Finali Tazza Johnnie Walker

Thursday, October 26, 2017, 17:02

Illum wara nofsinhar saret konferenza stampa fil-Malta Racing Club li kienet indirizzata mic-Chairman is-Sur Edwin Borg u mis-Sur Alfred Braddick li huwa l-Marketing Manager ta’ l-isponsor M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd.

Għal sena oħra il-Kumpanija M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd qed jisponsorjaw it-Tazza Johnnie Walker għal żwiemel tat-trott Klassi Gold.  Ta’ dan nirringrazzjaw speċjalment lil Marketing Manager ta’ din il-Kumpanija is-Sur Alfred Braddick. Dan il-Kampjonat sar wieħed ferm mistenni mid-dilettanti kollha.

Il-fażi preliminarja ta’ dan il-Kampjonat saret il-Ġimgħa u l-Ħadd 6 u 8 t’Ottubru b’sitt heats li minnhom 24 għaddew għaż-żewġ semi finali li saru nhar il-Ħadd.  Għalhekk issa mill-oriġinali 58 żiemel għandna 12 li llum is-sidien ser itellaw il-polza sabiex ikunu jafu b’liema numru ser jitilqu il-Ħadd 5 ta’ Novembru.

It-tiġrija tkun is-7 waħda tal-programm u tibda fl-3:55 pm bit-total tal-premjijiet ikun €1600 fejn ir-rebbieħ jieħu €900, għata kommemorattiva u jniżżel ismu fuq it-Tazza Johnnie Walker li tmur lura sa’ l-1939.  Barra minn hekk hemm trofej għall-ewwel erbgħa t’iżwiemel u l-Kumpanija M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd qed joffru flixkun Johnnie Walker Blue Label lir-rebbieħ, Johnnie Walker Platinum lil tat-tieni, Johnnie Walker Gold Reserve lil tat-tielet u Johnnie Walker Green lil tar-raba’ post.

It-12 il-żiemel finalist in-numri li telaw huma dawn:

1. M.T. GOGOGIRL (Nathaniel Barbara)

2. PALAZIO VALTERNE (Anton Cassar)

3. ALEC HORNLINE (George Muscat)

4. STARO EVERGREEN (Mark Tanti)

5. METALLIC BEAT (Julian Farrugia)

6. CUMMIN (Clint Vassallo)

7. VICKEN SWING (Mark Mifsud)

8. ENZO NOVA (Redent Magro)

9. J.C. MEMORY (Rodney Gatt)

10. HILDA NALAN (il-ġerrej għadu mhux konfermat)

11. UFANO (Charles Camilleri)

12. ROBIS SALVATION (David Ellul)





Leave a comment