Floriana MCP Car Parks b’rebħa mportanti għal post fil-play-offs

Monday, March 11, 2019, 17:51

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians 70

Gżira Athleta 94

(13-18)(19-29)(20-27)(18-20)

Gżira Athleta kisbu rebħa konvinċenti fuq ic-champions Hibernians meta għelbuhom 94-70 biex żammew il-pass mat-timijiet tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika. It-trio Amerikan tal-Athleta qiegħdin ikunu strumentali hekk kif qed iżidu fil-logħob tagħhom ankè fid-difiża u l-players Maltin li jidħlu fuq il-court minn ħin għal ħin ukoll ikollhom sehem importanti. Għal Hibs it-twal Luca Tardito u Ivan Demcesen sabu diffikulta jisfruttaw t-tul tagħhom kif għamlu f’partiti oħra. Wara l-ewwel punti tal-partita minn naħa tac-champions, Athleta bdew jirrispondu permezz ta’ trippla ta’ Vincent Pace flimkien mal-punti ta’ Matthew Gouder. Kien hemm risposta ta’ Hibs bi trippla ta’ Alvaro Lizaur però l-aħħar punti tat-taqsima ġew minn Athleta permezz ta’ Connell Crossland u Julio Guity għal skor ta’ 18-13. Fit-tieni perjodu Athleta bdew b’run ta’ 10-2 biex fetħu vantaġġ b’figuri doppji 28-15. Hibs ippruvaw jirkupraw b’żewġ baskets ta’ Demcesen flimkien ma’ Roderick Vella però Athleta wieġbu bi trippli ta’ Peter Shoults, Nikola Vasovic u Pace u ħadu vantaġġ għall-intervall 47-32.

Wara l-intervall Athleta ħasdu għal kollox lill-avversarji meta fetħu b’run ta’ 15-2 b’diversi punti ta’ Crossland fosthom trippla u oħra ta’ Vasovic flimkien ma’ Guity u Pace għal skor ta’ 62-34. Finalment Hibs irrispondew u għamlu dan b’run ta’ 12-0 bi three pointers minn Vella u Lizaur però sa’ tmiem is-sessjoni Athleta reġgħu ikrupraw u wara żewġ three pointers minn Gouder u Pace temmewha 74-52 minn fuq. Id-distakk reġa’ kiber fil-ftuħ tal-aħħar taqsima meta Athleta fetħu bi break qasir ta’ 8-2 biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 28 punt u ma ħallew l-ebda dubju fuq ir-riżultat finali hekk kif Athleta ħarġu rebbieħa 94-70.

Hibs: R. Vella 7, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 16, A. Axiaq 10, M. Matijevic, A. Lizaur 13, I. Demcesen 9, C. Cuschieri Patus 15.

 

Gżira Athleta: N. Vasovic 8, C. Crossland 23, P. Shoults 5, L. Stefanovic, N. Xuereb 2, M. Gouder 9, V. Pace 31, J. Guity 16.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak.

Balkan Fusion 0

 

Depiro 20

Din il-partita ma setghetx tintlagħab hekk kif it-team tal-Balkani ppreżentaw biss erba’ players fil-ftuħ tagħha. Fuq nota personali huwa ta diżappunt li l-kampjonat nazzjonali jasal f’dan l-istat u nittama li għal futur, qabel ma team japplika biex jilgħab fl-għola diviżjoni jkun preperat biex ma jkollniex partiti bħal dawn li dan l-istaġun kienu xi ħaġa komuni bit-team ta’ Balkan Fusion.

Bupa Luxol 74

 

Floriana MCP Car Parks 79

(18-19)(18-22)(19-20)(19-18)

F’partita li kellha piż importanti rigward min se jikkwalifika mal-aħħar erbgħa, Floriana MCP Car Parks għamlu pass importanti meta għelbu lil Bupa Luxol 79-74 biex issa għandhom rebħa fuq l-avversarji b’partita anqas. Luxol kellhom nieqes lil Keith Dimech iżda nkludew lil Dirk Schembri li però din id-darba kellhu partita kwieta fil-waqt li għal Floriana t-tandem Ian Thiesen u Gael Hulson għamlu bejniethom 58 punt mit-total ta’ 79. Wara li Floriana marru fuq quddiem bi trippla ta’ Thiesen, Luxol irrispondew bit-three pointers ta’ Vukassin Jandric u Jean Paul Schembri f’run ta’ 11-2. Ir-risposta ta’ Floriana ġiet minn Hulson u Thiesen flimkien ma’ David Bugeja u ż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin biex Floriana temmew is-sessjoni punt mimm fuq 19-18. Fit-tieni sessjoni kienu Floriana li kabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Kieron Caruana però Luxol ukoll kellhom it-three pointers tagħhom għal darb’oħra minn Jandric u ppareġjaw il-partita 31-31. Floriana rkupraw u għamlu 8 punti mingħajr risposta u minkejja li Luxol kellhom il-punti ta’ Jerrell Martin u CJ Cordina, Floriana daħlu jistrieħu 41-36 minn fuq.

Luxol fetħu t-tielet taqsima bi trippla ta’ William Ahlberg qabel ma Floriana għamlu run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Hulson u Thiesen. Luxol ma ċedewx u trippli minn Jandric u Ahlberg reġgħu wassluhom sa’ basket ‘l bogħod 50-52. Però kif ġara qabel, Floriana reġgħu kabbru l-vantaġġ din id-darba b’sensiela ta’ free-throws minn Thiesen għal skor ta’ 61-55. Fl-aħħar sessjoni għal darbtejn Luxol waslu sa’ basket ‘l bogħod wara li bdew b’żewġ three pointers ta’ Ahlberg. Floriana wkoll kellhom it-three pointers tagħhom minn Thiesen u Bugeja li kienu biżżejjed biex iżommhu lil Luxol ‘l bogħod u fl-aħħar sekondi kien Hulson li mill-free-throw line aċċertahom mir-rebħa fuq skor finali ta’ 79-74.

Bupa Luxol: CJ Cordina 4, V. Jandric 23, J. Cefai, J. Martin 18, P. Englebert, JP Schembri 3, W. Ahlberg 18, M. Mercieca, F. Sekulic 2,  D. Schembri 4, S. Cappello 2.

 

Floriana MCP Car Parks: S. Pace, D. Bugeja 9, S. Borg, K. Caruana 5, K. Liivamangi 3, I. Arias 4, I. Thiesen 34, K. Xuereb, G. Hulsen 24.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Malek Hraisha

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Gżira Athleta

10

7

3

17

842

752

Hibernians

9

7

2

16

784

646

Starlites GIG

9

7

2

16

844

720

Floriana MCP Car Parks

9

5

4

14

727

735

Bupa Luxol

10

4

6

14

836

797

Depiro

10

3

7

13

783

800

Balkan Fusion

9

0

9

8

491

847

 





Leave a comment