- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

FISTF International Open and Grand Prix of Malta – Valletta 2018

Posted By Sportinmalta On April 30, 2018 @ 8:19 am In Featured,Table Football | No Comments

Is-Sibt 28 ta’ April ingħata bidu għall-FISTF International Open u Gran Prix ta’Malta – Valletta 2018.

Din is-sena dan it-turnament internazzjonali ġie organiżat minn żewġ klabbs rivali Beltin, Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions TFC, iżda li inagħqdu għal din is-sena speċjali ta Valletta 2018.

Dan it-turnament sar f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, bil-għajnuna tal-Malta Tourism Authority.

Fil-bidu kien hemm kompetizjonijiet tal-International Open individwali, bil-parteċipazjoni ta’ Malta, Franza, l-Italja, Spanja, il-Ġermanja, l-Awstralja, il-Grecja, l-Iskozja, ir-Russja u t-Tuneżija.

Fil-kompetizjoni tal-kategorija Open kien hemm 26 il-parteċipant. Fil-finali wasslu l-plejer Malti Samuel Bartolo ta’ Valletta Subbuteo Club u l-Belġjan Christope Dheur tat-tim Charleroi.  Ir- rebbieħ ta’ din il-kategorija kien Samuel Bartoli bl-iskor ta’ 1-0.

Fil-kompetizjoni tal-veterani kien hemm 15 il-partecipant. Fil-finali reġa’ kellna plejer Malti kontra plejer Belgjan.  Il-plejer Malti Mario Camilleri ta’ Valletta Subbuteo Club kontra l-plejer Belġjan Vito di Ruggiero ta’ Charleroi. Ir-rebbieħ kien Mario Camilleri bl-iskor ta 2-0.

Fil-kategorija ta’ taht id-dsatax-il sena kien hemm livell għoli ta’ logħob u fil-finali irnexxielhom jaslu l-plejer Grieg Dimitri Dimopolour ta’ Piraeus Lions u t-Taljan Armando Giuffre ta’ Messina Subbuteo Club, b’dan tal-aħħar jiraħ bl-iskor ta’ 1-0.

Tard wara nofsinnhar ingħata bidu għall-kompetizjonijiet tat-timijiet tat-turnament tal-Grand Prix. Flimkien mat-timijiet Maltin ħa sehem ukoll tim mill-Greċja u ieħor mill-Italja.

Il-Ħadd 29 ta’ April, komplew il-logħob tat-timijiet, bis-semifinali bejn il-klabbs ta’ Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions TFC, kif ukoll dik bejn Bormla Subbuteo Club u Messina SC.

Għall-finali għaddew iż-żewġ klabbs Maltin, Valletta Subbuteo Club u Bormla Subbuteo Club.  Għal Valletta Subbuteo Club lagħbu l-plejer Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Samuel Bartolo u l-Belġjan Pascal Scheen.  Għal Bormla Subbuteo Club lagħbu, Charlie Aqiulina, Joseph Mifsud, George Ebejer/Mark Gauci u l-Grieg Alberto di Maggio.  Kienet logħba akkanita u ta’ livell għoli ħafna.  Il-logħba spiċċat b’parita ta’ 1-1 u kellhom jmorru għall-ħin barrani.  It-Titlu ntrebaħ minn Valletta Subbuteo Club bil-gowl ‘sudden death’ skurjat minn Joseph Borg Bonaci.

Wara ingħata bidu għall-logħob individwali tal-Grand prix. Reġa’ kien hemm il-Kompetizjoni Open li reġgħet intrebħet minn Samuel Bartolo ta’ VSC. Bartolo rebaħ kontra l-franċiż Axel Donval. Il-logħba bagħqet f’parita anke fil-ħin barrani u b’hekk il-logħba ġiet deċiża bix-‘shots’.  Bartolo rebaħ 4-2.

Fil-kompetizjoni tal-Veterani wkoll reġgħet intrebħet minn Mario Camilleri.  Mario Camilleri lagħab il-finali tiegħu kontra l-plejer Taljan Lucio Canicchio.  Anke din il-logħba spiċċat f’parita wara l-ħin barrani u kella tiġi deċiża bix-‘shots’ 4-3.

Fil-kategorija ta’ taħt id-dsatax-il sena ir-rebbieħ kien il-plejer Grieg, Dimitris Dimopolous. Dimitris lagħab il-finali tiegħu kontra l-Malti Jamie Bonnici u spiċċat bl-iskor ta’ 2-0.

Kull sena dan it-turnament qed jgħola fil-livell tiegħu bi-kwalità għolja ta’ plejers minn Malta u anke minn barra minn xtutna.  Matul dawn il-jumejn kienu preżenti l-Onorevoli Dr Deo Debattista, l-Onorevoli Ryan Callus u s-CEO ta’ MCC Pierre Fenech fost l-oħrajn.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/fistf-international-open-and-grand-prix-of-malta-valletta-2018/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.