Floriana MCP Car Parks itemmu s-sena fl-ewwel post

Tuesday, December 20, 2016, 22:17

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Starlites 88

Floriana MCP Car Parks 108

(24-25)(13-25)(30-29)(21-29)

Floriana MCP Car Parks kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat biex żammew l-ewwel post tal-klassifika. Starlites minkejja li tilfu b’20 punt, kienu fil-partita għal ħin twil u kull darba li Floriana fetħu vantaġġ, resqu viċin għalkemm Floriana qatt ma tilfu l-vantaġġ. Floriana marru 12-4 minn fuq wara punti minn Anton Axiaq u Chad Patus. Starlites wieġbu bit-three pointers minn Alex Felice Pace u tnejn ta’ Ivan Mitrovic  però Patus ħalla lil Floriana fuq quddiem fi tmiem l-ewwel sessjoni 25-24. It-tieni sessjoni fetħet b’basket fuq kull naħa qabel ma Floriana kellhom run ta’ 13-2 b’aktar punti minn Patus flimien ma’ Nikola Vasovic biex fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 40-28. Hawn Starlites wieġbu bil-punti ta; Jacob Formosa li kellhu trippla flimkien ma’ Mitrovic iżda Floriana għalqu t-taqsima b’run ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 13 minn fuq 50-37.

Fit-tielet taqsima, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma Starlites għamlu run qasira ta’ 8-2. Huma reġgħu naqqsu d-distakk però għal darb’oħra Floriana wieġbu bi break ta’ 11-2 kollhu minn Patus u Vasovic. Starlites kellhom l-aħjar tmiem tat-taqsima b’run oħra ta’ 10-2 bi trippli minn Nikola Stankovic u Mitrovic u l-vantaġġ ta’ Floriana niżel għal 12 –il punt 79-67. Starlites għamlu sforz ieħor fil-ftuħ tar-raba’ taqsima u waslu sa’ sitt punti ‘l bogħod. Hawn però Floriana għamlu run deċisiva ta’ 21-4 fejn bdew bi trippla ta’ Shawn Pace u kompla Patus b’diversi puntu u għaqqdu l-mitt punt wara basket minn Axiaq. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Felice Pace u Mitrovic għal Starlites biex Floriana ħarġu rebbieħa 108-88.

Starlites: I. Mitrovic 27, M. Azzopardi, L. Vella,  A. Schembri 4, Q. Bugeja, M. Falzon, A. Felice Pace 10, Zika Stankovic, J. Formosa 21, N. Stankovic 26, M. Vella, T. Grech.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 45, S. Pace 8, S. Borg, N. Vasovic 24, C. Calleja 6, A. Axiaq 25, N. Andrejevic.

Referees: Teemu Helenius, Zvezdan Dobrosaviljevic, Christine Farrugia.

Gżira Athleta 75

Hibernians 67

(14-22)(18-11)(22-13)(21-22)

Kif ġara f’aktar minn okkażjoni waħda dan l-istaġun, Gżira Athleta ħallew l-aħjar tagħhom għal wara l-mistrieħ fejn wara li daħlu jistrieħu punt minn taħt, kellhom mument mill-aqwa fit-tielet taqsima biex dawwru l-iskor u ħarġu rebbieħa kontra Hibernians 75-67. David Camilleri kien nieqes għall-Athleta fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Ryan Carabott però deher għall-ewwel darba Eman Xuereb wara żmien twil inattiv. Kienu Hibs li kellhom l-aħjar bidu meta marru 10-2 minn fuq bil-punti ta’ Alvaro Lizaur u Adrian Micallef. Ir-risposta tal-Athleta waslet minn Peter Shoults flimien ma’ Roderick Vella. Iż-żewġ timijiet kellhom sitt punti mingħajr risposta bil-Hibs jagħlqu s-sessjoni 22-14 minn fuq wara erba’ punti minn Luke Farrugia u Marco Matijevic. Athleta bdew it-tieni perjodu bil-punti ta’ Vella u Shoults biex naqqsu d-distakk. Wara l-baskets ta’ Micallef għall-Pawlisti, daħal aktar fix-xena l-Amerikan tal-Athleta Josiah Whitehead li waħdu għamel run ta’ 11-2 li għalaqha bi trippla biex naqqas sew id-distakk bejn iż-żewġ timijiet bil-Hibs jidħlu jistrieħu punt minn fuq wara trippla ta’ Lizaur 33-32.

Fil-ftuħ tat-tielet taqsima, Hibs kabbru l-vantaġġ għal sitt punti 41-35. Hawn però wasal mument mill-aqwa minn Athleta li għamlu run qawwija ta’ 17-2 bil-punti ta’ Whitehead, Shoults, Vella u Naudi li kellhu wkoll trippla. Hibs finalment waqqfuhom bi trippla ta’ Matijevic però Athleta kienu għadhom 8 minn fuq 54-46. Fl-aħħar sessjoni, Hibs reġgħu daħlu sew fil-partita wara run ta’ 12-3 b’żewġ three pointers ta’ Farrugia. Shoults u Whitehead reġgħu taw vantaġġ lill-Athleta u din id-darba minkejja t-trippi ta’ Matijevic Hibs ma rnexxielhomx jerġgħu jieħdu l-vantaġġ biex Athleta ħarġu rebbieħa 75-68.

Gżira Athleta: M. Naudi 19, R. Vella 10, L. Stefanovic, P. Shoults 13, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 3, J. Bos, S. Vincic, M. G. Montaldo, J. Whitehead 30.

Hibernians: P. Attard, M. Houmpton, E. Xuereb, L. Farrugia 11, S. Attard, I. Bonett 2, K. Sultana, A. Micallef 15, M. Matijevic 23, S. Vella, F. Mariani 2, A. Lizaur 15.

Referees: Gordon Barbara, Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Cynergi Depiro 74

Bupa Luxol 57

(20-20)(11-14)(22-8)(21-15)

Cynergi Depiro għamlu l-logħba tagħhom wara l-intervall hekk kif sal-halftime Bupa Luxol kienu 3 minn fuq 34-31 però fit-tielet sessjoni u fil-bidu tar-raba’ Depiro bnew vantaġġ qawwi. Luxol kienu mingħajr William Ahlberg u fetħu l-partita bit-three pointers ta’ Pierce Cumpstone u CJ Cordina. Depiro kellhom il-punti tal-Amerikan DJ Mason flimkien ma’ David Bugeja però Luxol wieġbu bi trippla oħra ta’ Cordina flimkien ma’ JP Schembri u fi tmiem it-taqsima kien hemm parita 20-20. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu hekk kif għal Depiro kien hemm biss il-punti ta’ Kurt Xuereb. Luxol bdew b’sitt punti ta’ Cumpstone u Keith Dimech u rnexxxielhom jiftħu vantaġġ ta’ 3 punti 34-31.

Fit-tielet perjodu Luxol dehru li se jżommu l-pass mal-avversarji hekk kif fetħu b’żewġ three pointers minn Schembri u Cordina. Hawn però Depiro ġew f’tagħhom u kellhom run qawwija ta’ 18-2 bi tlett three pointers minn Andrew Aquilina flmkien ma’ Bugeja u Mason biex temmew it-taqsima 53-42 minn fuq. Huma fetħu l-aħħar taqsima b’żewġ trippli oħra minn Bugeja u Aquilina u għalkemm Luxol wieġbu bil-punti ta’ Crumpstone u Cordina, Depiro xorta kienu għadhom b’vantaġġ komdu 67-51. Luxol kellhom sitt punti oħra qabel ma Depiro għalqu l-partita b’żewġ three pointers oħra minn Nicholas Grech u Timothy Zammit biex ħarġu rebbieħa 74-57.

Cynergi Depiro: N. Grech 4, D. Bugeja 9, R. Bonnici, D. Schembri, A. Aquilina 15, DJ Mason 23 , T. Zammit 3, M. Mallia, A. Queiros, K. Xuereb 12, M. Borg, D. Scafidi 6.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 20, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 9, K. Dimech 9, P. Cumpstone 17, S. Cappello 2.

Referees: Christine Farrugia, Teemu Helenius, Erkan Ozpolat.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Floriana MCP Car Parks

3

3

0

6

272

226

Depiro

3

2

1

5

225

205

Gżira Athleta

3

2

2

5

207

201

Bupa Luxol

3

1

2

4

196

207

Starlites

3

1

2

4

225

265

Hibs

3

0

3

3

218

239

 

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment