Finali tal-Joe Compagno cup

Thursday, October 3, 2013, 9:52
Mill Finali tal Joe Compagno Cup bejn Zejtun Red Stars u Marsa White Stars, rajna lit-tim ta’ Zejtun imur fil vantagg fil 31 minuta ta’ l ewwel taqsima permezz ta Antoine Barbara li skurja bir-ras wara li minn throw in il ballun jibbownsja ma l-art u bir ras gheleb lill-Goalkeeper  ta’  Marsa, Camilleri biex sal-mistrieh l-iskor baqa’ 1-0 favur Zejtun Red Stars.
Matul it-tieni taqsima, Marsa White Stars irnexxilhom idawru rizultat ta 1 0 minn taht ghal 2 1 favur taghhom. Kien Kane Psaila li fis 7 minuta tat tieni taqsima kiseb il goal tad-draw wara ghoti ta corner, zewg rebounds u b xutt b sahhtu gheleb lil Fardell. Fl 24 minuta Trough pass ta Tyron Borg lil Glenn Bonello tal-White Stars, jixxuttja, jilqa Fardell, u minn rebound Tyron Borg, li ghalih kienet l-ewwel loghba ma’ dan it-tim,  jitfa lil Marsa White Stars 2 1 minn fuq.
Ghalkemm it-tim ta’ Marsa White Stars kellu aktar mil loghob, it-tim ta’ Zejtun Red Stars, lejn tmiem il-partita ippressa biex jikseb il-goal tad-draw, bid-difiza tat-tim tal-White Stars  tikkontrolla tajjeb lill-avversarji.  Wara t-tisfira finali, Is-Sur Twanny Agius, President tal-Assocjazzjoni ipprezenta t-trofew tar-rebbieha lil Roderick Camilleri, captain tat-tim ta’ Marsa White Stars
 




Leave a comment