Floriana jissorprendu lil Siġġiewi

Sunday, November 25, 2012, 18:57

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

St. Nicholas Suns 76

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 56
(18-9)(19-19)(25-6)(14-22)

 

St. Nicholas Suns kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat kontra Phoenix Qormi Żmerċ Pub 76-56 fejn spikkat run li kellhom fit-tielet sessjoni. Għal Suns irritorna Hubert Agius fil-waqt li Phoenix kienu mingħajr Fabien Mezanger. Suns bdew tajjeb bil-baskets ta Michael Barberi b’ Phoenix iwieġbu b’baskets ta’ Gary Micallef u Trevor Grech. Suns għamlu break ta’ 9-2 u minkejja li Phoenix reġgħu naqqsu d-distakk permezz ta’ Grech, huma għamlu ħames punti oħra u temmew is-sessjoni minn fuq 18-9. Fil-bidu tat-tieni perjodu ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin bis-Suns iżidu l-vantaġġ għal 14 –il punt 29-15. Hawn komplew jaslu l-punti ta’ Igor Marjanovic u Suns kabbru d-distakk 37-21. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet b’run ta’ 7-0 magħluqa bi trippla ta’ Karl Azzopardi għal skor ta’ 37-28 favur Suns.

Marjanovic kompla fejn ħalla qabel u fil-ftuħ tat-tielet sessjoni għamel l-ewwel sitt punti ta’ Suns bi Grech ikompli jwieġeb għal Phoenix. Suns għalqu l-perjodu bi break qawwi ta’ 19-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 28 punt 62-34. Fir-raba’ taqsima, Phoenix tħabtu biex inaqqsu d-distakk b’iktar punti minn Grech flimkien ma’ Antoine Costa. Huma għamlu break ieħor ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Costa. Suns waqqfulhom dan il-mument posittiv b’sitt punti qabel ma Costa għamel l-aħħar trippla tal-partita għal skor finali ta’ Suns 76 Phoenix 56/

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 4, S. Borg 4, R. Camilleri 2, J. Paris, H. Agius 17, M. Barberi 10, S. Kivshanov 2, R. Formosa 7, R. Mercieca 6, R. Camilleri, S. Cauchi 2, I. Marjanovic 22.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli, G. Micallef 2, J. Vassallo 11, K. Azzopardi 3, D. Debattista 2, R. Curmi 4, T. Grech 21, K. Genovese, A. Costa 13, K. Vella.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

 

Mellieħa Tritones 47
Starlites 53

(7-6)(16-8)(10-10)(11-20)(3-9)

 

Starlites kisbu rebħa nkredibbli meta’ sal-aħħar żewġ sekondi kienu għadhom minn taħt u kellhom jistennew sal-ħin barrani biex jieħdu r-rebħa. Mellieħa kienu minn fuq għal ħafna ħin fil-partita pero’ l-iżballji li għamlu fl-aħħar sessjoni swewhom qares. Huma kellhom nieqsa lil Bradley Borg u Parick Cauchi fil-waqt li Starlites kienu mingħajr Jean Carl Khalil imma rritorna Chris Borg. Il-bidu tal-partita kien kwiet ħafna bil-Mellieħa jagħmlu l-ewwel ħames punti b’żewġ baskets ta’ Joshua Aquilina. Fis-sitt minuta ġew l-ewwel punti ta’ Starlites fi break ta’ 6-0 qabel it-tielet basket ta’ Aquilina għal skor ta’ 7-6 favur Mellieħa. Starlites reġgħu marru minn fuq b’basket ta’ Francois Bartolo pero’ hawn waslu 4 trippli konsekuttivi minn Oliver Sammut għal Mellieħa f’run ta’ 12-0. Starlites wieġbu bil-punti ta’ David Garcia pero’ fl-intervall Mellieħa kienu 23-14 minn fuq.

Huma kabbru l-vantaġġ  fil-ftuħ tat-tielet sessjoni wara baskets ta’ Samuel Aquilina. F’nofs is-sessjoni baskets ta’ Robert Loporto u Garcia naqqsu d-distakk għal Starlites. Michael Borg Anastasi għamel trippla għal Mellieħa li temmew is-sessjoni 9 minn fuq 33-24. Ir-rimonta ta’ Starlites bdiet bi trippla ta’ Garcia flimkien ma’ baskets minn Loporto u naqqsu l-iżvantaġġ għal 3 punti 35-38. Meta bdiet l-aħħar minuta, Mellieħa kienu għadhom 4 minn fuq 42-38 pero’ sitt sekondi mit-tmiem Saviour Bonnici poġġa lil Starlites minn fuq 43-42. Fl-attakk ta’ wara Joshua Aquilina għamel dak li deher li se jkun il-basket tar-rebħa għal Mellieħa b’żewġ sekondi fuq l-arloġġ. Pero’ foul fuq Garcia inqas minn sekonda mit-tmiem issarraf f’żewġ freethrows bil-player Spanjol jagħmel wieħed minn tnejn biex tefa’ l-partita fil-ħin barrani 44-44. Hawn pero’ Robert Bonnici beda b’4 punti u wara li Ian Curmi għamel basket għal Mellieħa, Starlites komplew iżidu l-vantaġġ u rebħu l-partita 53-47.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, I. Curmi 2, O. Sammut 12, J. Muscat 4, C. Bugeja , P. Magro, M. Camilleri,  J. Aquilina 14, M. Cauchi, M. Borg Anastasi 3, S. Aquilina 12.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 12, R. Bonnici 11, S. Bonnici 7, D. Garcia 12, C. Borg, K. Galea 2, D. Sultana, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 9.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.

 

Floriana 58
Siġġiewi 46

(15-6)(16-19)(16-15)(11-6)

 

Wara staġun bla telfau wara li rebħu l-ewwel erba’ partiti dan l-istaġun, Siġġiewi sofrew telfa sorprendenti menta Floriana meritatament rebħu l-partita 58-46. Floriana kienu mingħajr Sean Meachen u Sean Galea fil-waqt li għal Siġġiewi għadu nieqes Albert Borg u kienu wkoll mingħajr Petar Vulovic. Wara l-ewwel basket minn Clement Kodomaris, Floriana ħasdu lic-champions b’run sabiħa ta’ 15 –il punt mingħajr risposta b’Rihards Polis ikollu tlett trippli. Siġġiewi naqqsu d-distakk b’żewġ baskets ta’ Kodomaris għal skor ta’ 15-6. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi dehru li jistgħu jirkupraw wara baskets minn Gabriel Agius u Anthony Shoults. Pero’ Floriana ma waqfux u trippla ta’ Adrian Baldacchino u Polis reġgħu tawhom vantaġġ ta’ 11 –il punt 23-12. Siġġiewi għamlu run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal 4 punti 21-25 pero’ lejn tmiem is-sessjoni kien hemm trippla ta’ Jeremy Curmi u Floriana daħlu jistrieħu 31-25 minn fuq.

Wara l-intervall Siġġiewi bdew b’basket ta’ Kodomaris pero’ ħames punti ta’ Jeremy Curmi fosthom trippla taw vantaġġ ta’ 10 punti lil Floriana 36-26, Ir-reazzjoni ta’ Siġġiewi ġiet b’seba’ punti bi trippla ta’ Matthew Shoults pero’ Floriana ma ddemoraliżżawx ruħhom u għamlu run oħra ta’ 9-0 għal skor ta’ 45-33. Sa’ tmiem il-perjodu Siġġiewi reġgħu naqqsu d-distakk għal 7 punti 40-47. Fl-aħħar sessjoni il-partita baqgħet f’idejn Floriana bis-Siġġiewi ma jsibux mezz biex jinfdu d-difiża ta’ Floriana. L-aktar li rnexxielhom jaslu viċin kien 8 punti 46-54 biex Floriana setgħu jiċċelebraw l-ewwel rebħa tal-kampjonat.

 

Floriana: K. Borg, G. Cordina, A. Pace 2, R. Polis 18, J. Curmi 25, M. Pace 2, O. Shamala 2, E. Farrugia, S. Schembri, A. Baldacchino 9.

Siġġiewi: C. Kodomaris 23, G. Agius 2, S, Mamo, M. Shoults 5, JP Antoncic 4, A. Debattista, E. Vella, A. Duncan 2, A. Shoults 3, G. Coleiro 7, L. Grima.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin.

 





Leave a comment