Fleur De Lys Office Group momentarjament l-ewwel

Thursday, December 13, 2012, 10:13

Fleur-De-Lys Office Group VS Attard Tenovar 3-0

(27-25, 25-23, 25-23)

 

F’attendenza numeruża intlaghbet il-logħba mistennija bejn Fleur deLysoffice Group u Attard Tenovar, l-uniċi żewġ timijiet li kienu għadom mhux megħluba. Kienet logħba kumbattuta li fiha Fleur de Lys hargu meritatament ħarġu rebbieħa u b’ hekk issa jinsabu waħidom f ras il-klassifika.

 

Fleur de lys bdew bis-soltu formazzjoni tagħhom fejn Matthew Cumbo iddistingwa ruħu bi tqassim tajjeb li ppermetta għal-attakki b saħħitom speċjalment mil-barranin Valerio Savio u Louis Reynaud. Minn naha l-ohra Attard bdew jirrispondu ukoll bi tqassim tal-braziljan Everton Virhas u  b’Attakki mid-debuttant Simon Kyndc u L-veteran Patrick felice Pace.

Iz-zewg timijiet bdew telgħaw punt punt u kellu jkun żball fir-rotazzjoni ta Attard issenjalat mit-tieni referee Antonello Calleja  li ppermetiet lil Fleur de Lys jirbhu l-ewwel set (27-25).

 

It-tieni set bdejna b karta safra minħabba protesti mil-player ta Attard Ian Wright. Il-logħba kompliet tkun bilancjata u spettakolari fejn iz-żewġ timijiet bdew jirrispondu tajjeb ħafna lil xulxin sakemm fl-ahhar mumenti tas-set fleur de lys regghu kienu ahjar mil –avversarji u b services ta Eric Sciberras ghalqu it-tieni set 25-23.

 

Fit-tielet set il-Kowċ ta Attard iddecieda li jdaħħal lil Omar Tanti jattakka  biex fil-pożizjoni ta setter lagħab Ian Wright. Din il-bidla xorta ma kienitx biżżejjed biex Attard jerġgħu jidħlu fil-logħba ghax Fleur de Lys Office Group baqgħu aħjar f’ mumenti finali tas-set u ghalqu il-loghba 25-23.

 

Ufficjali tal-loghba

1st Referee: Marvic Micallef, 2nd Referee: Nello Calleja

 

Fleur de Lys Office Group: 1 Matthew Cumbo, 2 Valerio Savio, 3 Eric Sciberras, 5 Antoine Busuttil, 6 Maaerten Haegdorens, 7 Aristar Borg, 9 David Cutajar, 10 Silvan Gauci, 13 Mike Magro, 14 Victor Abela,16 Louis Reynaud, 18 Mark Duca (Libero)

Kowc: Silvan Gauci, Asst. Kowc: Jesmond Micallef, Manager: Tony Sammut

 

Attard Tenovar: 1 Everton Virhas , 3 Patrick Felice Pace, 4 Kris Crocker, 5 Simon Kyndc, 6 Anthony Micallef, 7 Darren Bugeja, 8 Ian Wright, 9 Melvin Caruana, 10 Omar Tanti, 11 Jeremy Dalli, 12 Antoine Cortis (Libero), 13 Joe Casha (Libero).

Kowc:Kris Crocker





Leave a comment