Floriana Francesco Fenech 2-1 minn fuq

Saturday, April 13, 2013, 20:50

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

Floriana Francesco Fenech 84

A to Z Electronics Athleta 69

(16-21)(19-21)(25-11)(24-16)

Floriana Francesco Fenech għamlu rimonta sabiħa wara l-intervall biex kisbu t-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat Bank of Valletta kontra  A to Z Electronics Athleta. Sal-halftime, Athleta kienu sebgħa minn fuq u l-vantaġġ tagħhom kien akbar tul l-ewwel fażi tal-partita però wara l-mistrieħ dehru mfixkla u wettqu żbalji biex Floriana approfittaw. Bħal ma ġara f’kull partita s’issa bejn dawn iż-żewġ timijiet, kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Dirk Schembri, Matt Glass u Chris Sammut. Wara li Athleta wieġbu permezz ta’ Marko Todorovic u Michael Naudi bdew ġejjin diversi punti minn David Bugeja fosthom żewġ trippli biex Athleta marru minn fuq 17-10. Floriana kellhom il-punti minn Glass u Bevan Scott però kienu Athleta li temmew is-sessjoni 5 minn fuq 21-16. Floriana bdew it-tieni perjodu b’basket minn Schembri però Athleta kellhom run ta’ 8-0 bi tlett baskets minn Todorovic u Kristin Baldacchino biex fetħu vantaġġ ta’ 11 –il punt 29-18. Floriana wieġbu b’punti minn Scott u Sassoun Saakian għalkemm Athleta kellhom baskets minn Baldacchino, Todorovic u trippla ta’ Shawn Pace u fetħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 38-26. Qabel intemmet is-sessjoni, Floriana rnexxielhom inaqqsu d-distakk b’punti minn Glass u trippla ta’ Scott biex Athleta daħlu jistrieħu sebgħa minn fuq 42-35.

Wara l-intervall il-partita nbidlet. Floriana ħarġu qawwi fejn għamlu l-ewwel tmien punti b’baskets minn David Camilleri, Glass u Schembri. Wara time-out, Athleta tjiebu kellhom il-baskets minn Todorovic. Però Floriana għamlu run oħra ta’ 9-0 b’diversi punti ta’ Camilleri fosthom trippla biex marru 8 minn fuq 54-46. Todorovic u Steve Schembri bi trippla wieġbu għall-Athleta però Floriana kienu għadhom seba’ punti minn fuq 60-53. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima r-reazzjoni tac-champions Athleta ma waslitx. Minflok, kienu Floriana li fl-ewwel ħames minuti għamlu run oħra ta’ 11-0 b’iktar punti minn Camilleri, Schembri u Sammut u fetħu vantaġġ ta’ 18 –il punt 71-53. Athleta mbagħad kellhom mument tajjeb meta kellhom il-punti konsekuttivi minn Naudi u Todorovic però Camilleri kellhu trippla oħra għal Floriana għal skor ta’ 76-59 fir-raba’ minuta. Run oħra ta’ 8-2 mic-champions rathom inaqqsu d-distakk għal 11 –il punt 67-78 però l-ħin kien kontra tagħhom minkejja li kienu qiegħdin jipressaw u serqu xi blalen. Floriana serrħu rashom bil-punti ta’ Schembri u Sammut rebħu l-partita 84-69. B’hekk it-team Furjaniż flimkien mal-partitarji numerużi li kellhom issa jiċċelebraw il-festa ta’ San Publju u fl-istess waqt jafu li jinsabu rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-ewwel kampjonat fl-istorja tagħhom. Ir-raba’ logħba tintlagħab nhar Il-Ħadd 21 t’April fl-16.30.

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 11, D. Camilleri 14, M. Glass 20, C. Sammut 14, I. Mercieca, C. Calleja 2, D. Schembri 21, M. Ciantar, S. Saakian 2.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi  8, S. Hagul, D. Bugeja 14, M. Todorovic 28,  M. Giusti, O. Said 6, S. Pace 3, W. Spiteri, K. Baldacchino 7, S. Bischoff , S. Schembri 3.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile

Statistika…

Floriana

Free throws – 19 on 29

Baskets – 28 on 51

Three pointers – 3 on 12

Rebounds – 45

Assists – 17

Turnovers – 17

Steals – 9

Fouls Suffered – 22

Fouls Made – 14

Athleta

Free throws – 11 on 18

Baskets – 23 on 59

Three pointers – 4 on 11

Rebounds – 39

Assists – 8

Turnovers – 17

Steals – 8

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 22





Leave a comment