Floriana jisfurzaw it-tielet partita u Athleta l-ewwel finalisti

Monday, March 23, 2015, 21:16

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 58

AtoZ Electronics Athleta 80

(17-23)(12-13)(11-26)(18-18)

Ic-champions AtoZ Electronics Athleta kienu l-ewwel

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

team li waslu sal-finali tal-play-offs wara li għelbu lil Bupa Luxol 80-58. Luxol kellhom prestazzjoni aħjar minn l-ewwel logħba hekk kif kienu jafu li telfa f’din il-logħba kienet tfisser it-tmiem tal-istaġun tagħhom madankollu wara l-intervall Athleta kienu għal darb’oħra wisq qawwija għalihom. CJ Cordina fetaħ il-logħba għal Luxol b’żewġ baskets madankollu Athleta wieġbu b’run ta’ 8-0 run bi trippli ta’ Roderick Vella. Luxol wettqu reazzjoni bi break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Cordina iżda Athleta malajr wieġbu permezz ta’ run oħra ta’10-2 fejn kellhom il-punti ta’ Chad Patus, Isaac Tanti u trippla ta’ Omar Said. Andrew Aquilina ukoll kellu trippla għall-Athleta hekk kif huma spiċċaw l-ewwel sessjoni fuq quddiem 23-17. Fit-tieni perjodu, Luxol bdew bi break ta’ 10-4 run inkluż trippla minn Jean Paul Bonnici biex ġabu l-iskor indaqs 27-27. Athleta wieġbu b’run ta’ 9-2 run b’aktar punti minn Patus inkluż tripla u fl-intervall kellom vantaġġ ta’ seba’ punti 36-29.

Fil-bidu tat-tielet taqsima, Jean Paul Schembri beda bi three pointer għal Luxol. Madankollu, Athleta wieġbu bil-qawwa meta għamlu run ta’ 17-2 biex fetħu vantaġġ qawwi. Huma bdew bi trippla ta’ Patus u kellhom ukoll punti minn Vella, Aquilina u Michael Naudi. Thomas Staton wieġeb b’żewġ baskets għal Luxol iżda Athleta kienu fil-kontroll kif kellhom aktar trippli minn Said u Aquilina għal punteġġ ta’ 62-40. L-aħħar sessjoni fetħet b’run oħra ta’ 9-0 run minn Athleta bi trippla oħra ta’ Aquilina. Luxol irnexxielhom itemmu l-logħba bi break ta’ 12-3, iżda kienu għadhom ‘l bogħod u Athleta rebħu l-logħba 80-58.

Bupa Luxol: CJ Cordina 21, A. Portelli 6, J. Willoughby 2, JP Schembri 3, S. Visser, T.Staton 16, A. Micallef Trigona 2, JP Bonnici 8.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 15, R. Vella 14, C. Patus 15, A. Aquilina 12, O. Said 9, M. Gouder, L. Stefanovic, I. Tanti 15.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Floriana Cafè Del Mar 91

 

Cynergi Virtus 77

(19-16)(23-25)(28-15)(21-21)

Floriana Café Del Mar kellhom waħda mill-aħjar prestazzjonijiet

https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

dan l-istaġun speċjalment wara l-intervall u għelbu lil Cynergi Virtus 91-77. Għalhekk din is-semifinali se tkun deċiża fit-tielet logħba il-Ħadd li ġej. Kienet logħba bilanċjata ħafna speċjalment sa l-intervall madankollu Floriana kellhom run tajba ħafna fit-tielet perjodu u fetħu vantaġġ tajjeb li huma kkontrollaw sa l-aħħar. Floriana kellhom l-aħjar bidu bi break ta’ 10-2 run b’diversi punti minn Mark Henniger li kien dominanti matul il-logħba kollha. Virtus kellhom il-punti minn Mike Breusewitz iżda Lee Ross għamel trippla għal Floriana u fis-seba’ minuta kienu 16-8 fuq quddiem. David Bugeja kellhu tlett baskets għal Virtus flimkien ma’ Breusewitz iżda n-naħa l-oħra Henniger kellhu aktar punti biex Floriana temmew l-ewwel sessjoni 19-16 minn fuq. Clayton Calleja fetaħ it-tieni sessjoni bi trippla għal Floriana. Virtus wieġbu bi break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Bugeja madankollu Floriana malajr wieġbu bl-istess punteġġ inkluż three pointer minn Nikola Vasovic biex f’nofs is-sessjoni kienu sitta minn fuq 29-23. Virtus irnexxielhom jieħdu l-vantaġġ wara run ta’ 9-2 run bit-tieni trippla ta’ Bugeja. Breusewitz ukoll kellhu żewġ trippli għal Virtus iżda Floriana kellhom punti minn Ross u Nigel Sultana daħlu jistrieħu punt minn fuq 42-41.

Wara l-mistrieħ, Floriana kellhom bidu qawwi bi break ta’ 15-3 fl-ewwel ħames minuti. Huma kellhom trippla oħra minn Ross flimkien mal-punti ta’ Henniger u Sultana u fetħu punt vantaġġ ta’ 13 –il punt 57-44 fil-ħames minuta. Anton Axiaq wieġeb għal Virtus iżda l-punti ta’ Florian komplew ġejjin minn Sultana u Henniger biex huma spiċċaw is-sessjoni fuq quddiem 70-56. Virtus deheru li ġejjin lura meta fetħu l-aħħar taqsima b’ħames punti konsekuttivi bi trippla ta’ Shawn Pace. Madankollu, Floriana wieġbu għal darb’oħra b’run ta’ 10-0 biex żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 19 -il punt 80-61. Virtus kellhom 5 punti oħra imma Floriana malajr wieġbu bil-punti ta’ Vasovic u Henniger. Alec Felice Pace daħal jilgħab minn fuq il-bank għal Virtus u kiseb żewġ trippli però Floriana żammew sod bil-vantaġġ li kellhom biex huma rebħu l-logħba 91-77 u sfurzaw t-tielet logħba.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 37, M. Mercieca, D. Camilleri, N. Sultana 12, S. Borg 3, L. Ross 20, N. Vasovic 10, C. Calleja 5, D. Schembri 4, O. Shamala, D. Agius.

Cynergi Virtus: S. Pace 5, D. Bugeja 18, R. Bonnici 2, M. Falzon, M. Bruesewitz 27, A. Felice Pace 6, A. Axiaq 16, I. Buldakov, A. Schembri, P. Shoults 3, F. Bartolo.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Ritratti: MPC Photography: https://www.facebook.com/pages/MPC-Photography/1514051275539716

 

Programm tal-play-offs:

29-03-2014 – 16:30 – Cynergi Virtus vs Floriana Cafè Del Mar





Leave a comment