Floriana MCP Car Parks jisfurzaw il-ħames partita

Saturday, April 8, 2017, 21:34

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Floriana MCP Car Parks 77

Cynergi Depiro 68

(18-16)(18-11)(15-25)(26-16)

Bil-coach Mario Tabone sospiż, Shawn Pace imweġġa’ u Sean Borg nieqes għal raġunijiet ta’ xogħol, il-partita għal Floriana MCP Car Parks kontra Cynergi Depiro kienet għat-telgħa. Però b’wirja qalbiena huma rnexxielhom joħorġu rebbieħa biex sfurzaw il-ħames partita f’serje ta’ semi-finali mill-aktar kumbattuta. Jistennew hemm Bupa Luxol li s-serje tagħhom għalquha 3-0. Depiro kellhom nieqes lil Kurt Xuereb sospiż ukoll u posthu ħadu Steve Sammut. Għal Floriana pattew għan-nuqqas ta’ players Dirk Schembri u David Agius fil-waqt li l-President Ian Mercieca mexxa lit-team minn fuq il-bank. Fl-ewwel sessjoni Depiro bdew bi trippla ta’ DJ Masom u ħadu vantaġ ta’ tlett punti 9-6.

Ritratt: Wally Galea

Hawn Floriana kellhom run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Clayton Calleja u Anton Axiaq però Depiro wieġbu bi trippla ta’ Andrew Aquilina u basket ta’ David Bugeja biex Floriana tememw l-ewwel taqsima basket minn fuq 18-16. Floriana reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni taqsima b’run ta’ 8-0 b’żewġ trippli ta’ Nikola Vasovic. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Mason, Sammut u Aquilina flimkien ma’ trippla ta’ Robert Bonnici. Floriana għalqu t-taqsima b’aktar punti ta’ Axiaq, Vasovic u Chad Patus biex daħlu jistrieħu 36-27 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro kellhom bidu qawwi b’sensiela ta’ three pointers minn Mason, Aquilina, Bonnici u Bugeja. Wara li ġabu l-iskor indaqs, Depioro marru fuq quddiem b’run ta’ 7-2 iżda Floriana rkupraw b’żewġ trippli oħra ta’ Vasovic biex fi tmiem il-perjodu, punt biss kien jifred liż-żewġ timijiet. Fl-aħħar taqsima Floriana reġgħu marru minn fuq bil-punti ta’ Patus li ħalla l-aħjar tiegħu propju għal dan il-ħin. Depiro kellhom it-trippli minn Aquilina u Bonnici biex għal darbtejn naqqsu d-distakk għal ħames punti. Depiro bdew jippruvaw iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls però Floriana ftit fallew free-throws u rnexxielhom iżommu l-vantaġġ sat-tmiem biex rebħu l-partita 77-68 u kollox irid jiġi deċiż fil-ħames partita.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 19, D. Schembri 10, D. Agius, N. Vasovic 25, C. Calleja 9, A. Axiaq 11, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic 3.

Cynergi Depiro: N. Grech, D. Bugeja 10, R. Bonnici 15, D. Schembri, A. Aquilina 11, DJ Mason 27, T. Zammit, M. Mallia 3, A. Quiros, S. Sammut 2, M. Borg, D. Scafidi.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Igor Marjanovic.

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment