Finali oħra bejn Siġġiewi u A to Z Electronics Athleta

Tuesday, November 29, 2011, 13:01

minn Colin Schembri

LOUIS BORG CUP IRĠIEL

 Depiro Mtarfa 51

Siġġiewi 57

(8-18)(12-15)(10-14)(21-10)

 

Athleta vs Loyola

Athleta vs Loyola

Fl-ewwel leg mill-ewwel semifinali tat-tazza Louis Borg, Siġġiewi sofrew ir-rimonta ta’ Depiro fl-aħħar sessjoni u minkejja li rebħu bl-iskor ta’ 57-51, ħallew miftuħa beraħ il-kwalifikazzjoni għall-finali. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li Siġġiewi kienu mingħajr Eman Xuereb u Jide Jetson. Siġġiewi bdew tajjeb u għamlu run ta’ 10-0 b’Marco Matijevic jagħmel 8 punti flimkien ma’ basket minn Peter Shoults. Wara basket minn Malcolm Mallia għal Depiro, Siġġiewi wieġbu b’basket u trippla ta’ Alan Borg u temmew l-ewwel sessjoni 18-8 minn fuq. It-tieni sessjoni fetħet bil-punti minn Louis Camilleri għal Siġġiewi b’Depiro jagħmlu trippla minn Abraham Portelli. Depiro komplew b’run ta’ 9-2 biex naqqsu d-distakk għal 8 punti pero’ Siġġiewi għamlu l-aħħar baskets biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 33-20.

Fit-tielet sessjoni il-vantaġġ ta’ Siġġiewi kiber għal 16 –il punt wara iktar baskets minn Matijevic flimkien ma’ Nigel Sultana. L-ex Adrian Micallef u Roderick Vella wieġbu għal Depiro pero’ Siġġiewi kienu għadhom 17 minn fuq fi tmiem il-perjodu 47-30. Fl-aħħar sessjoni waslet ir-rimonta ta’ Depiro li bdew b’żewġ baskets minn Portelli u Andrew Aquilina. Wara li Siġġiewi għamlu 3 punti oħra, reġgħu kienu Depiro li b’run ta’ 13-2 naqqsu d-distakk għal 7 punti 47-54. Hawn deher iktar l-Amerikan ta’ Depiro Greg Hamlin flimkien ma trippla ta’ Roderick Vella. Siġġiewi wieġbu b’basket ta’ Sultana pero’ Depiro kellhom l-aħjar tmiem għal partita biex naqqsu d-distakk għal 6 punti 51-57 qabel it-tieni partita.

 

Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, A. Aquilina 3, A. Portelli 9, A. Micallef 9, E. Lupo 2, M. Mallia 2, I. Tanti 6, G. Hamlin 11.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 6, P. Shoults 6, N. Sultana 6, A. Borg 11, J.P. Azzopardi, C. Maeir 12, C. Codomaris 2, M. Matijevic 14

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

Tata Motors Loyola 64

A to Z Electronics Athleta 68

(10-13)(16-29)(18-19)(20-7)

 

Tata Motors Loyola l-istess bħal Depiro fil-partita ta’ qabel wettqu rimonta stupenda fl-aħħar sessjoni u għalkemm A to Z Electronics Athleta rebħu 68-64, anke din is-semifinali għadha miftuħa beraħ. Sat-tieni minuta tal-aħħar sessjoni ħadd ma basar dan ir-riżultat pero’ run qawwija minn Loyola dawwret il-partita. Micheal Naudi baqa’ ma rkuprax għal Joe Galea li wkoll ħalla barra mill-court lil Andras Fekete. Loyola kienu bil-formazzjoni solita tagħhom. Athleta ħadu l-ewwel vantaġġ 6-3 pero Rashanti Harris beda jwieġeb għal Loyola. Trippla ta’ Mohammed Kuwaid flimkien ma’ basket ta Omar Said taw vantaġġ ta’ 6 punti lil Loyola li pero’ għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Clint Cassar. Athleta fetħu t-tieni perjofdu bi trippla u basket ta’ Said u minkejja li Loyola rrispondew bil-punti ta’ Billy Zammit fosthom trippla, Athelta kienu għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Kuwaid biex fetħu vantaġġ ta’ 13 –il punt 31-18. Harris u Camilleri bi trippla wieġbu għal Loyola pero’ Athleta għalqu s-sessjoni bil-punti ta’ Said u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 16 –il punt 42-26.

Fit-tielet sessjoni kien hemm iktar punti minn Kuwaid flimkien ma’ Dirk Schembri imma Camilleri għamel trippla oħra u d-distakk niżel għal 13 –il punt 33-46. Athleta reġħu wieġbu permezz ta’ Krstin Baldacchino u Kuwaid bir-risposta ta’ Loyola tkun bi break ta’ 6-0. Trippla ta’ Said fl-aħħar sekonda tas-sessjoni rat lil Athleta jtemmu s-sessjoni fuq quddiem 61-41. Fil-ftuħ ta’ l-aħħar perjodu Athleta għamlu run ta’ 7-0 bi trippla oħra ta’ Said pero’ dawn kellhom ikunu l-aħħar punti mill-players ta’ Joe Galea. Basket ta’ Harris beda run ta’ 20-0 minn Loyola fosthom żewġ trippli minn Camilleri. Athleta ma setgħux jerġħu jirrispondu biex huma rebħu l-partita 68-64 pero’ l-post fil-finali jrid jiġi deċiż fit-tieni partita.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace 5, B. Zammit 8, D. Camilleri 18, C. Cassar 3, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 11, J. Anastasi, J. Ransley, R. Harris 19.

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 6, M. Kuwaid 18, D. Schembri 7, M. Giusti, A. Fekete, O. Said 17, A. Bonnici 8, K. Baldacchino 12.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

 

Siġġiewi 51

Depiro Mtarfa 49

(19-18)(8-12)(13-12)(11-7)

 

Siġġiewi żammew sod fl-aħħar ħinijiet biex finalment għelbu lil Depiro 51-49 biex wara r-rebħa fl-ewwel leg, huma għaddew għal finali tat-tazza Louis Borg. Iż-żewġ timijiet ppreżentaw l-isess formazzjoni tal-partita ta’ ġurnata qabel. Wara li Depiro bdew il-partita b’żewġ baskets, Siġġiewi wieġbu b’basket u trippla ta’ Peter Shoults. Siġġiewi komplew jagħfsu u żewġ trippli oħra ta’ Alan Borg rawhom jiftħu vantaġġ ta’ 6 punti 13-7. Depiro wieġbu b’sensiela ta’ free-throws minn Adrian Micallef li pero’ ftit wara kkometta r-raba’ foul tiegħu u tpoġġa fuq il-bank minn Ray Muscat. Siġġiewi għalqu s-sessjoni 19-18 minn fuq wara basket ieħor minn Shoults. It-tieni sessjoni kienet nieqsa mill-punti biż-żewġ timijiet jagħġġlu fl-attakk pero’ wara li Depiro ppareġjaw 24-24 trippla minn Clement Kodomaris reġgħet poġġiet lil Siġġiewi fuq quddiem. Qabel il-mistrieħ, Depiro għamlu 5 punti biex fl-intervall kienu 3 minn fuq 30-27.

Siġġiewi fetħu aħjar fit-tieni sessjoni biex fl-ewwel żewġ minuti reġgħu ħadu l-vantaġġ. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Andrew Aquilina u basket ta’ Greg Hamlin pero’ qatt ma rnexxielhom iżidu l-vantaġġ b’iktar minn 3 punti. Il-vantaġġ bidel l-idejn għal diversi drabi qabel tmiem is-sessjoni qabel ma trippla oħra ta’ Aquilina eżatt mal-buzzer tat vantaġġ ta’ 2 punti lil Depiro 42-40. Fl-aħħar sessjoni Depiro kabbru l-vantaġġ għal 4 punti 46-42 pero hekk kif bdew jemmnu li jistgħu jagħmluha, Siġġiewi għamlu 5 punti u għalkemm Hamlin għamel trippla għal Depiro, Alan Borg kien preċiż mill-freethrow line biex Siġġiewi rebħu l-partita 51-49.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 7, P. Shoults 11, N. Sultana 4, A. Borg 14, J.P. Azzopardi, C. Maeir, C. Codomaris 3, M. Matijevic 12.

Depiro: R. Vella 5, JP Schembri, A. Aquilina 10, A. Portelli 5, A. Micallef 4, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 5, G. Hamlin 20.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

A to Z Electronics Athleta 68

Tata Motors Loyola 64

(10-13)(16-29)(18-19)(20-7)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta qagħdu attenti li ma jirrepetux l-iżbalji li għamlu fl-ewwel partita u rebħu l-partita tagħhom kontra Tata Motors Loyola 70-54 biex inagħqdu ma’ Siġġiewi fil-finali tat-tazza Louis Borg biex b’hekk se jkollna repetizzjoni tal-finali ta’ l-istaġun li għadda. Athleta rkupraw lil Micheal Naudi li ġie utilizzat mil-coach Joe Galea f’xi waqtiet fit-tieni perjodu fil-waqt li Loyola kienu bl-istess formazzjoni tal-logħba ta’ qabel. Madankollhu kienu Loyola li kellhom l-aqwa bidu tal-partita fejn inkorraġuti mir-rimona li għamlu fl-ewwel logħba, bdew b’run ta’ 9-3 bi trippla ta’ Clint Cassar. Loyola komplew ikunu aħjar matul is-sessjoni u wara li Dirk Schembri u Mohammed Kawaid għamlu 2 baskets, Loyola wieġbu bi break ta’ 6-2 biex temmew is-sessjoni 19-12 minn fuq. Fit-tieni sessjoni pero ħarġet il-klassi ta’ Athleta li ħallew lill-avversarji tagħhom fuq basket wieħed biss. Mir-raba’ minuta l-quddiem Athleta għamlu run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Omar Said biex fil-halftime kienu 8 minn fuq 29-21.

Wara l-mistrieħ, Athleta komplew bl-istess ritmu u bdew bi break ta’ 9-2 li għalquh bi trippla minn Addison Bonnici. Loyola wieġbu b’żewġ baskets ta’ l-Amerikan Rashanti Harris. Athleta kabbru l-vantaġġ bi trippli ta’ David Bugeja u Kuwaid biex huma kabbru l-vantaġġ għal 19 –il punt 54-35. Loyola għamlu sforz fl-aħħar perjodu, u naqqsu d-distakk wara trippla minn Billy Zammit. Kuwaid wieġeb għal Athleta pero Loyola waslu sa 10 punti l-bogħod fit-tmien minuta 50-60. Hawn pero Athleta għamlu run ta’ 10-2 biex baqgħu sejrin għar-rebħa fuq skor finali ta’ 70-54.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 1, D. Bugeja 9, A. Fekete 2, D. Schembri 16, M. Giusti, I. Buldakov, O. Said 10, A. Bonnici 7, K. Baldacchino 3, M. Kuwaid 22.

Tata Motors Loyola: S. Pace 2, B. Zammit 5, D. Camilleri 4, C. Cassar 7, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 13, J. Anastasi 2, J. Ransley 2, R. Harris 19.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 





3 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    Why dont you ref Mizzi? or else pay for the foreign refs… ??

    [Reply]

  2. louis mizzi says:

    mela 4 games tal igiel fil weekend u biss 4 names tal referees plus il loghob tan nisa. Jew dan bidu ta K………ismu fic choice for the games jew veru issa jider car li hemm bzon ta referees mil EU. Man, Alf, Gor, u Clive. As it is there is total control ta min iggi final. How come Clive does not officate Siggiewi games. Tajba il pappa kull weekend. Gej il milied……..imma mhux al kullhadd

    [Reply]

    Tony Camilleri Reply:

    Habib, jekk ghandek xi soluzzjonijiet fattibli ersaq il quddiem u aqsamhom maghna. Il bieb taghna miftuh ghal kullhadd.

    Grazzi
    Tony Camilleri
    MBA V/President

    [Reply]

Leave a comment