Floriana Francesco Fenech fit-tieni post

Monday, January 28, 2013, 21:21

minn colin schembri

Siġġiewi 72

Pavi Depiro 85

(22-13)(14-15)(22-29)(14-28)

 

Pavi Depiro kisbu rebħa ferm importanti kontra Siġġiewi biex qabżuhom fil-klassifika grazzi għal distakk akbar fil-konfront dirett. Siġġiewi kienu mmexxija għall-ewwel darba minn Alfred Mifsud li ħa post Peter Farrugia u flimkien miegħhu hemm Karl Borg. Depiro kienu mingħajr Andrew Aquilina fil-faqt li għal Siġġiewi ġie nkluż Noel Falzon. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb ħafna pero’ sfaxxaw lejn it-tmiem fejn sas-sitt minuta tal-aħħar sessjoni l-iskor kien għadu 67-67. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ Roderick Vella pero’ Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 11-2 mibdija minn trippla ta’ Alan Borg. Shawn Morgan irrisponda għal Depiro pero’ Borg għamel trippla oħra biex Siġġiewi rebħu s-sessjoni 22-13 wara baskets ta’ Marco Matijevic. Depiro għamlu l-ewwel 5 punti tat-tieni sessjoni b’punti ta’ Morgan u Isaac Tanti. Ir-risposta ta’ Siġġiewi ġiet minn Matijevic, Chris Meier u Peter Shoults fi break ieħor ta’ 8-0 biex fis-seba’ minuta kellhom vantaġġ ta’ 12 –il punt 32-20. Depiro reġgħu għamlu sitt punti oħra qabel ma Andras Fekete għamel l-aħħar baskets ta’ Siġġiewi li fl-intervall kienu 36-28 minn fuq.

Sat-tieni minuta tat-tielet sessjoni, Siġġiewi kienu għadhom disa’ minn fuq 39-30 pero’ hawn Depiro bdew ir-rimonta tagħhom. Huma għamlu run ta’ 11-1 b’punti ta’ Morgan, Tanti u David Agius biex marru punt minn fuq 41-40. Siġġiewi kellhom żewġ baskets oħra bid-Depiro jwieġbu b’sitt punti biex marru 49-44 minn fuq. Siġġiewi ppareġjaw wara trippla ta’ Shoults u fl-aħħar ħinijiet huma kellhom break qasir ta’ 8-4 biex temmew il-perjodu 58-57 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla fuq kull naħa minn Vella u Borg. Depiro għamlu run ta’ 7-2 pero’ Siġġiewi reġgħu ġabu l-iskor indaqs 67-67. Kien għad fadal tlett minuti għat-tmiem u dawn kienu f’idejn Depiro li għamlu break ta’ 9-0 qabel ma’ Matijevic għamel basket għal Siġġiewi. Hawn kien hemm żewġ technical fouls kontra Siġġiewi u l-punti mil-linja żiedu l-vantaġġ ta’ Depiro li rebħu l-partita 85-72.

           

Siġġiewi: N. Falzon, P. Shoults 9, E. Xuereb, C. Agius, A. Borg 13, D. Ross, C. Meier 19, A. Fekete 8,  M. Matijevic 23.

Pavi Depiro: R. Vella 22, K. Kun, A. Portelli 3, D. Agius 13, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 12, S. Morgan 33.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri, Clive Terribile.

 

Tata Motors Loyola 58

A to Z Electronics Athleta 67

(15-16)(12-18)(18-17)(13-16)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta kellhom rebħa sofferta fuq Tata Motors Loyola 67-58 biez saħħew l-ewwel post tal-klassifika. Fuq il-bank it-tmexxija ta’ Loyola għaddiet f’idejn Joe Zammit. Athleta li kellhom nieqes lil Kristin Baldacchino bdew tajjeb u bi trippla ta’ Steve Schembri marru 7-1 minn fuq. L-Amerikan ta’ Loyola Dominic Mazzocchi beda dieħel aktar fil-logħba u l-punti tiegħu ippareġjaw il-partita 7-7. David Bugeja u Omar Said bi trippla reġgħu poġġew lil Athleta minn fuq b’Billy Zammit ukoll ikollu trippla għall-Loyola. Is-sessjoni baqgħet bilanċjata tant li punt wieħed kien jifred liż-żewġ timijiet bl- Athleta fuq quddiem 16-15. Huma kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni perjodu wara basket ta’ Schembri u trippla ta’ Shawn Pace. Minkejja li Mazzocchi kompla jwieġeb għall-Loyola, Athleta fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fis-sitt minuta wara t-tieni trippla ta’ Pace 30-21. Sal-intervall, ic-champions żammew lill-avversarji ‘l bogħod u daħlu jistrieħu 7 minn fuq 34-27.

Hekk kif bdiet  it-tielet taqsima, Loyola ġabu l-iskor indaqs wara punti ta’ Anton Axiaq u Mazzocchi li kellhu wkoll trippla. Il-partita daħlet f’fażi nteressanti u wara li Athleta għamlu sitt punti mingħajr risposta, Loyola għamlu l-istes u fis-sitt minuta kienu punt minn taħt 41-42 wara trippla oħra ta’ Mazzocchi. Said ukoll kellhu trippla biex Athleta temmew is-sessjoni 6 minn fuq 51-45. Athleta reġgħu marru 10 minn fuq wara żewġ minuti mir-raba’ taqsima 58-48 wara trippla minn David Bugeja. Loyola ma ċedewx u għamlu run oħra ta’ 8-2 biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 4 punti 56-60. Pero’ fl-aħħar 5 minuti, Athleta għamlu seba’ punti għat-tnejn ta’ Loyola biex rebħu l-partita 67-58.

 

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 8, A.Timor Sarrio, C. Cassar 2, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 10, JP Azzopardi 4, J. Ransley, D. Mazzocchi 32.

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 18, M. Todorovic 8,  M. Giusti, S. Hagul, O. Said 14, S. Pace 8, W. Spiteri, S. Bischoff, S. Schembri 19

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Steve Gouder

 

Floriana Francesco Fenech 98

Bupa Luxol 81

(34-28)(18-22)(18-17)(28-14)

 

Floriana Francesco Fenech kellhom wirja oħra posittiva u għal darb’oħra tellgħu punteġġ għoli meta għelbu lil Bupa Luxol 98-81 biex b’hekk telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika. Għall-Luxol kien hemm id-debutt tal-aħħar akkwist tagħhom Adrian Micallef pero’ kien nieqes Edward Bonello. Luxol kellhom bidu tajjeb imexxija minn Stephen Shackelford li beda b’seba’ punti mit-total ta’ 47 li għamel fil-partita. Floriana wieġbu b’run ta’ 9-0 fejn bdew bi trippla minn Chris Sammut i waslu wkoll l-ewwel punti tal-Amerikan Matt Glass. Trippla ta’ David Camilleri tathom vantaġġ ta’ 3 punti hekk kif il-punti komplew ġejjin kontinwament fuq iż-żewġ naħat u dan għamel is-sessjoni waħda ferm sabiħa. Camilleri reġa għamel trippla mat-tmiem il-perjodu biex Floriana kienu 34-28 minn fuq. Il-punti naqsu xi ftit fit-tieni perjodu għalkemm il-partita baqgħet missielta. Wara li Floriana marru 10 minn fuq 40-30, Luxol wieġbu bil-punti ta’ Shackelford u Jean Paul Schembri fosthom trippla biex fit-tmien minuta ġabu l-iskor indaqs 43-43. Huma rnexxielhom jieħdu l-vantaġġ għal darbtejn pero’ lejn it-tmiem kien hemm baskets ta’ Glass u Clayton Calleja biex Floriana daħlu jistrieħu basket minn fuq f’punteġġ verament sabiħ ta’ 52-50.

It-tielet sessjoni bdiet bl-istess ritmu ta’ kif spiċċat ta’ qabilha u Luxol kellhom żewġ three pointers minn Shackelford u Nikola Vasovic. Hawn Floriana kellhom break ta’ 9-0 u minkejja li Shackelford u Micallef għamlu basket kull wieħed, Floriana kienu għadhom 65-60 minn fuq fis-seba’ minuta. Shackelford reġa’ ppareġja bi trippla fid-disa’ minuta pero’ Floriana għamlu l-aħħar 3 punti biex temmew is-sessjoni minn fuq 70-67. Il-ftuħ tal-aħħar sessjoni kien deċisiv għal Floriana li għamlu run ta’ 15-5 b’diversi punti ta’ Glass u Sammut. Luxol naqqsu d-distakk bi trippla oħra ta’ Vasovic pero’ Floriana għamlu run oħra ta’ 10-0 biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa fuq skor finali ta’ 98-81.

 

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 13, D. Camilleri 16, M. Glass 30, C. Sammut 15, I. Mercieca, C. Calleja 4, D. Schembri 20, M. Ciantar, S. Saakian.

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 2, A. Micallef 4, S. Shackleford 47, J.P. Schembri 5, N. Vasovic 21, T. Paris, A. Micallef Trigona, J.P. Bonnici 2, S. Capello

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

6

5

1

11

460

382

Floriana Francesco Fenech

6

4

2

10

549

466

Pavi Depiro

6

3

3

9

427

425

Bupa Luxol

6

3

3

9

464

476

Siġġiewi

6

3

3

9

404

421

Tata Motors Loyola

6

0

6

6

305

452

 





Leave a comment