- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Finali tal-Futsal tal-Iskejjel tas-Subien 2015-2016

Posted By Sportinmalta On May 13, 2016 @ 7:36 pm In Featured,Futsal,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il-fażi finali tal-kompetizzjoni tal-Futsal għall-iskejjel tas-subien, li ntlagħbet fit-12 ta’ Mejju, fil-Padiljun tal-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians kienet organizzata mill-Isport Promotion Unit (SPU) fi ħdan SportMalta u d-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE) flimkien mad-Dipartiment tal-Grassroots fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association (MFA).

L-iskejjel li kkwalifikaw għall-fażi finali kienu; l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, is-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’, l-Iskola Sekondarja taż-Żokrija, Mosta (Kulleġġ Marija Regina) u l-Iskola St Michael’s Qormi.

Il-logħob kien akkanit, veloċi, pjaċevoli u ta’ livell għoli.  Ir-referees ikkontrollaw il-logħob bla diffikulta’ u faħħru l-imġieba korretta tal-plejers kollha.

———————————————————-

Il-klassifika finali taqra hekk:

Skwadra

Total

Klassifika

Skola Nazzjonali tal-Isport

7 1

Skola St Michael’s Qormi

6 2

Skola Sekondarja taż-Żokrija

4 3

Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’

0 4
———————————————————–

Ingħata wkoll premju għall-Fair Play, fejn is-subien urew imġieba sportiva tajba ħafna.

Il-klassifika tal-Fair Play hija din:

Skwadra

T

Klassifika

Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’

29 1

Skola Nazzjonali tal-Isport

26 2

Skola Sekondarja taż-Żokrija

25 3

Skola San Mikiel Qormi

22 4
———————————————————–

L-organizzaturi jirringrazzjaw lill-parteċipanti mill-iskejjel kollha, l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians li ġentilment provdew il-faċilitajiet tagħhom, Futsal Malta Association (FMA), TeamSport u GSD Marketing Ltd. tal-għajnuna materjali tagħhom.

L-MFA u l-entitajiet Edukattivi u Sportivi jittamaw li l-parteċipazzjoni tal-iskejjel tkompli tiżdied biex dan it-tournament ikompli jikber u jgħin ikattar il-Futsal.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/finali-tal-futsal-tal-iskejjel-tas-subien-2015-2016/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.