FISTF Satelite Citta Cospicua

Monday, January 27, 2020, 7:31

Mark Gauci ta’ Valletta Subbuteo Club rebaħ it-turnament Citta Cospicua organizzat minn Bormla Subbuteo Club fil-Każin tal-Banda San Ġorġ ta’ Bormla bil-kolaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla.

Gauci rebaħ 3-2 kontra Charlie Aquilina ta’ Bormla Subbuteo Club waqt finali kumbattuta u missielta sal-aħħar, milgħuba f’livell għoli. Is semi finalisti kienu Jamie Bonnici ta’ Palermo CT u Jason Pisani ta’ Master Sanremo.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena, rebaħ Jayden Bonnici ta’ Valletta Lions Table Football Club u fit-tieni post spiċċa Robert Farrugia Randon ta’ H’Attard Subbuteo Club.

Il-kompetizzjoni tat-timijiet intrebħet minn Valletta Lions TFC, b’Bormla SC Tim B spiccaw fit-tieni post.

It tazzi u t-tifkiriet tal-okkażjoni ġew ippreżentati mis-Sindku Alison Zerafa Civelli u Martin Vella kunsillier għall-isports fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Bormla.





Leave a comment