- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

FISEC-Jumejn ta’ suċċessi għall-għawwiema Maltin

Posted By Sportinmalta On July 14, 2014 @ 7:07 pm In Featured,Other | No Comments

L-Ghawwiema Maltin fetħu l-logħob tal-FISEC mill-ewwel bir-rebħ ta’ medalji.  Michael Umanov rebaħ il-medalja tad-deheb  fil-200 metru short course breaststroke kif ukoll r-rekord ta’ dawn il-logħob. L-istess għawwiem rebah il-bronż fil-100 metru short course butterfly. Matul it-tieni jum, Michael Umnov rebaħ il-medalja tad-deheb fl-Individual Medley fit-200 metru short course u wettaq rekord għall-logħob  tal-FISEC.

 

Kimberly Castelletti rebħet il-medalja tal-bronż short course  fil-backstroke. Aktar suċċessi għal Neil Muscat meta rebaħ il-bronz fil-100 short course backstroke. Amy Micallef rebħet il-medalja fal-fidda fil-50 metru short course breaststroke. Charis Ceccarelli rebħet il-bronż fil-100 metru short course butterfly. Anki Michael Stafrace fl-ewwel jum kompla jżid mar-rebħ ta’ medalji meta rebaħ il-bronż fil-50 metru short course breaststroke.

 

Matul il-ġurnata tallum Neil Muscat kompla jibbrilla meta kiser ir-rekord Nazzjonali fil-50 metru SHORT COURSE  Backstroke meta waqt il-heats waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 26 sekondi. 81.  Illum daħħlu wkoll fix-xena l-atleti Maltin bl-ewwel heats .

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/fisec-jumejn-ta-successi-ghall-ghawwiema-maltin/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.