Floriana Eurobasket Peugeot ikabbru l-vantaġġ fil-klassifika

Wednesday, March 16, 2011, 23:01

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

 

Mellieħa Tritones 93

Mtarfa Miscela D’Oro 32

(24-8)(21-5)(31-6)(18-12)

Starlites vs Siggiewi

Starlites vs Siggiewi

Mellieħa kisbu t-tielet rebħa fuq Mtarfa Miscela D’oro dan l-istaġun meta għelbuhom bi skor kbir ta’ 93-32. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players neqsin tant li ppreżentaw tmienja u seba’ players rispettivament. Mellieħa marru fuq quddiem wara punti ta’ Sassoun Saakian għalkemm David Cini żamm lil Imtarfa viċin 6-11. Pero’ Mellieħa għalqu l-perjodu bi break ta’ 13-2 inkluża trippla ta’ Oliver Sammut. Mellieħa komplew jiddominaw il-partita fit-tieni sessjoni b’run oħra qawwija ta’ 18-2 fejn bdew jisirqu diversi blalen u jsarrfuhom f’punti. Sal-mistrieħ huma fetħu vantaġġ ta’ 32 punt 45-13.

Fit-tielet sessjoni kienu Mtarfa li kisbu l-ewwel basket permess ta’ Graham Coleiro. Pero’ Mellieħa għamlu run oħra kbira ta’ 22-0 b’iktar trippli minn Sammut u b’diversi steals ta’ Joshua Aquilina. Mtarfa waqqfu din ir-run wara basket minn David Cini pero’ sa tmiem is-sessjoni Mellieħa żiedu l-vantaġġ għal 55 punt 75-20. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata. Kienu Mellieħa li bdewha b’run ta’ 10-0 pero’ Mtarfa wieġbu b’oħra bl-istess punteġġ. Fl-aħħar minuti kien hemm iktar punti minn Aquilina u Matthew Cauchi għal Mellieħa li ħarġu rebbieħa 93-32.

Mellieħa Tritones: J. Sant 4, M. Cauchi 14, S. Saakian 23, E. Farrugia 2, R. Abela, O. Sammut 17, J. Aquilina 33, H. Fenech.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 2, J. Vassallo, K. Xuereb, K. Mifsud 4, D. Cini 12, G. Coleiro 12, D. Agius 2.

Referees: Brian Sly, Emanuel Mangani.

Bell Net SN Suns 48

Floriana Eurobasket Peugeot 78

(9-23)(6-16)(17-15)(16-24)

Floriana saħħew posthom fl-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Bell Net SN Suns 78-48. Suns kienu mingħajr Reno Camilleri, Bjorn Grima u Brian Grech u Floriana kellhom nieqes lil Neville Mercieca pero’ ġie lura Steve Sammut. Suns għamlu l-ewwel punti minn basket ta’ Hubert Agius pero Floriana wieġbu b’run ta’ 10-0 bi trippli minn Ian Mercieca u Rihards Polis. Michael Barberi wieġeb għal Suns ukollbi trippla imma kienu Floriana li għamlu l-aħħar 11-il punt tas-sessjoni għal skor ta’ 23-9. Fit-tieni perjodu reġa’ kien Agius li fetaħ il-punti ta’ Suns imma Floriana għamlu break ieħor ta’ 12-0. Suns ħadu time-out u sal-mistrieħ kien hemm baskets fuq kull naħa bil-Furjaniżi jibqgħu fuq quddiem 39-15.

It-tielet sessjoni rat lil Sunsjibdew bi break żgħir ta’ 6-2 pero Floriana malajr reġgħu ħadu r-riedni tal-partita f’idejhom bi break ta’ 9-1 li bdewha bi trippla ta’ Chris Sammut. Suns wieġbu bi three pointer ta’ Igor Marjanovic bi Floriana jagħmlu ieħor permezz ta’ Polis u temmew il-perjodu 54-32 minn fuq. L-aħħar sessjoni fetħet bil-punti ta’ Barberi għal Suns bl-aħwa Sammut jirrispondu għal Floriana. Il-greens għalqu l-partita b’run oħra ta’ 11-2 biex ħarġu rebbieħa 78-48.

 

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 2, R. Camilleri 6, R. Agius, H. Agius 9, M. Barberi 16, I. Marjanovic 11, R. Mercieca 4.

 Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 6, M. Ciantar 4, C. Sammut 31, A. Pace, I. Mercieca 7, B. Aquilina 12, R. Polis 8, J. Tanti, S. Sammut 10, D. Deguara.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Starlites Ker Grill 56

Vida Siġġiewi 45

(6-16)(18-11)(11-10)(21-8)

Iċ-champions Vida Siġġiewi sofrew it-tieni telfa konsekuttiva fil-kampjonat meta Starlites Ker Grill ħarġu rebbieħa 56-45 b’wirha tajba speċjalment fl-aħħar sessjoni. Għal darb’oħra Siġġiewi ma rnexxielhomx iżommu l-vantaġġ li bnew u spiċċaw tilfu l-partita. Wara li Starlites marru fuq quddiem bil-punti ta’ Ivan Riolo u Abraham Portelli, Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 10-0 li għalquh bi trippla ta’ Glenn Gauchi Grech. Portelli reġa’ wieġeb għal Starlites qabel ma Siġġiewi għamlu sitt punti oħra u temmew is-sessjoni 16-6 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Siġġiewi komplew jinqatgħu mill-avversarji wara free-throws ta’ Lee Grech u fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt 24-9. Starlites ġew lura u b’run sabiħa ta’ 13-3 inklużi żewġ trippli ta’ Robert Bonnici naqqsu d-distakk għal 3 punti fil-mistrieħ 24-27.

Fit-tielet sessjoni Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb bi three pointers ta’ Clayton Agius u Grech u kabbru l-vantaġġ għal 11-il punt 35-24. Għal darb’oħra Starlites għamlu reazzjoni u punti minn Portelli u Steve Gouder ressquhom sa basket il-bogħod 35-37. Dak li m’għamlux fis-sessjonijiet ta’ qabel, Starlites għamluh fl-aħħar waħda hekk kif fil-ħames minuta marru punt minn fuq 41-40. Siġġiewi wieġbu b’basket ta’ Gauchi Grech pero’ Starlites għamlu run ta’ 15-3 fl-aħħar tlett minuti li bdewha bi trippla ta’ Ivan Riolo u għalquha b’oħra ta’ Robert Loporto u ħarġu rebbieħa 56-45.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, I. Riolo 9, R. Bonnici 11, A. Portelli 17, C. Doublet, F. Bartolo, A. Cutajar, R. Loporto 3, S. Gouder 14.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 7, JP. Antonic 1, C. Agius 10, A. Duncan, L. Grech 14, A. Borg 8, N. Falzon, A. Debattista, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 5.

Referees: Gordon Barbara, Jean Paul Sammut.





Leave a comment