Floriana Cafè Del Mar u Falken Cynergi Virtus jibdew bir-rebħ

Monday, March 28, 2016, 16:16

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL PLAY-OFFS

minn Colin Schembri

Floriana Cafè Del Mar 87

Bupa Luxol 68

(18-13)(22-16)(25-15)(22-24)

Floriana Cafè Del Mar fetħu l-impenji tagħhom fil-play-offs b’rebħa fuq Bupa Luxol 87-68. Din kienet ir-raba’ partita bejn dawn iż-żewġ timijiet bi Floriana dejjem joħorġu rebbieħa. Floriana rkupraw lil Lee Ross fil-waqt li Luxol kellhom nieqes liż-żagħżugħ Jamie Maistre Mellilo. Kienu Floriana li ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ Chad Patus flimkien ma’ Nikola Vasovic. Luxol wieġbu bit-trippli ta’ Jean Paul Bonnici u William Ahlberg bper waslu sa’ punt ‘l bogħod però Floriana għamlu l-aħħar żewġ baskets minn Patus u Nigel Sultana għal skor ta’ 18-13. Luxol fetħu tajjeb fit-tieni taqsima meta għamlu seba’ punti mingħajr risposta biex marru basket minn fuq 20-18. Ir-risposta ta’ Floriana waslet b’run ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Patus biex bil-mod bdew jinqatgħu mill-avversarji. Luxol wieġbu bi three pointer ta’ Jean Paul Schembri però kienu Floriana li għalqu t-taqsima bi tlee baskets mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 40-29 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm punti fuq kull naħa u Luxol irnexxielhom jerġgħu jnaqqsu d-distakk wara żewġ trippli minn Bonnici u Ahlberg. Hawnh però Floriana reġgħu għamlu break qawwi ta’ 16-3 b’diversi punti ta’ Vasovic, Patus, Sultana u Anton Axiaq biex kabbru l-vantaġġ 65-44. Fl-aħħar sessjoni, minkejja li lagħbuha kważi kollha mingħajr Patus, Floriana baqgħu jikkontrollaw hekk kif kellhom aktar punti minn Sultana u t-trippli ta’ Nikola Andrejevic. Kien lejn tmiem il-partita li Luxol għamlu run ta’ 11-2 b’żewġ three pointers minn Schembri biex għamlu l-iskor aktar rispettabli bi Floriana jerbħu l-partita 87-68.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 30, L. Ross, N. Sultana 19, S. Borg 2, A. Portelli, N. Vasovic 13, C. Calleja 2, A. Axiaq 9, A. Micallef Trigona 4, N. Andrejevic 8.

Bupa Luxol: CJ Cordina 6, M. Mercieca 14,J. Willoughby 3, S. Visser 3, K. Dimech 2, J.P. Schembri 14, T. Paris, JP Bonnici 18, W. Ahlberg 8.

Referees:  Alfred Carbonaro, Christine Farrugia, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Falken Cynergi Virtus 90

Gżira Athleta 66

(21-14)(25-13)(19-19)(25-20)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus ukoll bdew l-impenji tagħhom fil-play-offs b’rebħa fuq Gżira Athleta 90-66. Athleta reġgħu kienu mingħajr Roderick Vella għalkemm kellhom fl-iskwadra lil Matthew Gouder u Daan Wiersum. In-nuqqas ta’ Vella nħass b’mod speċjali fl-attakk għaliex Athleta  sabu diffikulta biex jibnu l-attakki tagħhom kontra l-press tal-Virtus li rathom jisirqu diversi blalen. Virtus għamlu l-ewwel erba’ punti tal-partita minn Chris Santo u David Bugeja. Ir-risposta tal-Athleta ġiet bi break ta’ 8-0 li bdewh bi trippla ta’ Michael Naudi u kompla Lee Fisher. Virtus irkupraw u marru fuq quddiem wara three pointers ta’ Jacob Formosa u Shawn Pace flimkien ma’ aktar punti minn Santo u Bugeja biex temmew l-ewwel sessjoni 21-14 minn fuq. Ic-champions fetħu t-tieni taqsima bi break ta’ 10-2 fejn kellhom aktar three pointers minn Pace u David Camilleri. Athleta naqqsu d-distakk għal 10 punti però run oħra ta’ 11-0 minn Virtus tathom vantaġġ massimu ta’ 21 punt u daħlu jistrieħu 46-27 minn fuq.

It-tielet taqsima bdiet bil-Virtus ikomplu jżidu l-vantaġġ wara punti ta’ Formosa u Bugeja. Ir-risposta tal-Athleta waslet b’żewġ baskets ta’ Fisher u trippla ta’ Billy Zammit iżda d-distakk kien għadu wieħed konsiderevoli 42-54. Run oħra ta’ 9-0 bi trippla ta’ Peter Shoults rat lic-champions itemmu t-taqsima 65-46 fuq quddiem. Fl-aħħar sessjoni Athleta ma rnexxielhomx li jersqu viċin biżżejjed biex isalvaw il-partita għax sabu lil Virtus jirrispondu għal kull attakk tagħhom.  Fil-fatt Virtus għalqu l-partita b’run oħra qawwija ta’ 17-6 biex rebħu l-partita 90-66.

 

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 6, D. Bugeja 22, R. Bonnici 10, D. Camilleri 9, J. Formosa 11, A. Felice Pace, C. Santo 22, L. Sobers, A. Schembri 2, P. Shoults 8, T. Grech.

Gżira Athleta: M. Naudi 20, M. Gouder 9, F. Mifsud Bonnici,  D. Wiersum 4, L. Stefanovic 2, I. Buldakov 2, B. Zammit 3, A. Micallef 4, N. Lubrano 6, S. Vincic 3, M. Gauchi Montaldo, L. Fisher 22.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Programm tal-play-offs:

03-04-2015 – 13:00 –  Gżira Athleta vs Falken Cynergi Virtus

03-04-2015 – 16:30 – Bupa Luxol vs Floriana Cafè Del Mar

06-04-2015 – 18:15 – Floriana Cafè Del Mar vs Bupa Luxol

06-04-2015 – 20:00 – Falken Cynergi Virtus vs Gżira Athleta





Leave a comment