Floriana daqt terġa tkun fl-ogħla postijiet tal-futbol Malti – Tyrone Farrugia

Friday, August 17, 2012, 13:12

Ħekk kif il-bidu tal-kampjonat Premier jinsab fuq l-għatba. Joshua Cacciattolo iltaqa’ ma’ wieħed mil-pilastri tat-tim Furjaniż u dak li mistenni ikun il-kaptin ġdid Tyronne Farrugia.

Player li minkejja l-eta zgħira għandu esperjenża vasta fil-kampjonat lokali fejn mil-ewwel tkelliemna dwar il-bidu . ”Ftit huma dawk li jafu li jiena meta kelli 5 snin missieri kien ħadni fin-nursery ta’ Hamrun Spartans fejn hemmhekk għamilt sa meta kelli 10 snin u wara kif kulħadd jaf trawwimt fin-nursery ta’ Msida St Joseph u grazzi għalihom ingħatajt iċ-ċans fil-kampjonat Premier”

Jien li naf lil Tyrone jispikka f’etaijiet differenti, u ftaħtlu waħda mil-ftit feriti li għandu hekk kif kemm il-darba irifjuta l-opportunita’ li jkompli l-karriera barra l-pajjiż ”Huwa minnu li mort taħrig ma’ Lazio, Inter u Sampdoria fost l-oħrajn, imma dejjem erġajt lura hekk kif inħoss in-nuqqas tal-familja. Illum il-gurnata huwa dispjaċir kbir tieghi. Malta hawn talent u nagħti parir li l-opportunita’ darba tiġiek u għamlu l-għalmu tagħkom u ħuduh iċ-ċans”

Tyrone huwa fil-fatt l-izgħar plajer li lagħab fil-kampjonat Premier hekk kif fl-eta’ta 15 -il sena, it-taljan Mario Petrone ta’ d-debut lil partitarju ta’ Milan ”Petrone kien jemmen ħafna fl-abbilitaijiet tiegħi u grazzi għalih kien il-bidu tat-triq tiegħi fil-Premier. Petrone kien il-persuna li miegħu lagħab bħala difensur, huwa wieħed mil-aqwa kowcis li kien hawn Malta. Warajh kompla fit-triq it-tajba Todor Raykov fejn miegħu kien jitulizzani bħala midfielder. Fiż-żmien ta’ Raykov kellna l-aqwa trio ta’ barranin hekk kif Nigerjan Nwoke, Babatunde u Zongo kienu isahhru lil kul partitarju Misidjan. F’dak tim kien hemm il-krema tal-lum bħal Paul Fenech, Roderick Bajada, Josef Mifsud u Manuel Bartolo fost oħrajn. Dik kienet ġenerazzjoni tad-deheb”

Farrugia li ironikament skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat Malti kontra Floriana jistqar kif ftit ftit inbidlu l-affarijiet fil-klub ta’ Msida ” Wara l-istaġun 2007/2008 tim għadda min tranżizzjoni mħux faċli hekk kif telqu PaulFenech, Josef Mifsud u Roderick Bajada kif ukoll ħalla l-pajjiż it-trio ta’ barrnin. L- 2008 kienet sena fejn il-kowc Patrick Curmi tagħni l-fiduċja biex imexxi t-tim, kien ta’ unur li f’eta ta 19 – il sena ingħatajt il-faxxa ta’ captain. Kif jgħid il-Malti Mulej jagħlaq bieb u jiftah ieħor meta ġo pajjiżna wasal Njong Priso li bil-gowls tiegħu salvajna għall-spejjeż ta’ Pieta Hotspurs” kompla l-player ta’ 23 sena li huwa ukoll dispjaċut għar-relegazzjoni li sofra ma Msida St Joseph. ”Fl-ewwel relegazzjoni kollox kien marbut mat-tluq ta’ Patrick Curmi li telaq il-bastiment ħabta u sabta, kien staġun li kellu bidu inkoraġenti imma fl-aħħar erbgħa partiti  qabel l-bidu tar-relegation pool ma ksibna l-ebda punt biex spiċċajna mal-aħħar erbgħa, Fit-tieni relegazzjoni kienet iktar difficli, it-tim kien tilef lil Kurt Magro u l-istilla ta’ dak il-mument Pedro Dos Santos Calcado, kif ukoll plejers bħal Dino Cachia għażlu destinazzjoni oħra għal fatt li ma konniex ċerti jekk hux ha nilgħabu fl-ogħla diviżjoni għall-ispejjeż ta’ Marsaxlokk (li sfaw relegati ħaba każ ta’ korruzzjoni).

X’wassal imma biex ingħaqad ma’ Floriana? Meta mort trial ma FC Khimki ġewwa r-Russja ifaċċjat bosta problemi hekk kif wasalt biex nifirma u ħa nitlaq minn Malta seħħ attakk terorstiku ġewwa belt ta’ Moska u ftit ta’ żmien wara meta kollox kien lest, it-tim laħaq ifirma l-barranin kollha biex waqaf kull trattativ. Kif Floriana taħt presidenza ta’Johan Said semghu li kont lest li nibqa Malta għamlu mil-ewwel kuntatt ma Msida St Joseph u wara ħafna trattativi kif ukoll kellmuni kwazi timijiet kollha tal-Premier għazilt lil Floriana. Kellek Dubji? Ftit. Johan Said stmani bħal wieħed mit-tfal tiegħu u dan naprezzaħ għal għomri, nefaq ħafna flus biex ġabni ġewwa Floriana u dan nibqa naprezzaħ ħafna”

Minn hawn semmejna l-istaġun maġiku għal-Floriana. ”Kienet sena indeskrivibbli. Bidu ftit kajman imma rebħ tat-trophy u tieni post kien il-massimu li tista tistenna fl-ewwel sena.Valletta jibqgħu f’dominaza tal-futbol Malti u biex tirbaħ trophy minn fuqhom hija ħaġa unika”

Tyrone Farrugia kompla fuq  it-tieni stagun ma’ Floriana ”Meta fit-tieni staġun taħt presidenza ta’ Johan Said kellna bidu impressjonati, ħabta u sabta soffrejt l-agħar injury fil-karriera tiegħi meta kontra Valletta qtajt il-ligaments ta’ irkopti u amilt 7 xhur barra fejn grazzi għal kumitat ta’ Floriana batuni mil-ewwel ġewwa Sqallija biex joperawni. Ir- riabilazzjoni ma kienetx faċli izda grazzi għal Joseph St John u David Attard bdejt nuri kambjament biex erġajt iritornajt kontra Balzan Youths fid-debut ta’ Joe Brincat bħala kowċ ta’ Floriana. Grazzi għalih ukoll talli tani s-sapport kontinwu hekk kif ukoll hu għadda min bosta injuries matul-karriera brillanti tiegħu”

Ma stajniex ma semmux il-fażi li għadda minnu klabb ta’ Floriana dan is-sajf  ”Kienet sajjetta fil-bnazzi li Johan Said telaq lil Floriana, għalija Johan Said kien parti strumentali li qiegħed hawn, iżda l-ħajja tkompli u illum ġrazzi għal kumitat preżenti irranġaw mal-investitaturi brittaniċi biex qegħdin fit-triq it-tajba. Nixtieq inserraħ moħħ l-partitarji li jien ħa nonora l-kuntratt kollu u nwiegħed lil Floriana li daqt terġa’ tkun lura fl-ogħla postijiet tal-futbol Malti”

Tim nazzjonali? Huwa l-massimu li plejer jista’  jilħaq fil-logħba Maltija u jien mħux inqas min ħaddieħor. Jien missni ili hemm tlett snin, iżda għal xi raġunijiet oħra ma kontx imsejjaħ. Jien se namel ħilti kollha biex inkun disponibli għal Petro Ghedin”

Hekk kif wasalna biex nitilqu Tyrone xtaq jiringrazzja lil ommu w missieru talli dejjem kienu ta’ sapport matul l-karriera, lit-tfajla Jessica kif ukoll kull kowċ li kellu matul il-karriera tiegħu, Johan Said u kumitatt matul is-sentejn tiegħu ma Floriana, kif ukoll li kumitatt preżenti u fl-aħħar lil kull partitarju furjaniż, temm bi tbisima l-idolu tal-furjaniżi’.





9 Comments

  1. Kollox Ahdar says:

    Kolonna fid-difiza. Nemmnu fik u natuk kull support

    [Reply]

  2. trophy winners 2010-2011 says:

    Well Done Tyrone keep it up!!!!!

    [Reply]

  3. malti says:

    nahseb wasal iz zmien li ituh cans lil dan iz zazuh ta qalb kbira ma nazjonal, issa ha cans ryan camieleri uflopinjoni tijaj ma kienx tajjeb. tuh cans u naraw ux!!!!! 

    good luck!!!

    [Reply]

    malti Reply:

    hares lejn familtek u tara hafna teletbbies

    [Reply]

    Robert Farrugia Reply:

    Tipruvax id-dahhak purcinell

    [Reply]

  4. Forzacity says:

    Meta jitwieled id-dubbien l-abjad forsi jkunu fil-quccata, lol.

    [Reply]

  5. abjad says:

    Ghandek xtistenna biex tkunu dejjem fil quccata habib

    [Reply]

  6. DC says:

    Prosit Tyrone….sirt l-idolu taghna mhux b’kumbinazzjoni imma ghax dejjem irrispettajt l-arma u dejjem tajt il-massimu tieghek u ta’ dan ahna nirringrazzjawk minn qiegh qalbna ghax hekk ghandu jkun player ezemplari…..Grazzi….KURAGG GREENS!

    [Reply]

  7. Eugenio Demanuele says:

    Grazzi THE WALL. Tyronne f qalb kull furjaniz, player li jaghti 200% kull loghba u l ghira ta kull team

    [Reply]

Leave a comment