Floriana eleminati minn tazza oħra

Tuesday, February 15, 2011, 23:51

minn Colin Schembri

BANK OF VALLETTA KNOCK OUT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Floriana Eurobasket Peugeot 52

Starlites Ker Grill 63

(17-15)(14-12)(14-13)(7-23)

Vida Siggiewi vs Miscela D'Oro Mtarfa

Vida Siggiewi vs Miscela D'Oro Mtarfa

Starlites Ker Grill saru l-ewwel team li wasal fil-finali tal-Bank of Valletta knock-out meta għelbu lil Floriana Eurobasket Peugeot 63-52. Għal Floriana din kienet it-tieni eleminazzjoni f’semifinali ta’ kompetizzjoni u Starlites b’din ir-rebħa pattew għat-telfa li ħadu fil-kampjonat. Floriana rkupraw lil Mark Ciantar pero’ Ian Mercieca kien għadu nieqes. Steve Gouder fetaħ il-partita għal Starlites pero’ Floriana wieġbu bi trippli ta’ Steve Sammut u marru 8-4 minn fuq. Hawn Starlites għamlu run ta’ 8-0 b’diversi punti ta’ Robert Bonnici u marru fuq quddiem 12-8. Pero’ Floriana għamlu run ta’ 9-0 li għalquha bi trippla oħra ta’ Sammut biex marru 17-12 minn fuq qabel ma trippla ta’ Gouder għalqet l-ewwel sessjoni. Floriana kellhom bidu stupend fit-tieni sessjoni fejn għamlu run ta’ 12-2 u fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 29-17. Starlites reġgħu ġew lura wara run ta’ 10-0 bi trippli ta’ Bonnici u Ivan Riolo u fil-halftime il-vantaġġ ta’ Floriana kien ta’ 4 punti 31-27.

Fit-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin bi Floriana jkabbru l-vantaġġ wara trippla ta’ Adrian Pace. Chris Sammut fetaħ vantaġġ ta’ 80 punti għal Floriana 42-34 pero’ Bonnci baqa’ jwieġeb bi trippli għal Starlites u fi tmiem is-sessjoni 5 punti kienu jifirdu liż-żewġ timijiet bi Floriana 45-40 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet fatali għal greens hekk kif Starlites ħasduhom b’run ta’ 10-2 b’Abraham Portelli u Gouder jispikkaw. Minkejja li Floriana għamlu basket permezz ta’ Ben Aquilina biex resqu sa punti viċin 49-50, Starlites reġgħu għamlu run ta’ 13-0 biex għalqu l-partita b’mod definit. L-aħħar trippla ta’ Rihards Polis serviet biss biex Floriana jnaqqsu xi ftit id-distakk pero’ Starlites ħarġu rebbieħa 63-52.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, S. Galea, M. Ciantar 6, C. Sammut 5, A. Pace 3, J. Tanti 2, B. Aquilina 10, R. Polis 3, O. Shamala, S. Sammut 23, D. Deguara, N. Mercieca 2.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 1, I. Riolo 7, R. Bonnici 20, A. Portelli 13, F. Bartolo 2, R. Loporto, A. Cutajar, S. Gouder 20.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Vida Siġġiewi 47

Mtarfa Miscela D’oro 39

(18-14)(9-3)(5-20)(15-2)

Il-holders tan-Knock-out tat-tieni diviżjoni Vida Siġġiewi ukoll għaddew għal finali wara rebħa sofferta fuq Mtarfa Miscela D’oro 47-39. Ic-champions għal darb’oħra kienu mingħajr Petar Vulovic u sabu ċertu diffikulta fl-attakk. Mtarfa kienu minn fuq sa tmiem it-tielet sessjoni pero’ marru l-baħar fl-aħħar waħda u Siġġiewi approfittaw. Il-partita bdiet bi trippla fuq kull naħa bi Clayton Agius jiftaħ għal Siġġiewi u Keith Mifsud wieġeb għal Imtarfa. Punti ta’ Lee Grech raw lil Siġġiewi jiftħu vantaġġ ta’ 6 punti 14-8. Wara li Mtarfa resqu sa basket viċin 12-14, Glenn Gauchi Grech reġa kabbar il-vantaġġ ta’ Siġġiewi fi tmiem is-sessjoni 18-14. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mil-punti u kien biss fl-aħħar ħinijiet li Siġġiewi għamlu 7 punti mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 27-17.

Mtarfa kellhom bidu mil-aqwa għat-tielet sessjoni fejn għamlu run ta’ 13-0 fosthom żewġ trippli ta’ Mark Camilleri biex marru minn fuq 30-29. Siġġiewi wieġbu b’basket fis-seba’ minuta minn John Paul Antoncic pero’ trippla oħra ta’ Mifsud u baskets minn Graham Coleiro u Sean Baldacchino raw lil Imtarfa jiftħu vantaġġ ta’ 5 punti 37-32 fi tmiem is-sessjoni. L-aħħar perjodu kien storja differenti hekk kif Siġġiewi bdewh b’run ta’ 11-0 fosthom trippla oħra ta’ Agius u marru 43-37 minn fuq. Fis-seba’ minuta wasal l-uniku basket ta’ Mtarfa minn Mifsud b’Siġġiewi jagħlqu l-partita b’żewġ baskets ta’ Antoncic u ħarġu rebbieħa 47-39.

Vida Siġġiewi: D. Debattista, JP. Antonic 7, C. Agius 7, A. Duncan 2, L. Grech 23, A. Borg, N. Falzon 2, A. Debattista, E. Vella, K. Farrugia, G. Agius, G. Gauchi Grech 6.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 4, M. Camilleri 6, D. Angelov 1, K. Mifsud 8,R. Galea, G. Coleiro 11, D. Agius 9.

Referees: Jean Paul Sammut, Alfred Carbonaro





Leave a comment