Floriana bit-tieni rebħa konsekuttiva

Tuesday, February 26, 2013, 18:21

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Miscela D’Oro Mtarfa 37

Siġġiewi 57

(5-12)(13-15)(2-21)(17-9)

 

Siġġiewi kisbu r-raba’ rebħa fuq Miscela D’Oro Mtarfa dan l-istaġun meta ħarġu rebbieħa b’distakk ta’ 20 punt 57-37. Mtarfa rkupraw lil Calvin Calleja, Malcolm Sammut u Nicholas Grech pero’ kellhom nieqsa lil Alex Psaila u JP Borg. Siġġiewi kienu mingħajr Luke Grima u Alister Duncan pero’ rritorna Anthony Shoults. Il-partita kellha bidu kwiet u l-punti ġew bil-mod tant li wara iktar minn sitt minuti logħob kellna parita ta’ 2-2. Siġġiewi fl-aħħar ħinijiet għamlu 4 baskets minn Clement Kodomaris u Graham Coleiro għal skor ta’ 12-5. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata fejn kienu Siġġiewi li bdew b’run ta’ 9-3 bi tlett baskets minn JP Antoncic. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Mtarfa kellhom sitt punti mingħajr risposta b’żewġ baskets ta’ Grech u fl-intervall Siġġiewi kienu 9 minn fuq 27-18.

Wara l-intervall, Siġġiewi ddominaw il-partita. Huma kellhom 18 –il punt mingħajr risposta bi trippli minn Kodomaris u Samuel Mamo flimkien ma’ baskets ta’ Graham Coleiro u Lee Grech. L-uniku basket ta’ Mtarfa ġie minn Calvin Calleja fl-aħħar minuta biex Siġġiewi temmew it-taqsima fuq quddiem 48-20. Fl-aħħar sessjoni Mtarfa bdew b’sitt punti konsekuttivi fosthom trippla minn Sammut bis-Siġġiewi jwieġbu b’oħra ta’ Shoults. Reġgħu kienu Mtarfa li naqqsu aktar id-distakk permezz ta’ punti minn Daniel Farrugoa u Calleja biex Siġġiewi temmew il-partita b’vantaġġ ta’ 20 punt 57-37.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: M. Borg 5, C. Calleja 9, M. Sammut 5, N. Grech 8, D. Farrugia 8, M. Agius 2.

Siġġiewi: L. Grech 7, S. Mamo 6, JP Antoncic 8, A. Debattista 4, A. Cutajar 5, A. Shoults 3, G. Coleiro 10, C. Kodomaris 14.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 38

Starlites 79

(6-26)(10-13)(17-11)(5-29)

 

B’wirja oħra tajba, Starlites komplew jersqu lejn ir-rebħ tal-kampjonat wara li għelbu lil Phoenix Qormi Żmerċ Pub 79-38. Phoenix irkupraw lil Clayton Debono pero’ kienu mingħajr Antoine Costa, Rueben Curmi u Kenneth Genovese fil-waqt li Saviour Bonnici għadu nieqes għal Starlites. Starlites bdew tajjeb mill-ewwel tant li f’inqas minn minuta kienu diġa 7-0 minn fuq. Phoenix wieġbu biss bil-freethrows waqt li Starlites komplew b’run ta’ 12-2. Wara trippla minn Trevor Grech għal Phoenix, Starlites kellhom run ta’ 7-0 b’punti minn Steve Sammut u Gabor Szokreny għal skor ta’ 26-6. Phoenix fetħu t-tieni sessjoni b’basket minn Karl Azzopardi pero’ Starlites wieġbu b’run oħra ta’ 14-1 b’iktar punti minn Sammut flimkien ma’ Robert Bonnici. Phoenix għalqu l-perjodu bi break qasir ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Grech biex Starlites daħlu jistrieħu 23 punt minn fuq 39-16.

Wara l-intervall, Starlites naqqsu mir-ritmu hekk kif kellhom xi players regolari fuq il-bank. Phoenix approfittaw u għamlu run ta’ 15-2 bi trippli minn Andras Toompere u Darren Debattista biex naqqsu d-distakk għal 12 –il punt 29-41. Wara xi bidliet, Starlites tejjbu l-logħba tagħhom u għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Robert Loporto, rebbieħ tal-unur tal-player tax-xahar għal Jannar, għal skor ta’ 50-33. L-aħħar sessjoni reġgħat kienet dominata minn Starlites. Wara basket fuq kull naħa, kien hemm run ta’ 26-0 minn Starlites li bdewha bi trippli minn Loporto u Bonnici. Huma kellhom ukopll diversi punti minn Sammut u Szokreny qabel ma l-partita ntemmet b’basket ta’ Toompere għal Phoenix biex Starlites ħarġu rebbieħa 79-38.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 5, G. Micallef 2, J. Vassallo, K. Azzopardi 5, D. Debattista 5, T. Grech 11,C. Debono 2, A. Toompere 8.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 17, R. Bonnici 16, J.C. Khalil 4, K. Galea, D. Garcia, C. Doublet 2, S. Sammut 18, G.Szokreny 20, B. Soler, A. Cutajar 2, F. Bartolo.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

St. Nicholas Suns 74

Floriana 77

(14-12)(14-16)(23-19)(15-19)(8-11)

 

St. Nicholas Suns kellhom ir-rebħa f’idejhom meta b’inqas minn sekonda għat-tmiem kienu 2 punti minn fuq. Pero’ foul ta’ Michael Barberi ssarraf f’żewġ freethrows għal Floriana li Rihard Polis għamilhom it-tnejn u sforza l-ħin barrani. Fil-ħin barrani, Floriana rebħu 11-8 biex rebħu l-partita 77-74 biex kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva u telgħu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika. Suns kienu mingħajr Reno Camilleri, Simon Cauchi u Josef Paris pero’ rritornaw Robert Mercieca u Robert Camilleri. Floriana kellhom nieqes lil Ervin Farrugia. Il-partita kienet interessanti u missielta u dehret li se tkun hekk sa’ mill-ewwel minuti. Wara baskets ta’ Igor Marjanovic għal Suns, Floriana wieġbu bi trippli ta’ Polis u baskets ta’ Karl Cucciardi. Suns temmew is-sessjoni basket munn fuq 14-12. Anke’ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni kiene hemm bilanċ. Fir-raba’ minuta Floriana bdew run ta’ 10-2 b’żewġ trippli oħra minn Polis biex marru 4 minn fuq 26-22. Suns ippareġjaw wara baskets minn Barberi u Hubert Agius għal skor ta’ 28-28 fl-intervall.

Fit-tielet sessjoni Suns marru minn fuq fejn minkejja trippla ta’ Gilbert Cordina għal Floriana, huma għamlu run ta’ 8-1 b’aktar baskets minn Agius. Adrian Pace u Polis kellhom żewġ trippli għal Floriana pero punti minn Agius u Keith Scicluna ħallew lil Suns 4  punti minn fuq 51-47. Fl-aħħar taqsoma Floriana kellhom iktar three pointers minn Pace u Jeremy Curmi u reġgħu ġabu l-iskor indaqs 53-53. Freethrows ta’ Camilleri u Barberi reġgħu taw il-vantaġġ lil Suns u l-partita baqgħet missielta għal ħin twil. L-ebda team ma rnexxielhu jieħu vantaġġ sostanzjali pero’ b’inqas minn sekonda għat-tmiem, Scicluna poġġa lis-Suns fuq quddiem. Hawn wasal il-foul inutli ta’ Barberi li ra lil Polis ipoġġi l-partita fil-ħin barrani. Floriana bdew din it-taqsima b’żewġ three pointers minn Mark Pace u Polis. Ir-risposta ta’ Suns ġiet minn Marjanovic pero’ Agius falla żewġ free-throws biex Floriana baqgħu fuq quddiem. Basket u freethrows ta’ Polis ħallew lil Floriana minn fuq sa’ tmiem il-partita għal skor finali ta’ 77-74.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 8, S. Borg, R. Camilleri 2, H. Agius 20, M. Barberi 20, R. Formosa 2, R. Mercieca 2, I. Marjanovic 20.

Floriana: G. Cordina 4, M. Ciantar, R. Polis 35, J. Curmi 13, M. Pace 5, A. Pace 10, O. Shamala 4, K. Vella, K. Cucciardi 6.

Referees: Gordon Barbara, Jacques Abeng.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

10

10

0

20

St. Nicholas Suns

11

7

4

18

Siġġiewi

10

7

3

17

Floriana

10

5

5

15

Mellieħa Tritones

9

4

5

13

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

10

2

8

12

Miscela D’Oro Mtarfa

10

0

10

10

 





Leave a comment