Floriana jerġgħu jegħlbu lil Siġġiewi

Friday, January 7, 2011, 11:08

DETUR SHIELD TIENI DIVIZJONI IRĠIEL

minn Colin Schembri

Mellieha Tritones 71

Mtarfa Miscela D’oro 53

(14-14)(18-14)(20-8)(19-17) 

Mellieħa Tritones rebħu l-ewwel partita tad-Detur Shield kontra Miscela D’oro Mtarfa 71-53. Mtarfa ġralhom bħal l-aħħar logħba li lagħbu meta sfaxxaw wara l-mistrieħ. Kienu Mellieħa li fetħu l-aħjar u trippli ta’ Oliver Sammut u Sassoun Saakian rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti 12-4. Pero’ fl-aħħar żewġ minuti tal-ewwel sessjoni Mtarfa għamlu run ta’ 7-0 biex ippareġjaw 14-14. Basket ta’ Graham Coleiro poġġa lil Imtarfa fuq quddiem pero żewġ trippli oħra ta’ Sammut reġgħu taw il-vantaġġ lil Mellieħa. Huma komplew f’run ta’ 12-2 u fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 26-18. Pero’ Mtarfa ma qatawx qalbhom u reġgħu wieġbu b’run ta’ 6-0 fl-aħħar minuta u daħlu jistrieħu 4 minn taħt 28-32.

Fl-ewwel tlett minuti ta’ wara l-mistrieħ id-distakk niżel għal basket pero’ hawn Mellieħa għamlu run ta’ 8-0. Mtarfa waqqfu din ir-run bil-baskets ta’ Sean Baldacchino u Joe Vassallo pero’ kienu Mellieħa li għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 11-0 u marru 52-36 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni  il-vantaġġ Mellieħi kiber għal 21 punt 65-44 sat-tmien minuta. Trippli minn David Agius għall-Imtarfa ġabu l-iskor rispettabli għalijhom u Mellieħa ħarġu rebbieħa 71-53. 

Mellieha Tritones: M. Cauchi 8, S. Saakian 28, R. Abela, O. Sammut 21, J. Aquilina 6, M. Camilleri 2, J. Sant, E. Farrugia 2, K. Genovese 4.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 2, J. Vassallo 9, C. Vella, M. Camilleri 4, K. Mifsud 2, K. Xuereb, D. Angelov, D. Cini 9, G. Coleiro 14, D. Agius 13.

Referees: Jean Paul Sammut, Clive Terribile

Vida Siġġiewi 57

Floriana Eurobasket Peugeot 66

(13-19)(12-15)(19-17)(13-15) 

Floriana Eurobasket Peugeot reġgħu għelbu lic-champions Siġġiewi din id-darba fil-logħob tas-shield 66-57. Siġġiewi kellhom għal-ewwel darba lil Milan Pajic u Clayton Agius fil-waqt li Noel Falzon kien għadu nieqes. Floriana kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom u nkludew ukoll lil Andrew Camilleri. Trippla ta’ Agius poġġiet lil Siġġiewi 5-1 minn fuq pero’ Floriana wieġbu b’run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Chris Sammut flimkien ma ħuħ Steve. Siġġiewi bdew ibatu taħt il-board bi Floriana jieħdu l-offensive rebounds spe`jalment Ben Aquilina u fetħu vantaġġ ta’ 6 punti fi tmiem is-sessjoni 19-13. Fit-tieni sessjoni Floriana kabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Steve Sammut 25-19. Siġġiewi wieġbu bil-baskets ta’ Albert Borg pero’ free-throws ta’ Chris Sammut ħallew lil Floriana fuq quddiem sal-mistrieħ 34-25.

Floriana fetħu t-tielet perjodu b’run ta’ 11-2 b’iktar trippli ta’ Sammut u f’nofshu kienu 14-il punt minn fuq 47-33. Siġġiewi ħadu time-out u għamlu run ta’ 7-0 biex naqqsu d-distakk għal 7 punti fi tmiem is-sessjoni 25-34. Siġġiewi ppruvaw jersqu vi`in fl-aħħar sessjoni pero’ pront kien Ian Mercieca li għamel żewġ three pointers f’run ta’ 13-4. Floriana issa kienu 14 minn fuq u kkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Siġġiewi biex rebħu l-partita 66-57.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 20, JP. Antonic 3, C. Agius 7, A. Duncan, L. Grech 4, A. Borg 15, I. Terribile, M. Pajic 2, D. Debattista, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 6.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, O. Shamala, A. Camilleri, C. Sammut 21, A. Pace, I. Mercieca 8, N. Mercieca, R. Polis 3, J. Tanti 5, S. Sammut 21, D. Deguara, B. Aquilina 8.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Athleta 65

Bell Net SN Suns 29

(16-11)(21-10)(6-4)(22-4) 

L-aħħar partita għas-sena 2010 rat lil Athleta jiftħu l-impenji tagħhom fid-Detur Shield b’rebħa faċli fuq Bell Net SN Suns 65-29. Iż-żewġ timijiet kellhom players ġodda fl-iskwadra tagħhom. Athleta kellhom lil Michael Giusti u Yannick Schembri fil-waqt li Suns kellhom lil Johan Farrugia u Andy Bellia. Il-partita kellha bidu kwiet bl-Athleta jkunu 5-2 minn fuq f’nofs l-ewwel sessjoni. Wara li Suns resqu sa punt viċin bi trippla ta’ Michael Barberi, Athleta għamlu break ta’ 8-4 u fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 16-11. Fil-bidu tat-tieni sessjoni, Athleta komplew jagħfsu u b’run oħra ta’ 11-3 fetħu distakk ta’ 13-il punt 27-14. Ir-risposta ta’ Suns ġiet mil-free-throws ta’ Hubert Agius pero’ żewġ baskets ta’ Adrian Baldacchino u ieħor ta’ Mark Spiteri raw lil Athleta jidħlu jistrieħu 16 minn fuq 37-21.

Fit-tielet sessjoni donnu li l-kesħa għamlet tagħha hekk kif iż-żewġ timijiet sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Fil-fatt l-ewwel basket wasal wara żewġ minuti minn Agius għas-Suns. Imbagħad kellhom jagħddu sitt minuti oħra biex Athleta wieġbu b’basket ta’ John Muscat. Il-punti baqgħu skarsi u sa tmiem is-sessjoni Athleta kienu 43-25 minn fuq. L-aħħar sessjoni ġiet iddominata minn Athleta li bdew japprofittaw mil-ħafna turnovers ta’ Suns u bdew b’run ta’ 12-2. Din tathom vantaġġ qawwi ta’ 28 punt fis-seba’ minuta 55-27 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 65-29.

Athleta: J. Chircop, A. Baldacchino 6, S. Aquilina 14, M. Giusti, J. Muscat 6, L. Fenech 2, Y. Schembri, M. Spiteri 8, R. Formosa 16, I. Buldakov 13.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia, R. Camilleri, A. Bellia, H, Agius 13, M. Barberi 9, R. Mercieca 4, R, Camilleri 2, B. Grima.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani





Leave a comment