Floriana Francesco Fenech waħedhom fit-tieni post

Monday, March 5, 2012, 8:54

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Depiro 82
Floriana Francesco Fenech 85
(16-18)(19-15)(15-17)(20-20)(12-15)

Luxol vs Athleta

Luxol vs Athleta

F’waħda mill-isbaħ partiti ta’ l-istaġun Floriana Francesco Fenech għelbu lil Depiro 85-82 wara l-ħin barrani biex baqgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika. Kienet partita verament sabiħa bi Floriana jsalvawha fl-aħħar 18 –il sekonda biex imbagħad jerbħu fil-ħin barrani. Evan Fjeld reġa’ kien protagonist għal Floriana fejn mhux biss għamel 45 punt pero’ kellhu fuqhu 18 –il foul u kellhu 22 rebound. Anke Chris Sammut kellhu partita tajba fil-waqt lil għal Depiro kien hemm wirja tajba minn Roderick Vella flimkien ma’ Greg Hamlin. Ian Mercieca fetaħ il-partita għal Floriana bi trippla pero’ Depiro wieġbu b’run ta’ 10-1 b’punti minn Hamlin u Isaac Tanti. Floriana naqqsu d-distakk għal punt 11-12 u wara li Vella kabbar il-vantaġġ ta’ Depiro, Floriana kellhom il-free-throws ta’ Fjeld biex għalqu s-sessjoni 18-16 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Fjeld kompla jżid il-vantaġġ Furjaniż dejjem mill-freethrow line pero Depiro ppareġjaw 28-28 bi trippla ta’ Vella. Lejn it-tmiem Floriana reġgħu ħadu l-vantaġġ pero’ fl-aħħar 30 sekonda trippla ta’ Vella u basket ta’ Hamlin raw lil Depiro jidħlu jistrieħu minn fuq 35-33.
Fit-tielet perjodu Floriana reġgħu marru fuq quddiem, pero Depiro wieġbu b’żewġ trippli ta’ Adrian Micallef biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Floriana ma ċedewx u bi break ta’ 6-2 ippareġjaw 46-46 u sa tmiem is-sessjoni l-iskor baqa’ ndaqs 50-50. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla oħra ta’ Vella u Floriana wieġbu b’basket ta’ Fjeld u ieħor ta’ Mercieca. Hawn Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 fejn kien Andrew Aquilina l-protagonist b’żewġ trippli. Fjeld u Sammut wieġbu għal Floriana pero’ Depiro dehru resqin lejn rebħa meta trippla ta’ Vella reġgħat tathom vantaġġ ta’ 6 punti fl-aħħar minuta u nofs 70-64. Mercieca għamel trippla għal Floriana u l-istess għamel Chris Sammut 18 –il sekonda mit-tmiem biex ippareġja l-partita 70-70. Fil-ħin barrani. Floriana fetħu bi trippla ta’ Steve Sammut u basket ta’ Fjeld bid-Depiro jirrispondu bi break ta’ 8-2. Hawn waslu 6 punti minn Floriana permezz ta’ Mercieca u Fjeld li tawhom vantaġġ ta’ 5 punti u minkejja l-isforzi ta’ Depiro ma rnexxielhomx isalvaw il-partita biex Floriana ħarġu rebbieħa 85-82.

Depiro: R. Vella 26, JP Schembri, N. Sultana, A. Aquilina 7, A. Portelli, A. Micallef 18, E. Lupo 4, M. Mallia, I. Tanti 6, G. Hamlin 21.
Floriana Francesco Fenech: C. Sammut 19, I. Mercieca 12, S. Sammut 6, C. Calleja 2, A. Baldacchino, E. Fjeld 45, A. Sultana, M. Ciantar 1.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Steve Gouder.

Bupa Luxol 64
A to Z Electronics Athleta 72
(26-10)(20-9)(12-20)(6-33)

Ic-champions A to Z Electronics Athleta għamlu rimonta stupenda wara l-mistrieħ imma b’mod partikolarti fl-aħħar sessjoni biex għelbu lil Bupa Luxol 72-64. Riżultat li kien jidher impossibli fi tmiem l-ewwel taqsima meta Luxol kienu 27 punt minn fuq 46-19 u iktar fil-bidu tar-raba’ sessjoni meta Luxol kienu għadhom 19 minn fuq 58-39. Athleta kellhom jagħddu mingħajr David Bugeja u Mike Giusti għal din il-partita. Luxol ma setax kellhom bidu aħjar meta bdew b’run ta’ 11-3 fl-ewwel tlett minuti bi trippla ta’ Jeron Belin. Bl-Athleta kompletament barra mil-logħba ma kienitx sorpriża li Luxol komplew iżidu l-vantaġġ bi trippli minn Lee Ross flimien ma’ punti minn Marco Mercieca, Jean Paul Bonnici u Belin biex temmew is-sessjoni 26-10 minn fuq. Ir-reazzjoni ta’ Athleta baqgħet ma waslitx anzi kienu Luxol li b’iktar trippli minn Ross fetħu t-tieni sessjoni bi break ieħor ta’ 14-2. Belin ukoll għamel trippla għal Luxol u għalkemm Athleta wieġbu permezz ta’ Michael Naudi u Adison Bonnici, fl-intervall Luxol kienu 27 punt minn fuq 46-19.
Fil-bidu tat-tielet sessjoni Belin u Ross komplew iżidu l-vantaġġ ta’ Luxol li sal-ħames minuta baqa l-istess bil-Luxol dejjem 28 punt minn fuq 53-25. Fil-ħames minuta waslet trippla ta’ Steve Schembri li donnha ġabet lil Athleta f’sensijhom għaliex minn hemm bdew run ta’ 14-5 biex sa tmiem il-perjodu naqqsu d-distakk għal 19 –il punt 39-58. Fl-aħħar sessjoni Luxol ikkrollaw għal kollox u Athleta biz-zone press tagħhom bdew jisirqu diversi blalen. Huma bdew bl-ewwel sitt punti tas-sessjoni qabel ma Belin għamel freethrow. Athleta komplew jagħfsu b’run oħra ta’ 10-0 pero’ fis-sitt minuta Luxol kienu għadhom 64-56 minn fuq wara trippla ta’ Ross u basket ta’ Bonnici. Dawn pero’ kienu l-aħħar punti minn Luxol għax minn hemm il-quddiem Athleta ddominaw u għamlu run stupenda ta’ 16-0 b’diversi punti ta’ Kristen Baldacchino biex dak li deher mitluf 10 minuti qabel inbidel f’rebħa ta’ 8 punti 72-64.

Bupa Luxol: CJ Cordina, M. Mercieca 9, J. Belin 15, A. Micallef Trigona 2, L. Ross 30, A. Costa, N. Vasovic, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 8, S. Capello.
A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, I. Buldakov, M. Todorovic 7, O. Said 5, D. Schembri 7, A. Bonnici 11, K. Baldacchino 19, S. Schembri 7.
Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri, Alfred Carbonaro

Tata Motors Loyola 59
Siġġiewi 68
(14-11)(10-24)(23-13)(12-20)

Siġġiewi approfittaw mit-telfa ta’ Luxol biex saħħew ir-raba’ post tal-klassifika li huwa l-aħħar post disponibbli li jwassal għal post fil-play-offs. Huma għelbu lil Tata Motors Loyola 68-59 fejn kellhom jistennew sa’ l-aħħar sessjoni biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa. Loyola offrew sfida qawwija speċjalment bi trippli ta’ David Camilleri u x-xogħol ta’ Shawn Pace. Siġġiewi reġgħu fallew diversi freethrows li setgħu swewlhom il-partita kif ġralhom f’partiti oħra. Iż-żewġ timijiet kellhom l-istess formazzjoni ta’ l-aħħar partiti. Loyola għamlu l-ewwel 4 punti tal-partita bis-Siġġiewi jwieġbu b’ħamsa minn Marco Matijevic. Loyola baqgħu xi ftit aħjar u bil-baskets ta Rashanti Harris żiedu l-vantaġġ 12-7 pero’ Siġġiewi rnexxielhom jagħmlu żewġ baskets biex naqqsu d-distakk sa’ tmiem is-sessjoni 11-14. Fit-tieni perjodu Siġġiewi bdew aħjar u għamlu run ta’ 17-5 fosthom trippla minn Eman Xuereb biex marru 28-19 minn fuq. Harris reġa’ wieġeb għal Loyola pero’ Matijevic għamel żewġ trippli qabel l-intervall biex Siġġiewi daħlu jistrieħu 11 minn fuq 35-24.
Fit-tielet sessjoni bdew ġejjin it-trippli ta’ Camilleri u Sean Pace u l-iżbalji kontinwi ta’ Siġġiewi mill-free-throw line. Dan wassal biex fis-sitt minuta Loyola ppareġjaw 40-40. Pace poġġa lil Loyola fuq quddiem bi trippla per’ punti minn Louis Camilleri u Matijevic reġgħu taw vantaġġ ta’ punt lil Siġġiewi 48-47. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi bdew bi break ta’ 10-0 bi Chris Meier jagħmel żewġ three pointers. Camilleri reġa’ wieġeb għal Loyola pero fit-tmien minuta Siġġiewi kienu għadhom 7 minn fuq 62-55. Fl-aħħar minuti Siġġiewi kellhom il-freethrows u din id-darba ma żbaljawx biex rebħu l-partita 68-59.

Tata Motors Loyola: S. Pace 13, B. Zammit, D. Camilleri 17, M. Cilia, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 4, J.P. Azzopardi, J. Anastasi, J. Ransley, R. Harris 25.
Siġġiewi: R. Agius, A. Cutajar, L. Camilleri 10, E. Xuereb 6, L. Grima, A. Borg 4, K. Borg, C. Maeir 13, C. Codomaris, M. Matijevic 35.
Referees: Steve Gouder, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 





10 Comments

  1. Rahal says:

    @ Ali….
    naqbel….imma….hemm xi cans inkunu nafu fiex jikkonsisti dan il-progett? jew kollox top secret? :)

    [Reply]

  2. NEUTRALI TA QALI says:

    ‘MBA – Mifsud Basketball Association

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    Good one….right on the DOT.

    [Reply]

    Benzoww Reply:

    Mohkom f’ Mifsud….ma nafx xi tridu tghidu bija din?!!! Ahjar naraw kif ser nghinu l-administration biex jaghmlu il-loghoba tal BBALL f’Malta ahjar!

    [Reply]

    Ali Reply:

    Fi zgur l’affarijiet ma issirux mil lum ghal ghada insewa din. Progett li irrid jihu is snien.

  3. louis mizzi says:

    Mela Loyola barra mil playoffs for sure. Rashanti Harris kien flop in Malta. No wonder he never made it in the USA. Next time tal Loyola make your homework better re Rashanti Harris and keep the lazy bones in the US of A. A lesson is- Sur Cuschieri has to learn that not all that glitters is gold. I am sure that for 2012/13 Loyola will eye for an NCAA star with better education and professionalism !!

    [Reply]

    Ali Reply:

    Ara idahlekx bhala kunsulent tal Loyola is Sur Cuschieri

    [Reply]

    Rahal Reply:

    Flopp alxiex? spjega ruhek ahjar sur Mizzi!!?

    [Reply]

  4. Truly Bball Lover says:

    Sugestion:- Tables for all categories… and maybe a small summary about the youth leagues

    [Reply]

  5. chris meier says:

    English translation pls. Lol

    [Reply]

Leave a comment