Floriana Francesco Fenech bl-ewwel rebħa

Saturday, March 30, 2013, 23:23

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Floriana Francesco Fenech 111

A to Z Electronics Athleta 106

(20-22)(20-9)(16-17)(19-27)(11-11)(14-14)(11-6)

Spettakolari! Hekk tista tiġi deskritta din l-ewwel finali tal-kampjonat Bank of Valletta tal-ewwel diviżjoni tal-irġiel bejn Floriana Francesco Fenech u A to Z Electronics Athleta. Għall-ewwel darba kemm ilni nirraporta l-logħob tal-basketball lokali assistejt għal partita li kellha bżonn tlett sessjonijiet ta’ ħin barrani biex tiġi deċiża. Floriana ħadu r-rebħa 111-106 wara partita ta’ 55 minuta fejn l-eċitament ma naqas qatt. Iż-żewġ settijiet ta’ players ħaqqhom tifħir għall-partita li offrew u żgur li din il-partita kienet reklam ieħor tajjeb għal logħba tal-basketball issa li l-logħob tal-irġiel laħaq il-qofol tiegħu bil-finali tal-playoffs.

Kif mistenni l-partita bdiet bilanċjata u wara erba’ minuti Floriana kienu 10-9 minn fuq wara baskets minn Dirk Schembri, Matt Glass u Chris Sammut fost l-oħrajn. Il-punti tal- Athleta bdew ġejjin minn Marko Todorovic u Michael Naudi li bdew jikkombinaw tajjeb taħt il-boards. Athleta kellhom break qasir ta’ 8-2 b’iktar punti minn Todorovic biex marru 5 minn fuq 17-12. Sammut u Glass wieġbu għal Floriana però kienu Athleta li temmew is-sessjoni basket minn fuq 22-20. Baskets ta’ Sammut u Schembri reġgħu taw il-vantaġġ lil Floriana fil-bidu tat-tieni sessjoni 24-22. Athleta rkupraw u permezz ta’ Todorovic, Steve Schembri u Omar Said marru għal darb’oħra fuq quddiem 30-28 fit-tmien minuta. Hawn Floriana għamlu run ta’ 10-0 bil-punti ta’ Glass u Bevan Scott fosthom trippla biex marru 8 minn fuq 38-30. Kristin Baldacchino għamel freethrow minn  2 fil-waqt li għal Floriana kien David Camilleri wkoll minn fuq il-freethrow line li għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 40-31.

Fit-tielet sessjoni Floriana żiedu l-vantaġġ wara trippli minn Sammut u Camilleri għalkemm Todorovic u Naudi komplew jirrispondu għall-Athleta. Ic-champions resqu viċin wara punti minn Schembri, Todorovic u Bugeja 48-52. Floriana għalqu l-perjodu b’baskets ta’ Scott u Camilleri għal skor ta’ 56-48. Sal-ewwel tlett minuti tal-aħħar taqsima d-distakk bejn iż-żewġ timijiet kien għadu ta’ tmien punti 60-52 favur Floriana. Hawn Athleta kellhom fażi tajba u għamlu run ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Said hekk kif bdew japprofittaw minn għaġġla żejda ta’ Floriana bil-coach Paul Ferrante jagħjjat time-out. Athleta kienu 64-62 minn fuq fi-sitt minuta 64-62 però basket u trippla ta’ Camilleri u basket ta’ Glass reġgħu poġġew lil Floriana minn fuq 69-64. L-eċitament laħaq il-qofol tiegħu biż-żewġ timjiet jirrispondu lil xulxin qabel ma Omar Said kellhu basket u sofra l-foul biex għamel il-freethrow li ppareġja l-logħba 75-75.

Hawn bdiet il-maratona ta’ ħin barrani. Fl-ewwel sessjoni Athleta marru sitt punti minn fuq 83-77 wara baskets minn Naudi, Said u Baldacchino. Floriana ma ċedewx u resqu viċin b’żewġ baskets ta’ Glass. Fl-aħħar minuta Glass naqqas id-distakk u Naudi u Bugeja fallew freethrow kull wieħed. Athleta dehru resqin lejn ir-rebħa però foul fuq three pointer imsaffar lil David Camilleri ra lill-istess player imur fuq il-linja u bil-ħin mitmum u b’kalma ta’ veteran jagħmel tlieta minn tlieta għal skor ta’ 86-86. Fit-tieni sessjoni Athleta reġgħu marru 4 minn fuq wara punti minn Todorovic. Floriana kellhom mument mill-aqwa bi break ta’ 12-0 fosthom żewġ trippli ta’ Camilleri għal skor ta’ 98-90. Issa kienu c-champions li riedu jiġru wara l-avversarji u għamlu dan bil-punti ta’ Bugeja u Todorovic però kien Said bi trippla li reġa’ ppareġja l-partita fuq skor fantastiku ta’ 100-100. Glass fetaħ it-tielet sessjoni ta’ ħin barrani b’Todorovic iwieġeb għall- Athleta. Punti minn Camilleri u Sammut reġgħu poġġew lil Floriana minn fuq 106-102. Fl-aħħar minuta kien hemm basket ta’ Naudi però Floriana kellhom il-punti ta’ Glass u Clayton Calleja biex għalqu l-partita fuq in-naħa rebbieħa fuq skor finali ta’ 111-106.         

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 15, D. Camilleri 25, M. Glass 35, C. Sammut 23, I. Mercieca 2, C. Calleja 1, D. Schembri 10, S. Saakian.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi  24, S. Hagul, D. Bugeja 13, M. Todorovic 41,  M. Giusti, E. Bezzina, O. Said 17, S. Pace 2, W. Spiteri, K. Baldacchino 5, S. Bischoff , S. Schembri 4.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Jacques Abeng.

Statistika…

Floriana

Free throws – 21 on 24

Baskets – 36 on 62

Three pointers – 6 on 27

Rebounds – 56

Assists – 15

Turnovers – 17

Steals – 6

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 32

 Athleta

Free throws – 20 on 38

Baskets – 40 on 87

Three pointers – 2 on 11

Rebounds – 58

Assists – 15

Turnovers – 18

Steals – 7

Fouls Suffered – 32

Fouls Made – 18





21 Comments

  1. Floriana Supporter says:

    Edmund Farrugia – huge sore loser

    [Reply]

  2. karmnu says:

    Well done MBA for posting something official.
    Il-gideb ma jaghmilx gid specjalment fil-loghba ghaziza taghna.
    Keep it up Paul and Joseph.

    [Reply]

  3. Dear All, the Malta Basketball Association would like to clarify that at no moment whatsoever, following the end of the above mentioned game (Athleta vs Floriana) were the President of the Association Paul Sultana and Athleta Basketball Player Michael Naudi involved in any physical confrontation.

    Furthermore, the MBA denies the comment posted by BBall for Life that Michael Naudi punched Paul Sultana.

    Finally, the MBA would like to remind all readers that after the spectacular game witnessed last Saturday, Game 2 shall be played Sunday at 16:30 (immediately after the Under 16 Men Final being played at 14:45).

    [Reply]

  4. bball for life says:

    To add insult to injury, I was informed that after the game, Athleta player Michael Naudi punched MBA president Pawlu Sultana.

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    I am sure that the MBA will deal with the situation using facts and not rumors. What we really should focus on is what a great game both teams played and it was a pleasure watching such an encounter. That was a game to be remembered and the best advert for Maltese basketball.
    As for Michael Naudi – again we should focus on his game and such a player who has been out for most of the season came back and proved again that most Maltese players still have a long way to get to his level of play.

    [Reply]

    Joey Boy Reply:

    Adrian Mifsud gustuz wisq…. Jghid lin nies x’jghamlu u x’ma jghamlux… imma ara tmisslu xi haga fid Depiro nisa ghax pandimonju jaqla… Jidhol Ta’ Qali qisu tieghu (sorsi infurmati isostnu li hu tieghu ghax kollox f’idejh, jigbed l-ispag min wara) u arhom jirrangawlu…. Sahansitra inbidlu xi lobgha ghax ha jitla jara l- Juve! 

    [Reply]

    Adrian Mifsud Reply:

    Kemm m’intix infurmat Joey Boy 

    xalatur Reply:

    ha tichad jew!!! mela nsejt x’ghamilt xi hmistax ilhu jew hahahaha
    Imma ghandek hafna tajjeb ukoll so keep it up!

    Edmund Farrugia Reply:

    I have no respect when people hide under a fictitious name and throws mud at others that cannot protect themselves. Shame on you.

    [Reply]

  5. Floriana Supporter says:

    Well Done and Keep it up GREENS…hope to see the trophy in Floriana for the first time ever in our 35 year history!

    [Reply]

    Margaret Urry Reply:

    Proset Greens

    [Reply]

    Matthew Reply:

    Vera prosit greens…. For getting to the final in the 1st place and trashing siggiewi hahaha ! We showed that we r superior … and that even though the refs tried to favor them in the second game, there was nothing they could do and once again they didn’t make the finals :) we r with you all the way! Com’on greens let’s do this ! 

    [Reply]

    Siggiewi Supporter Reply:

    Aw Matthew, tantx tara kbir ta!! Gej bil-Once again they didn’t make it to the finals!!! Ghax bhal dak li qallu il-Furjana kull sena titilghu final!!! Is-Siggiewi tlajna final tlett darbiet u rbahna wahda. Inthom kull final li laghbtu s’issa tliftuwha. Forsi jirnexxielkhom f@din imma tghoddx il-0flieles qabel ma jfaqqsu!!!!!

    Matthew Reply:

    Tinkwetax… Jien saqaja mal art :) ma nridux support min nies faccoli imma.. Dawn in nies ahjar jibqu ma taghhom…. Thk you but no thk you… Ghadna Support bizzejjed u urejniekom :)  

  6. xalatur says:

    U xi nghdu ghal Mrs XXXX li dejjem tgerger konra r-referees!!! Tinsa meta tilghab hi din kemm taffeg

    [Reply]

  7. karmnu says:

    I can’t see why ATHLETA especially EDMUNDO consider themselves as un-toachables and pretend to win Alyways!!!! Missing 18 freethrows in such a close game isn’t the referees fault!!! Come on, grow up and accept the defeat in such a wonderful game.

    [Reply]

    Edmund Farrugia Reply:

    Please explain to me UNTOUCHABLE but anyway Floriana did not win but it was Athleta that lost.

    [Reply]

    karmnu Reply:

    ghax wara kull loghba li titilfu taghmlu teatrin shih…depiro…floriana…jew insejt????

    [Reply]

    Edmund Farrugia Reply:

    We lost twice against Floriana in the league and nothing happened. It is not the defeat that bothers us, it is the unknown. And anyway, I personally congratulated many a Floriana player and the coach after they beat us last Sunday. Hopefully Game 2 will provide another spectacle for all lovers of the basketball game.

  8. basketball fan says:

    Apart from with witnessing one of the most amazing games, i also had to witness the most unsportsmanlike act when Athleta accused verbally and physically both MBA present Pawlu Sultana and Joseph Muscat in such a disgusting manner that police had to be involved to handle the confrontation. I’m confident the MBA will take the necessary disciplinary acts against such actions.

    [Reply]

    Edmund Farrugia Reply:

    If you had witnessed all that you claim you saw, you were duty bound to report and bring in all witnesses to substantiate your accusations. I was there too…………

    [Reply]

Leave a comment