Floriana MCP Car Parks jerbħu l-isbaħ partita tal-ġurnata

Monday, January 21, 2019, 19:52

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 98

Bupa Luxol 67

(20-15)(30-19)(23-18)(25-15)

Ic-champions Hibs komplew fit-triq tar-rebħ meta għelbu lil Bupa Luxol 98-67. Luxol iridu juru progress fil-logħob tagħhom jekk iridu jisfidaw għal post fil-play-offs fit-tieni round. Fl-ewwel sessjoni Hibs bdew jibnu vantaġġ speċjalment bil-punti tat-Taljan Luca Tardito flimkien ma’ Chad Patus. Luxol kellhom trippla minn Jerrell Martin però Hibs komplew bi three pointer ta’ Roderick Vella u l-punti ta’ Ivan Demcesen li d-dħul tiegħhu minn fuq il-bank issarraf f’diversi punti. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet b’żewġ baskets oħra ta’ Martin flimkien ma’ Keith Dimech u Stefan Cappello però Hibs temmew it-taqsima 20-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu, punti ta’ Martin ressqu lil Luxol 3 punti minn taħt iżda hawn ic-champions għamlu run ta’ 14-4 fejn Demcesen kiseb diversi punti flimkien ma’ trippli minn Chad Cuschieri Patus u Luke Farrugia. Luxol ftit li xejn kellhom risposta għaliex id-difiża tagħhom kienet laxka u Hibs komplew iżidu l-vantaġġ b’Patus u Farrugia jagħmlu trippla oħra kull wieħed flimkien ma’ Tardito u Demcesen għal skor ta’ 50-34.

Wara l-intervall, Luxol kellhom break qasir ta’ 7-2 minn Martin u Vukassin Jandric li kellhu partita kwieta ferm. Hibs però malajr reġgħu ħadu kontroll tal-partita u kellhom il-baskets konsekuttivi ta’ Marco Matijevic u Tardito biex marru 25 punt minn fuq. Luxol wieġbu b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Dimech però fi tmiem is-sessjoni Hibs kienu għadhom 21 punt minn fuq 73-52. Fl-aħħar perjodu, Hibs fetħu bi trippla ta’ Vella u l-punti ta’ Demcesen biex kabbru l-vantaġġ. Il-coach Mario Tabone daħħal lil players żgħażagħ fuq il-court hekk kif ic-champions għalqu l-partita b’run ta’ 12-5 biex ħadu r-rebħa 98-67.

Hibs: R. Vella 8, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia 8, M. Formosa, I. Bonett 2, L. Tardito 15, A. Axiaq 4, M. Matijevic 8, A. Lizaur 15, I. Demcesen 24, C. Cuschieri Patus 14.

 

Bupa Luxol: CJ Cordina, V. Jandric 8, P, Englebert, J. Martin 31, L. Caruana Montaldo, JP Schembri 3, K. Dimech 5, W. Ahlberg 10, F. Sekulic 8,  S. Cappello 2.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Daniella Torok

Depiro 100

Floriana MCP Car Parks 102

(21-27)(25-20)(21-29)(25-16)(8-10)

Fi tmiem ta’ waħda mill-isbaħ partiti tal-istaġun, Floriana MCP Car Parks

Ritratt: Wally Galea

għelbu lil Depiro 102-100 wara l-ħin barrani. Kif jindika l-iskor, il-partita kienet spettakolari għall-aħħar u minkejja li seta’ kien hemm xi żbalji tal-uffiċjali, l-ispettaklu li offrew iż-żewġ settijiet ta’ players spikka fuqhom u ħasra li ma kienx hemm attendenza ikbar biex tgawdi din il-partita. Għal Floriana kien hemm  id-debutt tal-player Ingliż Dean Warliss li żgur se jkun ta’ għajnuna għalijhom speċjalment taħt il-board. Depiro kellhom il-mertu li baqgħu jemmnu minkejja li għal xi waqtiet l-iżvantaġġ kien wisq kontrijhom u li kieku l-Amerikan Keshaun Hamilton kien fil-burdata tas-soltu seta’ jkollhom riżultat differenti. Floriana bdew il-partita b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla tal-Amerikan Ian Thiesen. Depiro wieġbu b’żewġ baskets minn Trent Steen u Hamilton qabel ma Floriana komplew b’run ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Thiesen. Wara time-out, Depiro tejjbu l-logħba tagħhom u kellhom il-punti ta’ Jack Nygaard flimkien m’Omar Said u Steen għalkemm kienu Floriana li temmew il-perjodu fuq quddiem 27-21. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Depiro komplew inaqqsu d-distakk u trippla ta’ Hamilton flimkien mal-punti ta’ Steen u Adam Chomo wassluhom sa’ basket ‘l bogħod. Thiesen kellhu żewġ trippli oħra għal Floriana biex reġa’ poġġijhom 9 minn fuq però Nygaard ġab lura d-distakk waħdu, b’run ta’ 9-0 minn Depiro u fl-intervall kien hemm biss punt jifred liż-żewġ timijiet fuq skor ta’ 47-46.

Fit-tielet taqsima, Floriana reġgħu ħarġu aħjar mill-avversarji din id-darba b’run qawwija ta’ 19-4 bi trippli ta’ Shawn Pace, Kevin Liivamagi u Warliss flimkien mal-punti ta’ Thiesen biex marru 16 minn fuq 66-50. Depiro ma ċedewx u trippla ta’ Andrew Aquilina rathom għal darb’oħra jibdew rimonta li ssarrfet f’run ta’ 12-2 għalkemm kienu Floriana li temmew is-sessjoni 76-67 fuq quddiem. Fl-aħħar perjodu Depiro komplew fejn ħallew u rnexxielhom li jippareġjaw il-partita fuq skor ta’ 79-79 wara run ta’ 12-3 b’diversi punti ta’ Steen. David Bugeja u Thiesen reġgħu poġġew lil Floriana fuq quddiem iżda hawn Floriana ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif Thiesen spiċċa fouled out. Depiro approfittaw u u għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex marru fuq quddiem iżda basket ta’ David Bugeja eżatt mal-horn salva l-partita għal Floriana u sforza l-ħin barrani fuq skor ta’ 92-92. Fil-ħin miżjud, Bugeja kien strumentali f’run qasira ta’ 7-0 minn Floriana li tilfu wkoll lil Gael Hulson bil-fouls. Depiro ppruvaw jerġgħu jsalvaw il-partita però huma kellhom biss 4 pinti minn Steen u Floriana ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 102-100.

Depiro: T. Steen 38, K. Hamilton 15, J. Attard, D. Farrugia, A. Aquilina 7, N. Grech, O. Said 2, M. Mallia, J. Nygaard 30, A. Chomo 8, A. Attard.

 

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 5, D. Bugeja 14, D. Camilleri, D. Warliss 26, S. Borg, K. Caruana, K. Liivamangi 3, I. Arias, I. Thiesen 35, K. Xuereb 2, G. Hulsen 17, D. Agius.

Referees: Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic, Malek Hraisha

Balkan Fusion 83

 

Starlites GIG 129

(19-36)(15-28)(26-27)(23-38)

Starlites GIG għalqu l-ġurnata b’rebħa komda fuq Balkan Fusion bl-iskor ta’ 129-83. Balkan urew progress fl-attakk fejn tellgħu punteġġ tajjeb speċjalment bis-37 punt ta’ Patrick Walk però fid-difiża xorta għadhom laxki u jsofru skors kbar kontrijhom. Starlites kienu mingħajr Andrew Sears għal din il-partita. Starlites mill-ewwel ħadu kontroll tal-partita speċjalment bit-three pointers tal-Amerikani William Darley u Cameron Ward. Alec Felice Pace u Nick Formosa wkoll kellhom il-punti tagħhom hekk kif Starlites temmew il-perjodu fuq quddiem 36-19. Fil-bidu tat-tieni perjodu kien hemm punti fuq kull naħa jekk kif Balkans żammew il-pass mal-avversarji bil-punti ta’ Walk flimkien ma’ Nikola Bozovic. Lejn tmiem is-sessjoni però, Starlites reġgħu ħadu kontroll tal-partita bi break qawwi ta’ 17-4 bi three pointers minn Robert Bonnici u Ward u punti minn Jordan Stotts u Darley biex daħlu jistrieħu 64-34 minn fuq.

Wara l-intervall Balkan kellhom mument tajjeb b’run ta’ 12-2 bi trippli minn Thomas Grech u Stefan Todorovic u d-distakk niżel għal 24 punt, 74-50. Starlites malajr reġgħu ħadu l-kontroll tal-partita u issa kienu huma lu għamlu run ta’ 15-0 fejn kellhom three pointers minn Ward u Formosa u punti minn Ryan Carabott u Stotts għal skor ta’ 91-50. Fl-aħħar sessjoni kien hemm diversi żgħażagħ ta’ Starlites fuq il-court hekk kif huma għaqqdu l-mitt punt b’dunk ta’ Stotts. Spikka Matthew Scerri bi tlett three pointers flimkien ma’ tlieta oħra ta’ Darley hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 129-83.

Balkan Fusion: N. Radicevic 6, N. Despotovic 5, N. Bozovic 11, T. Grech 11, P. Walk 37, A. Schembri 4, M. Gauchi Montaldo 2, S. Todorovic 3, N. Komienic 4, N. Kovacevic.

 

Starlites Gig: O. Psaila, N. Formosa 16, R. Bonnici 5, I. Felice Pace 2, C. Ward 22, M. Falzon 2, A. Felice Pace 16, R. Carabott 6, M. Scerri 15, W. Darley 26, J. Scotts 19.

Referees: Bernard Vassallo, Kamil Dworniczak, Tuomas Mantere.

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

6

5

1

11

562

462

Hibernians

5

4

1

9

449

348

Floriana MCP Car Parks

5

4

1

9

430

399

Gżira Athleta

6

3

3

9

497

466

Bupa Luxol

6

2

4

8

490

496

Depiro

6

2

4

8

517

535

Balkan Fusion

6

0

6

6

376

615





Leave a comment