Floriana FC u Todos Futsal viċin li jilħqu ftehim

Tuesday, April 17, 2012, 19:10

Ġaladarba, fil-5 ta’ April,2012 Todos rebħu l-konfront tagħhom kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta 11-10,b’dan ir rizultat Todos Futsal ġew inkurunati champions, filwaqt li Ħamrun Spartans ġew promossi bit-tieni post.

Għalkemm fadal partita oħra x’tintlghab bdew it-tahdidiet bejn Todos Futsal u Floriana FC.Habba li mis-sena d-dieħla kull klabb f’Malta jrid jkun amalgamat ma’ tim tal-futbal, jidher bi car li wara l-laqgha li saret fil-‘’Club House’’ ta’ Floriana FC s-Sibt 14 ta April, iż-żewġ timijiet jinsabu viċin ħafna biex jingħaqdu f’daqqa għall-istaġun li jmiss.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti Kenny Roberts (President ta’ Todos), Jermaine Brincat (Team Manager ta’ Todos) kif ukoll Chris Brincat (Player ta’ Todos, li ukoll jifforma parti mit-tim nazzjonali tal- Futsal) – minn naha l-oħra għall- Floriana Football Club kien hemm presenti Johann Said (President FFC), Adrian Mifsud (Team Manager FFC) u Mark Frendo (FFC committee member).Jidher biċ-ċar li din il-laqgħa kienet ta’ suċċess għaż -żewġ naħat, fejn nistennew li fil-ġranet li ġejjin issir l-amalgamazzjoni uffiċċjali.

Todos Futsal, ilu iffurmat għal dawn l-aħħar erba’ snin, fejn stabbilixxew l-qofol tas-suċċess tagħhom.Bla ebda dubju, huwa ta’ unur kbir li se jkunu rebħu tilet darbiet il-promozzjoni bl-unur li ma kienux mittifsa  tul l-istagun kollhu.

Dan l-istaġun jara lil Todos jigu promossi ghall-ghola divizjoni fil-pajjiz. Proprju fadalla l-ahhar Partita li sa tkun fit-12 ta mejju u b’hekk sat kun l-aħħar partita uffiċjali bl-isem ta Todos , fejn dakinhar it –tim sa jigi inkurunat bhala ic-Champions tad-diviżioni.

It-tim huwa imżewwaq minn diversi talenti f’dan l-isport.Ghandna diversi plejers li jaghmlu parti mit-tim nazzjonali tal-futsal u b’hekk qiegħdin nistennew li fl-istagun li jmiss ha jkunu qieghdin itejbu l-professjoni taghhom u b’hekk jkollok l-abbilita’ li javvanzaw fl-ewwel sena taghhom fl-ghola divizjoni.

Il-Kumitat ta Todos Futsal iħeġġeġ lil kulħadd biex fit-12 ta Mejju jattendi għal din l-aħħar partita ta’ Todos, fil-Padilijun ta’ Kordin fis-2.00pm.

 





Leave a comment