Finali tal Billiards

Tuesday, April 28, 2015, 8:58

Nhar il-Gimgħa 24 ta’April 2015, intgħlabet il- finali tal- Billiards, ( magħrufa aħjar ma’ delletanti Maltin, bħala il- logħba ta ‘L’Inġliża), fil- Każin tal- Banda Mount Carmel il-Gżira, bejn Gużi Grech u Mario Brincat, quddiem numru konsiderevoli ta’ spettaturi.

Din il-finali , li intgħlabet fuq ħin ta’ sagħtejn u nofs, kienet ikkontrollata mir- referee internażżjonali, Frans Bugeja, intrebħet min Gużi Grech, bil- punteġġ finali ta’ 894 kontra 442.

Ta ‘min jinnota li din kienet id- dsatax (19), il-darba konsekkuttiva li Guzi Grech (ex Champion tad- Dinja ta’ din il –loghba ) rebah dan il- kampjonat lokali.

Wara saret il -preżentażżjoni lir- rebbieh u lir- runner-up, mis Sur Neville Chetcuti, membru f’Eżekuttiv ta ‘MBSA.





Leave a comment