- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Floriana Cafè Del Mar jagħtu l-ewwel telfa lil Virtus u jispiċċaw fl-ewwel post

Posted By sportinmalta1 On March 15, 2016 @ 9:56 am In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Ir-riżultati tal-aħħar ġurnata iddeterminaw il-klassifika finali tal-ewwel fażi tal-Kampjonat Bank of Valletta. Floriana rnexxielhom jieħdu l-ewwel post tal-klassifika wara rebħa fuq Virtus fil-waqt li Hibs għelbu lil Gżira Athleta biex evitaw l-aħħar post li spiċċa għand Depiro minkejja r-rebħa fuq Bupa Luxol.

Pavi Depiro 83

Bupa Luxol 69

(15-12)(21-23)(29-17)(18-12)

Pavi Depiro temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun fuq nota posittiva wara li għelbu lil Bupa Luxol 83-69. L-Amerikan Michael Nwelue kellhu prestazzjoni mill-aqwa fil-waqt li n-naħa l-oħra Luxol kienu mingħajr Colt Fason li weġġa fl-aħħar ħarġa u kellhu jtemm l-istaġun ħesrem. Luxol kellhom lura lil William Ahlberg u lil Tom Paris fil-waqt li Depiro rkupraw lil Nicholas Grech. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin qabel ma Depiro kellhom il-punti konsekuttiva ta’ Kurt Xuereb. Luxol kellhom trippla minn CJ Cordina fil-waqt li Xuereb tkeċċa fid-disa’ minuta wara foul ta’ ritaljazzjoni. Depiro temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 15-12 u kabbru l-vantaġġ b’aktar punti minn Nwelue u Malcolm Mallia. Luxol wieġbu bil-punti ta’ Cordina u Ahlberg flimkien ma’ Jean Paul Schembri. Nwelue u Timoth Zammit reġgħu irrispondew għal Depiro però Luxol kellhom it-trippli minn Jean Paul Bonnici u Cordina biex Depiro daħlu jistrieħu punt minn fuq 36-35.

It-tielet taqsima bdiet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex id-distakk baqa’ l-istess. Depiro komplew b’run ta’ 9-1 fosthom trippla ta’ Matthew Borg. Luxol irrispondew bi trippla ta’ Schembri u l-punti ta’ Cordina. Depiro għamlu break ta’ 13-2 b’diversi punti ta’ Nwelue biex temmew it-taqsima 65-52 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Luxol bdew b’ħames punti minn Ahlberg u Marco Mercieca. Three pointer fuq kull naħa ħalla lil Depiro 69-61 minn fuq. Depiro komplew b’ħames punti oġra u minkejja lil Luxol kellhom it-trippli minn Ahlberg, kienu Depiro li rebħu l-partita 83-69.

Pavi Depiro: J. Attard 1, M. Agius, J. Camilleri, D. Schembri, A. Aquilina 6, T. Zammit 10,  M. Mallia 14, K. Xuereb 8, M. Borg 8, M. Nwelue 36.

Bupa Luxol: CJ Cordina 28, J. Willoughby 4, W. Ahlberg 21, J.P. Schembri 5,  K. Dimech, T. Paris, M. Mercieca 4, J. Maistre Mellilo, JP Bonnici 7, E. Bonello.

Referees:  Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

Gżira Athleta 72

Hibernians 75

(20-19)(18-18)(21-23)(13-15)

Hibs wieġbu għar-rebħa ta’ Depiro meta fl-aħħar ħarġa tagħhom għelbu lil Gżira Athleta 75-75 biex evitaw l-aħħar post tal-klassifika. Athleta kellhom nieqsa lil Roderick Vella u Nikolai Lubrano però rritorna Billy Zammit fil-waqt li Hibs kienu mingħajr Simon Attard u Stefan Vella. Il-partita mill-bidu kienet missielta bil-vantaġġ idur fuq iż-żewġ naħat għal diversi drabi. Hibs marru 4 minn fuq bil-punti ta’ Marco Matijevic li kellhu trippla. Athleta għamlu tmien punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Zammit però Hibs wieġbu bil-punti ta’ Kieron Caruana biex Athleta temmew is-sessjoni punt minn fuq 20-19. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu kien hemm trippla fuq kull naħa bil-Hibs imorru minn fuq wara punti ta’ Isaac Bonett u Caruana. Hibs għamlu break ta’ 7-2 però kienu Athleta li għamlu l-aħħar punti tat-taqsima minn Stefan Vincic li daħal minn fuq il-bank flimkien ma’ Lee Fisher u Zammit biex baqgħu punt minn fuq 38-37.

Wara l-intervall Athleta żiedu l-vantaġġ iżda Hibs kellhom il-punti ta’ Caruana u Matijevic. Adrian Micallef kellhu diversi punti għall-Athleta b’Caruana jwieġeb għal Hibs b’żewġ trippli. Athleta rrispondew bil-baskets ta’ Michael Naudi iżda qabel intemmet it-taqsima kien hemm trippla minn Fabrizio Mariani minn distanza konsiderevoli biex Hibs marru punt minn fuq 60-59. Athleta rkupraw fil-ftuħ tal-aħħar taqsima hekk kif Fisher daħal iktar fix-xena. Basket ta’ Micallef poġġa lil Athleta fuq quddiem iżda Hibs kellhom punti minn Matijevic u trippla ta’ Paul Attard biex marru punt minn fuq. Athleta ma rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ biex Hibs għalqu l-partita bil-punti ta’ Mariani u Caruana biex rebħu l-partita 75-72.

Gżira Athleta: M. Naudi 29, F. Mifsud Bonnici,  L. Stefanovic, I. Buldakov 2, B. Zammit 8, A. Micallef 19, S. Vincic 4, M. Gauchi Montaldo, L. Fisher 10.

Hibs: P. Attard 5, M. Houmpton, G. Agius, L. Farrugia 1, I. Bonett 2, K. Caruana 29, R. Carabott 11, K. Sultana, F. Mariani 5, M. Matijevic 22.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Floriana Cafè Del Mar 87

Falken Cynergi Virtus 66

(24-17)(15-14)(17-19)(31-16)

Il-konfront mistenni bejn iż-żewġ timijiet ta’ fuq mar favur Floriana Cafè Del Mar li għelbu lic-champions Falken Cynergi Virtus 87-66 biex mhux biss rebħu l-partita iżda ħadu wkoll l-ewwel post tal-klassifika biex issa jiltaqgħu kontra Luxol fis-semifinali fil-waqt li Virtus issa jiffaċjaw lil Athleta f’repetizzjoni tal-finali tal-istaġun li għadda u dik li kienet ukoll il-finali tal-BOV Knock out. Lee Ross reġa’ kien nieqes għal Floriana però pattew għal dan in-nuqqas it-twal ta’ Floriana Nigel Sultana u Anton Axiaq li kkombinaw tajjew bejniethom u ddominaw taħt il-boards fejn ħallew lil Virtus b’24 rebound biss. Il-partita fetħet bi trippli fuq kull naħa bi Floriana jkomplu bi break ta’ 10-0 bi trippla ta’ Nikola Vasovic. Virtus irkupraw bil-punti ta’ Chris Santo u trippla ta’ David Bugeja però żewġ baskets minn Chad Patus u Axiaq raw lil Floriana jtemmu s-sessjoni 24-17 minn fuq. Fit-tieni taqsima Floriana komplew bit-trippli minn Chad Patus u Sean Borg biex marru 32-21 minn fuq. Bugeja reġa’ rrisponda għal Virtus fil-waqt li kellhom ukoll trippla ta’ Robert Bonnici però Floriana kienu għadhom 39-31 minn fuq fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni Floriana reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 12 –il punt 48-36 però hawn waslet reazzjoni mic-champions b’run ta’ 11-1 bi three pointers minn Shawn Pace, Peter Shoults u David Camilleri biex waslu sa’ basket minn taħt 47-49. Borg u Patus kellhom seba’ punti mingħajr risposta bit-taqsima tagħlaq bi trippla ta’ Pace għal Virtus għal skor ta’ 56-50. Fl-aħħar sessjoni Floriana bdew b’sitt punti minn Sultana u Axiaq iżda Shoults wieġeb b’żewġ trippli konsekuttivi għac-champions. Run ta’ 12-6 minn Floriana kabbritilhom il-vantaġġ u din id-darba Virtus ma rnexxielhomx jerġgħu jirreaġixxu. Fil-fatt Floriana komplew biex għalqu l-partita bi break ta’ 13-3 b’aktar punti minn Patus, Sultana u Axiaq biex rebħu l-partita 87-66.

Floriana Cafè Del Mar: C. Patus 30, L. Ross, N. Sultana 18, S. Borg 6, A. Portelli, N. Vasovic 15, C. Calleja 2, A. Axiaq 16, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic.

Falken Cynergi Virtus: S. Pace 8, D. Bugeja 17, R. Bonnici 8, D. Camilleri 3, S. Bonnici, J. Formosa, A. Felice Pace, C. Santo 18, L. Sobers, F. Bartolo, P. Shoults 12, T. Grech.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Floriana Cafe Del Mar

10

9

1

19

789

660

Falken Cynergi Virtus

10

9

1

19

845

696

Gżira Athleta

10

5

5

15

765

698

Bupa Luxol

10

3

7

13

755

808

Hibs

10

2

8

12

673

809

Pavi Depiro

10

2

8

12

613

769

Programm tal-play-offs:

26-03-2015 – 13:00 – Floriana Cafè Del Mar vs Bupa Luxol

26-03-2015 – 16:30 – Falken Cynergi Virtus vs Gżira Athleta

03-04-2015 – 13:00 – Bupa Luxol vs Floriana Cafè Del Mar

03-04-2015 – 16:30 – Gżira Athleta vs Falken Cynergi Virtus

06-04-2015 – 18:15 – Floriana Cafè Del Mar vs Bupa Luxol

06-04-2015 – 20:00 – Falken Cynergi Virtus vs Gżira Athleta


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/floriana-cafe-del-mar-jaghtu-l-ewwel-telfa-lil-virtus-u-jispiccaw-fl-ewwel-post/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.