, Emanuel Mangani.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/floriana-mcp-car-parks-u-bupa-luxol-jibdew-bir-rebh/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.