FISTF Satellite “Citta Cospicua”

Wednesday, October 17, 2018, 8:44

Nhar il-Ħadd li għadda, Bormla Subbuteo Club bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla organizzaw l-ewwel FISTF Satellite turnament għal dan l-istaġun.  Dan it-turnament ġie organizzat fil-każin tal-Banda San Ġorġ f’Bormla.

Fil-kategorija tat-timijiet, kien hemm tliet timijiet jipparteċipaw, Bormla Subbuteo Club, Valletta Lions TFC u Valletta Subbuteo Club tim ‘B’.

Bormla Subbuteo Club li kien kompost minn Charlie Aquilina, Josef Camilleri, George Ebejer u Joseph Mifsud, kien it-tim rebbieħ.

Fil-kategorija individwali Angelo Borġ plejer ta’ Napoli Eagles kien ir-rebbieħ, meta għeleb lil Jean Tabone plejer ta’ Salernitana 3-2.  Is-semifinalisti kienu Jamie Bonnici ta’ Valletta Lions TFC u Josef Camilleri ta’ Bormla SC.

Fil-kategorija tal-Youths, Thomas Ebejer ta’ Valletta Lions TFC kien ir-rebbieħ fil-finali tiegħu kontra Isaac Sam Camilleri ta’ Valletta Subbuteo Club 6-0.

Il-preżentazjoni ta’ tazzi u midalji saret mis-sindku ta’ Bormla s-Sinjura Alison Zerafa Civelli u s-segretarju s-Sur Duncan Hall.





Leave a comment