- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Floriana Cafè Del Mar u Falken Cynergi Virtus b’punti massimi

Posted By sportinmalta1 On December 23, 2015 @ 4:47 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Hibernians 64

Bupa Luxol 74

(12-22)(9-25)(31-20)(12-7)

Bupa Luxol kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Hibs 74-64 bl-Amerikan Colt Fason f’ġurnata mill-aqwa meta kiseb total ta’ 48 punt. Din kienet l-ewwel laqgħa bejn dawn iż-żewġ timijiet dan l-istaġun. Hibs irkupraw lil Stefan Vella li tilef l-aħħar partita fil-waqt li Luxol kellhom nieqes lil Tom Paris. Luxol bdew bil-punti ta’ CJ Cordina u Fason li kellhom three pointer kull wieħed biex Luxol fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 17-4. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Simon Attard u Marco Matijevic qabel ma Fason għamel it-tieni trippla tiegħu. Matijevic reġa’ wieġeb għal Hibs iżda Luxol temmew it-taqsima 22-12 minn fuq. Luxol komplew jiddominaw fit-tieni perjodu meta bdew bi break ta’ 11-0 b’aktar punti minn Fason u trippla ta’ Jean Paul Schembri. Hibs finalment kellhom il-punti ta’ Luke Farrugia u Isaac Bonett però Fason kompla bil-punti tiegħu flimkien ma’ Schembri u Jean Paul Bonnici biex daħlu jistrieħu 47-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs ippruvaw jirkupraw meta’ kellhom run ta’ 10-2 bil-punti ta’ Attard u Matijevic u trippla ta’ Stefan Vella. Luxol però kienu għadhom 19 minn fuq 53-34 u komplew b’ħames punti oħra ta’ Fason. Matijevic u Attard reġgħu rrispondew għal Hibs iżda ma rnexxielhomx inaqqsu biżżejjed id-distakk hekk kif Luxol temmew is-sessjoni 67-52 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-punti naqsu hekk kif Luxol kellhom vantaġġ komdu li bih setgħu jikkontrollaw il-partita. Huma bdew b’erba’ punti minn Fason u trippla ta’ Schembri. Hibs għamlu l-aħħar erba’ baskets tal-partita kollha mit-Taljan Fabrizio Mariani biex Luxol rebħu l-partita 74-64.

Hibs: P. Attard, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 5, S. Attard 8, I. Bonett 2, K. Caruana, R. Carabott 2, K. Sultana, S. Vella 6, F. Mariani 8, M. Matijevic 33.

Bupa Luxol: CJ Cordina 11, C. Fason 48, J. Willoughby, S. Visser, K. Dimech, J.P. Schembri 8, J. Maistre Mellilo, M. Mercieca 1, JP Bonnici 6.

Referees:  Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Stephen Micallef.

Floriana Cafè Del Mar 72

 

Pavi Depiro 53

(17-8)(19-15)(20-11)(16-19)

Floriana Cafè Del Mar kisbu t-tielet rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Pavi Depiro 72-53 b’dawn tal-aħħar jibqgħu bla rebħa fil-kampjonat. Għal Floriana rritorna Nigel Sultana però kienu nieqsa Anton Axiaq imweġġa’ u Nikola Vasovic sospiż u Depiro kienu mingħajr Nicholas Grech. Depiro bdew bl-ewwel punti tal-partita però Floriana wieġbu bi break ta’ 10-2 b’punti minn Chad Patus Lee Ross. Depiro kellhom il-punti ta’ Michael Nwelue qabel ma Floriana żiedu l-vantaġġ b’aktar punti ta’ Patus u Nigel Sultana biex għalqu l-ewwel sessjoni 17-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Depiro baqgħu viċin 15-23. Floriana kellhom il-punti ta’ Sean Borg, Patus u Sultana biex żiedu l-vantaġġ u minkejja li Depiro kellhom il-punti ta’ Nwelue, Timothy Zammit u Kurt Xuereb, Floriana daħlu jistrieħu 36-23 minn fuq.

Wara l-intervall, Floriana bdew bi tmien punti mingħajr risposta minn Abraham Portelli, Patus u Ross. Nwelue reġa’ rrisponda għal Depiro u wara punti minn Ross kien hemm trippla fuq kull naħa minn Andrew Aquilina u Sultana. Floriana temmew is-sessjoni b’ħames punti oħra minn Patus għal skor ta’ 56-34. Fl-aħħar sessjoni il-logħob kien aktar maqsum fejn Depiro bdew bi trippla ta’ Nwelue flimkien ma’ Xuereb. Ross kellhu tlett three pointers għal Floriana biex huma ħarġu rebbieħa 72-53.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 28, K. Schembri, L. Ross 17, N. Sultana 17, S. Borg 4, A. Portelli 4, C. Calleja, A. Micallef Trigona, O. Shamala, N. Andrejevic 2.

Pavi Depiro: J. Attard, M. Agius, J. Camilleri, D. Schembri, A. Aquilina 5, T. Zammit 4,  M. Mallia 4, V. Vlachos 4, K. Xuereb 11, M. Borg, M. Nwelue 25.

Referees: Emanuel Mangani, Stephen Micallef, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Falken Cynergi Virtus 84

Gżira Athleta 76

(20-17)(13-18)(14-10)(21-23)(16-8)

Il-partita li għalqet is-sena 2015 kienet bejn ic-champions

Ritratt: Virtus Facebook page

Falken Cynergi Virtus u Gżira Athleta u kienet partita li għalqet is-sena bil-kbir hekk kif kien hemm bżonn sessjoni ta’ ħin barrani biex jiġi deċiż ir-rebbieħ. Kienet l-aħħar partita tal-Athleta mingħajr player barrani professjonali hekk kif minn Jannar mistenni jżidu player Amerikan fl-iskwadra tagħhom. David Camilleri rritorna għal Vurtis però weġġa’ u Jacob Formos wkoll għadu nieqes għac-champions. Kienu Virtus li bdew bl-ewwel punti tal-partita minn David Bugeja u Chris Santo. Athleta rrispondew bi trippla ta’ Daan Wiersum u punti minn Michael Naudi però Virtus kellhom run ta’ 10-4 bis-sessjoni tintemm bi trippla ta’ Wiersum għal skor ta’ 20-17. Fit-tieni perjodu Athleta bdew b’erba’ baskets mingħajr risposta biex marru fuq quddiem 25-20. Virtus wieġbu bil-punti minn Shawn Pace flimkien ma’ Santo u Bugeja però l-punti ta’ Naudi u Micallef ħallew lil Athleta basket minn fuq għal halftime 35-33.

Fit-tielet taqsima l-andament tal-partita baqa’ l-istess hekk kif Athleta bdew b’erba’ punti però pronta kienet ir-risposta ta’ Virtus b’sitt punti minn Peter Shoults, Thomas Grech u Santo. Shoults, li kellhu partita stupenda b’diversi steals u assists kompla bil-punti tiegħhu u minkejja li Naudi wieġeb għall- Athleta, Bugeja u Robert Bonnici taw vantaġġ ta’ basket lil Virtus 47-45. Athleta reġgħu marru minn fuq fl-aħħar sessjoni bi trippla ta’ Roderick Vella. Virtus kellhom mument posittiv bi break ta’ 10-0 bi trippli ta’ Bonnici u Shoults. Athleta ma ċedewx hekk kif kellhom it-trippli ta’ Billy Zammit u l-punti ta’ Naudi fl-aħħar sekondi biex għamlu l-iskor indaqs 68-68 bil-partita tmur għall-ħin barrani. Hawn l-istorja kienet differenti hekk kif Virtus bdew jinqatgħu mill-avversarji tant li rnexxielhom itemmu l-partita b’run ta’ 9-2 minn Santo u Shoults biex rebħu l-partita 84-76 u baqgħu bla telfa fil-kampjonat.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 9, D. Bugeja 12, R. Bonnici 14, D. Camilleri, S. Bonnici, L. Sobers, A. Felice Pace, C. Santo 27, A, Schembri, F. Bartolo, P. Shoults 22, T. Grech.

Gżira Athleta: M. Naudi 29, R. Vella 6, D. Wiersum 14, L. Stefanovic, I. Buldakov, B. Zammit 12, A. Micallef 6, N. Lubrano 9, S. Vincic, M. G. Montaldo.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Floriana Cafe Del Mar

3

3

0

6

229

182

Virtus Basket

3

3

0

6

244

208

AtoZ Electronics Athleta

3

1

2

4

132

131

Bupa Luxol

3

1

2

4

207

219

Hibs

3

1

2

4

178

206

Pavi Depiro

3

0

3

3

154

190

Ritratt: Virtus Facebook page


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/floriana-cafe-del-mar-u-falken-cynergi-virtus-bpunti-massimi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.