Floriana jagħtu l-ewwel telfa lil Siġġiewi

Thursday, December 2, 2010, 20:00

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

minn Colin Schembri

Bell Net SN Suns 69

Mellieħa 64
(12-23)(18-9)(19-25)(15-12)

Mellieħa rritornaw għar-rebħ meta rebħu partita bilanċjata kontra Bell Net SN Suns 69-64. Huma għamlu dan minkejja li kellhom nieqsa lil Oliver Sammut, Ervin Farrugia u Rueben Abela. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat bl-ebda team ma jirnexxielu jieħu vantaġġ sostanzjali. Trippla ta’ Michael Camilleri poġġiet lil Mellieħa 16-6 minn fuq. Suns wieġbu bi trippla ta’ Clayton Agius bil-Mellieħa jagħlqu s-sessjoni b’run ta’ 8-0 u jmorru 23-12 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Suns kienet immedjata b’run ta’ 8-0 fil-ftuħ tat-tieni perjodu. Punti minn Sassoun Saakian ħallew lil Mellieħa fuq quddiem pero Suns resqu sa punt viċin 27-28bi trippla oħra ta’ Agius.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 38-32 pero Suns reġgħu ġew lura u f’nofs il-perjodu kienu punt minn taħt 39-40. Hawn Mellieħa għamlu break qawwi ta’ 10-0 b’Saakian jispikka. Suns wieġbu bil-punti ta’ Agius u trippla ta’ Trevor Grech pero kienu għadhom 8 minn taħt fi tmiem il-perjodu. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Mellieħa kabbru l-vantaġġ għal 14-il punt 63-49. Suns għamlu l-aħħar sforz b’run ta’ 9-0 li għalquha bi trippla ta’ Michael Barberi u ġew ħames punti l-bogħod 58-63. Pero’ Mellieħa kkontrollaw l-aħħar ħinijiet biex żammew il-vantaġġ sat-tmiem 59-64.

Bell Net SN Suns: C. Agius 15, R. Camilleri, H. Agius 21, M. Barberi 9, T. Grech 3, R. Mercieca 13, R, Camilleri 3.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 16, S. Saakian 19, K. Genovese 6, J. Aquilina 8, M. Camilleri 14, J. Sant 4, P. Cauchi 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri

Athleta: 44

Mtarfa Miscela D’oro 37

(8-4)(11-9(11-9)(14-15)

Athleta wkoll irritornaw għar-rebħ biex ħallew lil Imtarfa jfittxu l-ewwel rebħa staġjonali tagħhom. Ivan Buldakov, Tim Wollmack u Adrian Baldacchino kienu neqsin għall-Athleta fil-waqt li Depiro kienu mingħajr David Agius. Il-bidu tal-partita kien kwiet bl-Athleta jagħmlu l-ewwel sitt punti u fis-seba’ minuta Sean Baldacchino wieġeb għal Depiro. Għaddew żewġ minuti oħra qabel ma rajna basket ieħor u l-ewwel sessjoni ntemmet fuq skor baxx ta 8-4 favur l-Athleta. Athleta fetħu t-tieni perjodu bil-punti ta’ Roberto Formosa f’run ta’ 8-3 u f’nofs is-sessjoni kienu 16-7 minn fuq. Depiro għamlu run ta’ 6-0 pero Athleta għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Michael Pisani għal skor ta’ 19-13.

Wara l-mistrieħ kien hemm trippla ta’ Formosa għal Athleta flimkien ma punti ta’ Samuel Aquilina biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 25-17. Depiro wieġbu b’run ta’ 5-0 pero Athleta temmew bi break ta’ 5-0 u temmew is-sessjoni 30-22 minn fuq. Fil-ftuħ tal-aħħar perjodu kien nieqes mil-punti tant li sa nofshu kienu saru biss żewġ baskets minn Athleta u basket minn Depiro. Wara li Malcolm Sammut għamel trippla għal Depiro, Athleta għamlu run oħra ta’ 6-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 13-il punt u baqgħu jikkontrollaw sat-tmiem.

Athleta: J. Chircop, K. Cucciardi, S. Aquilina 9, R. Formosa 19, J. Muscat 2, L. Fenech 2, M. Spiteri 8, M. Pisani 4.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 8, J. Vassallo 7, M. Sammut 4, M. Camilleri 3, J. Vella, K. Mifsud, K Xuereb 3, A. Buttigieg, D. Cini 8, G. Coleiro 4.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly

Floriana Eurobasket Peugeot 61

Vida Siġġiewi 54
(18-19)(20-12)(13-13)(10-10) 

Run deċisiva lejn tmiem it-tieni perjodu kienet strumentali għal Floriana Eurobasket Peugeot biex rebħu dan il-konfront u taw l-ewwel telfa lil Vida Siġġiewi. Floriana laqgħu lura lil Rihards Polis u Joseph Tanti fil-waqt li Lee Grech kien nieqes għal Siġġiewi. Floriana bdew tajjeb u marru 6-2 minn fuq pero Siġġiewi dawwru l-iskor favur tagħhom sa nofs is-sessjoni 7-6 bil-punti ta’ Petar Vulovic. Trippla ta’ Steve Sammut reġgħat poġġiet lil Floriana fuq quddiem pero’ fl-aħħar minuta Siġġiewi għamlu ħames punti biex temmew is-sessjoni 19-18 minn fuq. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ għal 5 punti fit-tielet minuta tat-tieni sessjoni 25-20 pero’ trippla ta’ Adrian Pace u basket ta’ Chris Sammut ippareġjaw il-logħba 25-25. Floriana marru minn fuq bi trippla ta’ Tanti pero Ian Terribile wieġeb għal Siġġiewi li fit-tmien minuta kienu 31-28 minn fuq. Hawn wasal break ta’ 10-0 minn Floriana mibdi b’żewġ trippli oħra ta’ Pace biex fil-halftime il-greens daħlu 7 minn fuq 38-31.

Għal darb’oħra reġa’ kien Pace bi trippla li fetaħ il-punteġġ fit-tielet perjodu u bir-risposta ta’ Siġġiewi ma tasalx, Floriana fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 49-38 sas-seba’ minuta. Punti konsekuttivi ta’ Vulovic reġgħu ressqu lil Siġġiewi viċin  44-51 fi tmiem is-sessjoni. L-aħħar perjodu kien maqsum f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel 4 minuti kienu Floriana li għamlu run ta’ 10-0 mibdija bi trippla ta’ Steve Sammut u punti ta’ ħuh Chris biex marru 61-44 minn fuq. Wara tlett minuti mingħajr punti ġiet ir-risposta ta’ Siġġiewi  ukoll b’run ta’ 10-0 pero l-ħin kien kontra tagħhom biex Floriana ħadu t-tielet rebħa tal-kampjonat.

Floriana Eurobasket Peugeot: J, Tanti 3, M. Ciantar 4, B. Aquilina 4, C. Sammut 23, A. Pace 12, I. Mercieca 2, S. Sammut 13, R. Polis, O. Shamala, D. Deguara, S. Galea.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 21, JP. Antonic 4, A. Duncan, D. Debattista 2, C. Cassar, A. Borg 10, N. Falzon, K. Farrugia, R. Mifsud, I. Terribile 11, G. Agius, G. Gauchi Grech 6

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Vida Siggiewi 5 4 1 9
Athleta 4 3 1 7
Floriana Eurobasket Peugeot 4 3 1 7
Mellieha Tritones 4 2 2 6
Starlites Ker Grill 4 2 2 6
Bell Net SN Suns 5 1 4 6
Mtarfa Miscela D’oro 4 0 4 4

 





1 Comment

  1. Demm Ahdar says:

    tajba greens :)

    [Reply]

Leave a comment