Floriana Champions tat-tieni diviżjoni

Tuesday, May 10, 2011, 16:50

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

 

Suns vs Siggiewi

Suns vs Siggiewi

Mtarfa Miscela D’oro

38 

Mellieha Tritones 86

(11-17)(6-19)(10-19)(11-31)

Mellieħa rritornaw għar-rebħ wara tlett telfiet meta għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro 86-38. Il-partita fetħet bi three pointer fuq kull naħa biex Mtarfa marru 6-3 minn fuq. Mellieħa wieġbu bi break ta’ 7-0 u għalkemm Mtarfa wieġbu bi trippla oħra ta’ Sean Baldacchino, kienu Mellieħa li bi break ieħor ta’ 7-0 temmew is-sessjoni 17-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Mellieħa bdew bi trippla t’Oliver Sammut f’run ta’ 15-2 u kabbru l-vantaġġ 32-13. Sa tmiem is-sessjoni, Graham Coleiro wieġeb għal Imtarfa pero fil-halftime Mellieħa baqgħu fuq quddiem 36-17.

Mellieħa bdew it-tielet sessjoni b’run oħra ta’ 15-2 bil-punti kollha jaslu minn Joshua Aquilina u Sassoun Saakian. Mtarfa waqqfulhom din ir-run bil-punti ta’ Karl Xuereb fi break qasir ta’ 8-2 qabel ma’ Aquilina għalaq il-perjodu għal Mellieħa 55-27. L-aħħar sessjoni kienet f’idejn Mellieħa għalkemm fil-bidu kienet bilanċjata. Mellieħa għamlu żewġ runs ta’ 10-0 u 11-0 biex rebħi l-partita 86-38.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 6, J. Vassallo, J. Attard, D. Angelov 2, K. Mifsud 5, K. Xuereb 6, D. Cini 4, G. Coleiro 15, D. Agius.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 5, S. Saakian 21, E. Farrugia, R. Abela, O.Sammut 10, J. Aquilina 33, M. Camilleri 8, J. Sant 8, H. Fenech 2.

Referees:  Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Floriana Eurobasket Peugeot 82

Bell Net SN Suns 46

(22-10)(21-12)(20-14)(19-10)

Floriana Eurobasket Peugeot kienu ċerti mil-promozzjoni u wara li rebħu din il-partita 82-46 u t-telfa ta’ Siġġiewi fil-partita ta’ wara ħadu wkoll it-titlu ta’ champions tat-tieni diviżjoni. Suns kienu ġejjin minn erba’ rebħiet konsekuttivi pero’ kellhom ibaxxu rashom kontra l-qawwa ta’ Floriana. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat bil-Furjaniżi punt minn fuq 8-7. Hawn pero Floriana għamlu run ta’ 14-1 biex marru 22-10 minn fuq lejn tmiem il-perjodu. Huma kabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Steve Sammut fosthom trippla 33-18. Suns wieġbu permezz ta’ Igor Marjanovic pero t-trippli ta’ Sammut baqgħu ġejjin biex fil-mistrieħ Floriana kienu 43-22 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni bdew ġejjin ukoll it-trippli ta’ Ian Mercieca għal Floriana flimkien ma’ iktar punti ta’ Sammut biex marru 30 minn fuq 57-27. Ir-risposta ta’ Suns kienet bi trippla ta’ Michael Barberi pero s-sessjoni ntemmet bi Floriana minn fuq 83-36. Fl-aħħar sessjoni Floriana għamlu break ta’ 9-0 qabel ma ġie mkeċċi Steve Sammut bl-iskor favur Floriana 72-38. Minn hemm il-quddiem iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin biex Floriana ħarġu rebbieħa 82-46.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi 2, O. Shamala 4, C. Sammut 12, A. Pace, I. Mercieca 16, B. Aquilina 10, R. Polis 6, J. Tanti, S. Sammut 28, N.Mercieca  4, S. Galea.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia 2, R. Camilleri 6, R. Agius 4, H. Agius 12, M. Barberi 4, I. Marjanovic 9, R. Mercieca 3, R. Camilleri 6.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Vida Siġġiewi 50

Starlites Ker Grill 55

(12-13)(9-15)(17-9)(12-18)

Starlites Ker Grill għelbu lil Vida Siġġiewi 55-50 biex aċċertaw it-titlu ta’ champions lil Floriana. Siġġiewi kienu mingħajr Glenn Gauchi Grech u Starlites kellhom nieqsa lil Bernardo Riolo, Francois Bartolo u Steve Gouder. Il-partita kellha bidu kwiet pero’ mal-ħin Starlites bdew jinqatgħu mill-avversarji b’run ta’ 10-2. Siġġiewi ġew lura bil-freethrows u sat-tmiem il-perjodu d-distakk niżel għal punt 12-13. Starlites reġgħu żiedu l-vantaġġ fil-bidu tat-tieni sessjoni bi break ta’ 7-0 b’baskets minn Saviour Bonnici. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Lee Grech pero’ trippla ta’ Ivan Riolo reġgħat tat vantaġġ ta’ 9 punti lil Starlites 26-17. Sat-tmiem kien hemm 4 punti oħra għal Siġġiewi biex naqqsu d-distakk fil-halftime 21-28.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Siġġiewi kellhom l-aħjar mument tagħhom fejn bdew bi break ta’ 11-2 biex ħadu vantaġġ 32-30. Starlites reġgħu marru fuq quddiem bil-punti ta’ Robert Bonnici pero’ Siġġiewi reġgħu wieġbu biex temmew il-perjodu punt minn fuq 38-37. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kein hemm trippla fuq kull naħa minn Riolou Clayton Agius. Siġġiewi baqgħu 3 minn fuq sa nofs is-sessjoni 48-45. Hawn waslet run ta’ 10-2 minn Starlites li tathom ir-rebħa 55-50.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 13, JP. Antonic 8, C. Agius 8, A. Duncan, L. Grech 15, A. Borg 6, N. Falzon, A. Debattista, E. Vella, G. Agius.

Starlites Ker Grill: I. Riolo 10, R. Bonnici 11, D. Sultana, A. Portelli 14, R. Loporto 14, S. Bonnici 6, C. Doublet.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

Starlites Ker Grill 53

Mtarfa Miscela D’oro 33

(10-13)(16-4)(13-11)(14-5)

Jumejn wara r-rebħa fuq Siġġiewi, Starlites Ker Grill għelbu lil Mtarfa Miscela D’oro 53-33. Huma rkupraw lil Bernardo Riolo u Francois Bartolo  pero’ Steve Gouder kien għadu nieqes. Mtarfa kienu mingħajr Joe Vassallo u Darryl Schembri pero’ rkupraw lil David Agius. Kienu Mtarfa li marru fuq quddiem fil-ftuħ tal-partita 7-4 wara trippla ta’ Sean Baldacchino. Sat-tmiem il-perjodu kien hemm punti fuq kull naħa biex Mtarfa baqgħu minn fuq 13-10. Starlites feġġew fuq quddiem fit-tieni perjodu grazzi għal punti konsekuttivi ta’ Saviour Bonnici. Mtarfu għamlu biss żewġ baskets u Starlites żiedu l-vantaġġ bil-punti t’Abraham Portelli u fil-halftime kienu 26-17 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Starlites kabbru l-vantaġġ bi trippla t’Ivan Riolo u basket ta’ Robert Loporto 35-21. Mtarfa wieġbu bil-punti ta’ Graham Coleiro  David Agius fi break qasir ta’ 7-2 pero freethrows ta’ Bernardo Riolo taw vantaġġ ta’ 11-il punt 39-28 lil Starlites fi tmiem il-perjodu. Mtarfa fetħu l-aħħar sessjoni bi trippla oħra ta’ Baldacchino pero mbagħad Starlites għamlu break ta’ 14-0. Il-partita għalqet b’basket ta’ Coleiro għal skor finali ta’ Starlites 53 Mtarfa 33.

Starlites Ker Grill: B. Riolo 2, I. Riolo 5, R. Bonnici 10, A. Portelli 12, D. Sultana, S. Bonnici 14, R. Loporto 8, F. Bartolo, C. Doublet.

Mtarfa Miscela D’oro: S. Baldacchino 14, J. Attard, D. Angelov, K. Mifsud 3, K. Xuereb, D. Cini 2, G. Coleiro 10, D. Agius 4.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.

Bell Net SN Suns 69

Vida Siġġiewi 53

(10-11)(19-11)(20-9)(20-22)

Bell Net SN Suns għelbu lil Vida Siġġiewi 69-53 biex irritornaq għar-rebħ wara t-telfa fl-aħħar partita. Għal Siġġiewi kienet it-tieni telfa konsekuttiva biex issa tilfu wkoll it-tieni post. Siġġiewi bdew b’run ta’ 6-0 bil-punti ta’ Petar Vulovic u wara li Robert Mercieca għamel l-ewwel basket ta’ Suns. Eman Vella għamel trippla għal Siġġiewi. Suns ukoll wieġbu bi trippla ta’ Robert Camilleri u sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal punt 10-11. Suns fetħu t-tieni sessjoni b’run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Michael Barberi u marru fuq quddiem. Siġġiewi għamlu żewġ baskets pero Suns għamlu break ta’ 6-0 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 25-15. Siġġiewi naqqsu d-distakk sal-halftime 22-29.

Ir-risposta ta’ Siġġiewi fit-tielet perjdodu ma waslitx u Suns żiedu l-vantaġġ għal 12-il punt 39-27. Huma komplew isaħħi l-vantaġġ wara run ta’ 10-2 li bdewha bi trippla oħra ta’ Camilleri biex fi tmiem is-sessjoni kienu 49-31 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni kien hemm tentattiv ta’ rimonta minn Siġġiewi fosthom trippla ta’ Kris Farrugia biex waslu sa 13-il punt ‘l bogħod 40-53. Suns reġgħu għamlu run ta’ 8-1 u fetħu vantaġġ ta’ 20 punt 61-41. Sat-tmiem Siġġiewi ma rkuprawx u Suns rebħu l-partita 69-53.

Bell Net SN Suns: R. Camilleri 10, R. Agius 2, H. Agius 22, M. Barberi 8, I. Marjanovic, R. Mercieca 22, R. Camilleri 5.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 12, JP. Antonic 3, C. Agius 5, L. Grech 10, A. Borg 1, N. Falzon 8, A. Debattista, E. Vella 3, K. Farrugia 7, G. Agius 4

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 14 13 1 27
Starlites Ker Grill 15 9 6 24
Vida Siggiewi 15 9 6 24
Bell Net SN Suns 15 6 9 21
Athleta 13 7 6 20
Mellieha Tritones 14 6 8 20
Mtarfa Miscela D’oro 14 0 14 14




1 Comment

  1. JOE MIZZI says:

    Champions tas sekond u daqsek jew issa ghal first division. For the past years nobody wanted to make it to first division and remained there fis sekond. Trid hafna flus fil first biex tlahhaq mas Sliema, Luxol jew Siggiewi. Kollha issemu eluf kbar tal euros. Hemm pleyers li jiehdu euro12000.00 fis sena u ohrajn 6000.00 euros. Imma hemm min ma jiehu xejn ukoll. Ghalija tal l ahhar nies ghax jilghabu mill qalbhom u mhux ghal flus. Nispera li il Floriana jiehdu il parir li maj halsu lil hadd ghax hemm titlef il qaleb u il gbejna plus il portafol.

    [Reply]

Leave a comment