Floriana Eurobasket Peugeot isaħħu l-quċċata

Thursday, April 7, 2011, 0:13

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Vida Siġġiewi 45

Floriana Eurobasket Peugeot 70

(9-15)(5-14)(16-21)(15-20)

Mtarfa vs Athleta

Mtarfa vs Athleta

Floriana Eurobasket Peugeot komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika wara li għelbu lir-rivali Vida Siġġiewi 70-45. Din kienet it-tielet rebħa Furjaniża fuq ic-champions dan l-istaġun. Floriana ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 pero’ seba’ punti ta’ Clayton Agius fosthom trippla taw l-ewwel u l-uniku vantaġġ lil Siġġiewi. Floriana għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Ian Mercieca u marru 15-9 minn fuq. Floriana komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bil-punti ta’ Ben Aquilina u Mark Ciantar. Minkejja li Siġġiewi wieġbu b’basket ta’ Petar Vulovic, Floriana daħlu jistrieħu 15 minn fuq 29-14 wara break ta’ 6-0.

Fit-tielet perjodu kien hemm trippli fuq kull naħa pero Floriana żiedu l-vantaġġ wara baskets tal-aħwa Chris u Steve Sammut. Siġġiewi għamlu break qasir ta’ 6-2 pero’ Floriana malajr wieġbu b’run ta’ 10-3 biex fi tmiem is-sessjoni kienu 20 minn fuq 50-30. L-aħħar sessjoni bdiet bil-punti ta’ Mercieca u trippla ta’ Adrian Pace għal Floriana biex komplew jinqatgħu mill-avversarji. Siġġiewi ppruvaw l-aħħar sforz pero waslu biss sa break ta’ 9-2 qabel ma’ Floriana għamlu run oħra ta’ 10-0 b’żewġ trippli ta’ Steve Sammut. Il-partita għalqet b’baskets fuq kull naħa biex Floriana ħarġu rebbieħa 70-45,

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 7, JP. Antonic 2, C. Agius 12, A. Duncan 4, L. Grech 8, A. Borg 2, N. Falzon 3, R. Mifsud, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 7.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, O. Shamala, M. Ciantar 7, C. Sammut 15, A. Pace 3, I. Mercieca 9, B. Aquilina 11, R. Polis 11, J. Tanti, S. Sammut 14, S. Galea, N. Mercieca.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Mellieħa Tritones 68

Bell Net SN Suns 71

(15-13)(20-18)(10-20)(23-20)

Bell Net SN Suns kisbu l-ewwel rebħa fuq Mellieħa Tritones dan l-istaġun 71-68. Mellieħa kellhom diversi players neqsin fosthom Sassoun Saakian, Hilary Fenech u Ervin Farrugia. Mellieħa bdew bil-baskets ta’ Matthew Cauchi pero’ Suns wieġbu bi trippla ta’ Robert Camilleri. Suns komplew jirrispondu għall-punti ta’ Mellieħa li ġew minn Oliver Sammut u Joshua Aquilina imma Mellieħa baqgħu basket minn fuq fi tmiem is-sessjoni 15-13. Mellieħa bdew it-tieni sessjoni bi trippla ta’ Cauchi biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti. Igor Marjanovic beda jwieġeb għas-Suns pero trippla ta’ Sammut ħalliet lil Mellieħa minn fuq. Qabel il-mistrieħ Suns naqqsu d-distakk b’żewġ baskets ta’ Robert Mercieca u Camilleri 31-35.

It-tielet sessjoni fetħet bi trippla ta’ Michael Barberi bil-Mellieħa jwieġbu bil-punti ta’ Aquilina. Suns għamlu break ta’ 9-0 biex ħadu vantaġġ li żammewh sa tmiem il-perjodu 54-45. Huma bdew l-aħħar sessjoni b’run oħra ta’ 7-1 biex fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 60-49. Mellieħa ma ċedewx u bi break ta’ 11-3 inkluż iktar trippli ta’ Sammut resqu sa tlett punti viċin 63-66. Hawn reġa kien Marjanovic li wieġeb għal Suns biex huma rebħu l-partita 71-68.

Mellieha Tritones: J. Sant 2, M. Cauchi 16, R. Abela 5, O. Sammut 29, J. Aquilina 16, E. Sant, K. Genovese.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia, R. Camilleri 12, R. Agius, H. Agius 14, M. Barberi 11, I. Marjanovic 23, R. Mercieca 8, R. Camilleri 3, K. Caruana.

Referees: Clive Terribile, Alfred Carbonaro

Mtarfa Miscela D’oro 43

Athleta 54

(10-13)(10-11)(13-14)(10-16)

Athleta rritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet meta fil-kampjonat għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro 54-43. Mtarfa kellhom lil Sean Baldacchino u Mark Camilleri nieqsa fil-waqt li Athleta kienu mingħajr John Circhop u Tim Wollmack. Punti ta’ Samuel quilina taw l-ewwel vantaġġ lil Athleta pero’ Mtarfa wieġbu permezz ta’ Graham Coleiro u David Agius. Wara li kien hemm parita ta’ 8-8, Athleta għamlu break qasir ta’ 5-2 biex fi tmiem il-perjodu kienu 3 minn fuq 13-10. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni bil-punti t’Ivan Buldakov u Roberto Formosa. Mtarfa wieġbu b’run ta’ 8-2 u naqqsu d-distakk għal punt 26-5 pero’ lejn it-tmiem basket ta’ David Schembri ta vantaġġ t’erba’ punti lil Athleta 24-20.

Wara l-mistrieħ il-punti naqsu xi ftit u wara li Mtarfa ppareġjaw b’baskets ta’ Agius, trippla ta’ Michael Giusti reġgħat tat vantaġġ lil Athleta 31-28. Sa tmiem is-sessjoni kien hemm iktar punti minn Buldakov biex Athleta fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 38-33. Fl-aħħar perjodu l-vantaġġ ta’ l-Athleta kiber għal 6 punti wara basket ta’ Formosa u sas-sitt minuta baqa’ l-istess 46-40. Punti konsekuttivi ta’ Buldakov raw lil Athleta jmorru 12 minn fuq fl-aħħar 3 minuti tal-logħba. B’hekk huma setgħu jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Mtarfa u jerbħu l-partita 54-43.

Mtarfa Miscela D’oro: J. Vassallo 9, D. Angelov 2, K. Mifsud 4, K. Xuereb, D. Cini 6, G. Coleiro 11, D. Agius 11.

Athleta: K. Cucciardi 2, D. Schembri 2, A. Baldacchino, S. Aquilina 11, J. Muscat 4, R. Formosa 11, M. Giusti 5, M. Spiteri 2, I. Buldakov 17.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 10 9 1 19
Vida Siggiewi 11 7 4 18
Athleta 10 6 4 16
Starlites Ker Grill 10 6 4 16
Mellieha Tritones 10 5 5 15
Bell Net SN Suns 11 3 8 14
Mtarfa Miscela D’oro 10 0 10 9




Leave a comment