- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Floriana Cafè Del Mar u Falken Cynergi Virtus jerbħu qabel il-konfront dirett

Posted By sportinmalta1 On January 11, 2016 @ 5:55 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 50

Falken Cynergi Virtus 86

(11-24)(12-19)(16-17)(11-26)

Ic-champions Falken Cynergi Virtus baqgħu bla telfa hekk kif fir-ritorn tal-logħob wara l-waqfa għall-Milied għelbu lil Pavi Depiro 86-50. Virtus irkupraw lil Jacob Formosa però għadu nieqes David Camilleri u kien nieqes ukoll Thomas Grech. Depiro kellhom nieqes lil Darryl Schembri. Kienu Virtus li għamlu l-ewwel punti tal-partita minn Robert Bonnici u Chris Santo. Depiro bil-mod ġew lura meta kienu huma li għamlu sitt punti minn Micheal Nwelue u Timothy Zammit. Hawn Virtus wieġbu b’run qawwija ta’ 15-0 b’aktar punti minn Santo flimkien ma’ David Bugeja. Depiro waqqfuhom bi trippla ta’ Zammit però Virtus temmew is-sessjoni minn fuq 24-11. Fit-tieni perjodu Depiro bdew b’żewġ baskets minn Nwelue u Zammit. Virtus kellhom il-punti ta’ Lavell Sobers u trippla ta’ Shawn Pace u għalkemm Nwelue kompla jwieġeb għal Depiro, Virtus kienu fil-kontroll tal-partita hekk kif kellhom il-punti ta’ Formosa, Santo u Buegja biex daħlu jistrieħu 43-23 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’seba’ punti konsekuttivi b’żewġ three pointers minn Zammit u Nicholas Grech biex naqqsu d-distakk 30-43. Virtus reġgħu bdew jiksbu l-punti permezz ta’ Peter Shoults flimkien ma’ Bonnici u Bugeja. Nwelue kellhu ħames punti oħra però Formosa kellhu trippla għal Virtus li temmew is-sessjoni 60-39 minn fuq. Fl-aħħar perjodu iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex il-vantaġġ tac-champions baqa’ wieħed konsiderevoli. Virtus imbagħad kellhom run ta’ 12-0 kważi kollha minn Santo u Formosa bid-Depiro jwaqqfuhom bi trippla ta’ Myron Agius. Il-partita għalqet b’żewġ trippli ta’ David Bugeja għal skor ta’ 86-50.

Pavi Depiro: J. Attard, M. Agius 3, A. Aquilina 2, N. Grech 5, T. Zammit 9,  M. Mallia 4, V. Vlachos 2, K. Xuereb 3, M. Borg 2, M. Nwelue 20.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 5, D. Bugeja 21, R. Bonnici 9, L. Sobers 1, S. Bonnici, J. Formosa 12, A. Felice Pace 2, C. Santo 28, A, Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 8.

Referees:  Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Floriana Cafè Del Mar 85

 

Hibernians 75

(19-21)(21-17)(26-16)(19-21)

Floriana Cafè Del Mar wieġbu għar-rebħa ta’ Virtus biex issa ż-żewġ timijiet jiltaqgħu f’konfront dirett il-ġimgħa d-dieħla. Floriana għadhom mingħajr Nikola Vasovic li kien sospiż għal ħames partiti fil-waqt li Hibs kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. L-ewwel sessjoni kienet missielta b’baskets fuq kull naħa u l-ebda team ma rnexxielhu jieħu vantaġġ. Hibs kellhom it-three pointers ta’ Kieron Caruna u marru 14-10 minn fuq iżda Chad Patus beda jwieġeb għal Floriana b’mod regolari u l-ewwel taqsima għalqet bil-Hibs fuq quddiem 21-19. Fit-tieni perjodu, Floriana bdew jieħdu l-partita f’idejhom u kellhom run tajba ta’ 15-2 bi three pointers minn Nigel Sultana u Patus flimkien ma’ Lee Ross u Sean Borg. Hibs waqqfuhom b’punti ta’ Fabrizio Mariani għalkemm bejniethom kien hemm trippla ta’ Ross. Hibs komplew b’aktar three pointers minn Luke Farrugia u Stefan Vella biex reġgħu naqqsu d-distakk għal basket fl-intervall 40-38.

Fit-tielet perjodu Floriana bdew b’sitt punti konsekuttivi minn Ross u Sultana qabel ma Hibs kellhom il-punti ta’ Simon Attard. Floriana kellhom aktar trippli minn Ross biex reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 52-41. Marco Matijevic wieġeb għal Hibs però Patus u Ross bi trippla kabbru l-vantaġġ Furjaniż. Lejn tmiem is-sessjoni, Floriana kellhom il-punti ta’ Patus u Anton Axiaq għal skor ta’ 66-54. Fl-aħħar perjodu, Hibs kellhom it-trippli minn Attard però Floriana wieġbu b’run oħra ta’ 9-0 bil-Hibs jitilfu lil coach Ruben Baldacchino wara żewġ technical fouls. Hibs kellhom  run ta’ 12-0 bi three pointers minn Attard, Farrugia u Paul Attard biex naqqsu d-distakk għal 10 punti 72-82 però l-ħin kien kontra tagħhom u Floriana għalqu l-partita bil-punti ta’ Abraham Portelli u Ross biex rebħu l-partita 75-75.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 35, L. Ross 29, N. Sultana 7, S. Borg 4, A. Portelli 3, C. Calleja 1,A. Axiaq 6, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic.

Hibs: P. Attard 3, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 14, S. Attard 17, I. Bonett, K. Caruana 13, R. Carabott 5, K. Sultana, S. Vella 3, F. Mariani 5, M. Matijevic 15.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Gżira Athleta 92

Bupa Luxol 67

(20-18)(19-16)(25-22)(28-11)

Gżira Athleta rritornaw għar-rebħ kontra Bupa Luxol fil-partita li fiha kellhom id-debutt tal-player Amerikan Lee Kirby Fisher. Luxol reġa’ kellhom nieqes lil Tom Paris u nkludew fl-iskwadra tagħhom lil John J. Tabone. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat hekk kif iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Luxol jiftħu vantaġġ ta’ punt 7-6. Athleta kellhom il-punti ta’ Michael Naudi bl-Amerikan Colt Fason iwieġeb għal Luxol. Athleta kellhom run qasira ta’ 5-0 minn Naudi u Nicolai Lubrano però CJ Cordina kellhu trippla għal Luxol biex Athleta temmew is-sessjoni 20-18 minn fuq. Fit-tieni taqsima, kienu Athleta li bdew l-aħjar meta kellhom it-three pointers minn Roderick Vella u Daan Wiersum. Luxol kellhom il-punti konsekuttivi ta’ Cordina biex ġabu l-iskor indaqs 26-26 iżda Athleta wieġbu b’run ta’ 8-0 bil-punti ta’ Naudi u Fisher. Luxol ma ċedewx u kellhom żewġ trippli minn Cordina però żewġ baskets ta’ Fisher raw lil Athleta jtemmu t-taqsima minn fuq 39-34.

Wara l-intervall Athleta kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Lubrano u Vella però Luxol wieġbu bil-punti ta’ Fason u t-three pointers minn Jean Paul Bonnici biex reġgħu naqqsu d-distakk għal ħames punti 49-54. Athleta kellhom trippla minn Fisher u hekk kif Luxol irrispondew, pront kien Billy Zammit b’żewġ trippli biex Athleta temmew is-sessjoni 64-56 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Athleta komplew bit-three pointers tagħhom hekk kif bdew bi tnejn oħra minn Wiersum. Luxol kellhom il-punti ta’ Fason però Athleta komplew b’aktar trippli bi 3 ta’ Vella u ieħor minn Lubrano. Athleta issa kellhom vantaġġ komdu u għalqu l-partita bil-punti ta’ Fisher u Lubrano biex rebħu l-partita 92-67.

Gżira Athleta: M. Naudi 21, R. Vella 17, F. Mifsud Bonnici, D. Wiersum 9, L. Stefanovic, I. Buldakov, B. Zammit 6, A. Micallef 5, N. Lubrano 15, S. Vincic, M. G. Montaldo, L. Fisher 19.

Bupa Luxol: CJ Cordina 20, C. Fason 32, J. Willoughby, J. Tabone, J.P. Schembri , K. Dimech, S. Visser, M. Mercieca 2, J. Maistre Mellilo, JP Bonnici 13.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Virtus Basket

4

4

0

8

330

258

Floriana Cafe Del Mar

4

4

0

8

314

257

AtoZ Electronics Athleta

4

2

2

6

300

282

Bupa Luxol

4

1

3

5

274

311

Hibs

4

1

3

5

253

291

Pavi Depiro

4

0

4

4

204

276


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/floriana-cafe-del-mar-u-falken-cynergi-virtus-jerbhu-qabel-il-konfront-dirett/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.