Finali oħra bejn Gżira Athleta u Floriana MCP Car Parks

Thursday, December 15, 2016, 16:37

Tazza Louis Borg Irġiel

minn Colin Schembri

Se jkunu Gżira Athtleta u Floriana MCP Car Parks li għal darb’oħra se jiltaqgħu kontra xulxin f’finali din id-darba tat-tazza Louis Borg. Dan wara li fis-semi-finali li bħas-soltu ntlagħbu fuq żewġ legs huma għelbu lil Cynergi Depiro u Siġġiewi St. Nicholas rispettivament.

Gżira Athleta 73

Cynergi Depiro 59

(16-14)(15-16)(22-18)(20-11)

Gżira Athleta kisbu rebħa tajba fl-ewwel leg meta b’run ta 14-2 fl-aħħar sessjoni kisbu vantaġġ ta’ 14 –il punt għat-tieni partita minkejja li kienu mingħajr Roderick Vella. Kienu Depiro li ħadu l-ewwel vantaġġ wara trippla ta’ David Bugeja. Athleta wieġbu b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Josiah Whitehead. Huma żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ David Camilleri però lejn tmiem it-taqsima Depiro kellhom żewġ baskets għal skor ta’ 16-14. Depiro marru fuq quddiem fit-tieni taqsima wara punti ta’ Bugeja u l-Amerikan DJ Mason. Hawn Athleta kellhom run ta’ 11-0 b’diversi punti ta’ Peter Shoults flimkien ma’ Michael Naudi u Whitehead. Depiro rkupraw bit-three pointers ta’ Mason u Bugeja f’run ta’ 12-4 u reġgħu naqqsu d-distakk għal punt 31-30.

Fit-tielet taqsima, reġgħu kienu Athleta li kellhom l-aħjar bidu meta bdew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla oħra ta’ Camilleri. Depiro tħabtu biex inaqqsu d-distakk bil-punti ta’ Bugeja u Robert Bonnici u waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod wara trippla stupenda ta’ Bugeja minn tlett kwarti ta’ court għal skor ta’ 53-48. Fl-aħħar taqsima Depiro waslu sa’ basket ‘l bogħod wara trippla ta’ Mason. Hawn waslet ir-run deċisiva ta’ 14-2 minn Athleta b’Naudi protagonist flimkien ma’ trippla oħra ta’ Camilleri. Huma fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt u żammew l-istess vantaġġ sa’ tmiem il-partita biex ħarġu rebbieħa 73-59.

Gżira Athleta: M. Naudi 27, D. Camilleri 12, L. Stefanovic, P. Shoults 10, B. Zammit 6, J. Bos, S. Vincic, M. G. Montaldo, J. Whitehead 18.

Cynergi Depiro: N. Grech, D. Bugeja 22, R. Bonnici 10, D. Schembri, A. Aquilina 2, DJ Mason 19, T. Zammit, M. Mallia 2, A. Quiroz, K. Xuereb 4, M. Borg, D. Scafidi.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Erkan Ozpolat.

Floriana MCP Car Parks 105

Siġġiewi St. Nicholas 49

(25-4)(22-22)(34-10)(24-13)

Kif mistenni t-team Furjaniż ma kellhom l-ebda problema kontra t-team tat-tieni diviżjoni Siġġiewi St. Nicholas. L-iskor finali juri biċ-ċar il-qabża bejn iż-żewġ diviżjonijiet u Siġġiewi kellhom ukoll diversi players regolari nieqsa. Il-partita kienet f’idejn Floriana mill-ewwel hekk kif huma ħallew lil Siġġiewi fuq żewġ baskets. Huma kellhom run ta’ 15-2 bi trippli minn Chad Patus, Shawn Pace u Nkola Vasovic. Huma temmew l-ewwel sessjoni bi break ieħor ta’ 10-0 għal skor ta’ 25-4. It-tieni sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata biż-żewġ timijiet jaqsmu bejniethom 44 punt. Għal Siġġiewi kien hemm mument tajjeb minn Roberto Alosco li kellhu żewġ three pointers u kiseb total ta’ 16 –il punt. Fl-intervall Floriana kienu 47-26 minn fuq hekk kif players ta’ fuq il-bank bħal David Agius u Nikola Andrejevic kisbu wkoll diversi punti.

Fit-tielet taqsima, Florian reġgħu daħħlu l-players regolari b’Patus u Vasovic jixxalaw fil-punti. Huma kellhom fost l-oħrajn run qawwija ta’ 22-4 għal skor ta’ 81-36. L-aħħar taqsima kompliet bl-istess ritmu għalkemm Siġġiewi rnexxielhom jibdew bi break ta’ 9-2 b’punti minn Slavko Opojevlic. Floriana mbagħad komplew b’run oħra ta’ 14-2 u għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Anton Axiaq u rebħu l-partita 105-49.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 23, D. Agius 10, S. Pace 7, S. Borg 9, N. Vasovic 21, C. Calleja 12, A. Axiaq 10, N. Andrejevic 13.

Siġġiewi St. Nicholas: J. Carter, H. Agius 10, R. Alosco 18, S. Opojevlic 7, R. Camilleri, R. Camilleri 4, J. Camilleri, K. Arvanitakis 10.

Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Cynergi Depiro 78

Gżira Athleta 82

(16-22)(23-15)(16-22)(23-23)

Aggregate: Athleta 155 Depiro 137

Cynergi Depiro tħabtu biex isalvaw il-partita però sabu lit-team ta’ Gżira Athleta determinati li ma jfallux il-kwalifikazzjoni għall-finali u ħadu vantaġġ sa mill-ewwel minuti u qatt kienu minn taħt bl-aggregate minkejja li għal xi waqtiet Depiro kellhom vantaġġ fil-partita. Roderick Vella reġa’ kien nieqes għal Athleta però Peter Should qeda dmiru tajjeb fir-rwol ta’ playmaker tant li spiċċa l-partita b’seba’ assists. Assistejna għal partita kumbattuta kif jindika l-iskor finali fejn kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti ta’Josiah Whitehead u Billy Zammit. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Dominic Scafidi , Andrew Aquilina u trippla ta’ Kurt Xuereb qabel ma David Camilleri għalaq it-taqsima bi trippla għalll- Athleta għal skor ta’ 22-1. Depiro tjiebu fit-tieni perjodu meta bdew bi break ta’ 10-4 u ppareġjaw il-partita 28-28. Wara li Shoults reġa’ poġġa lil Athleta fuq quddiem bi trippla, Depiro kellhom run ta’ 11-3 bil-punti ta’ DJ Mason u David Bugeja biex fl-intervall kienu basket minn fuq 39-37.

Għal xi ħin matul it-tielet taqsima Depiro żammew il-vantaġġ però Athleta sabu t-three pointers ta’ Billy Zammit f’mument meta Depiro dehru li se jkomplu jnaqqrulhom il-vantaġġ. Huma reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Naudi minkejja li Depiro kellhom trippla minn Bugeja għal skor ta’ 59-55 favur Athleta. Fl-aħħar taqsima, Athleta baqgħu fuq quddiem għall-għaxar minuti sħaħ hekk kif għal ħin twil iż-żewġ timijiet qasmu l-logħob u bdew jirrispondu lil xulxin. Depiro waslu sa’ ħames punti ‘bogħod wara trippla ta’ Mason però sat-tmiem Athleta baqgħu jikontrollaw biex rebħu l-partita 82-78.

 

Cynergi Depiro: N. Grech, D. Bugeja 25, R. Bonnici 11, D. Schembri, A. Aquilina 1, DJ Mason 21, T. Zammit, M. Mallia, A. Quiroz, K. Xuereb 10, M. Borg 4, D. Scafidi 10.

Gżira Athleta: M. Naudi 24, D. Camilleri 9, L. Stefanovic, P. Shoults 12, B. Zammit 13, J. Bos, S. Vincic 2, M. G. Montaldo, J. Whitehead 22.

Referees: Gordon Barbara, Igor Marjanovic, Erkan Ozpolat.

Siġġiewi St. Nicholas 35

Floriana MCP Car Parks 121

(10-31)(4-37)(8-26)(13-27)

Aggregate: Floriana 260 Siġġiewi 84

Floriana MCP Car Parks kisbu rebħa akbar minn dik li kisbu fl-ewwel partita kontra Siġġiewi St. Nicholas. Il-partita ftit kien fiha storja bid-domiju assolut tal-greens tul il-partita kollha. Siġġiewi żammew il-pass sal-ewwel minuti bi Floriana 9-6 minn fuq. Minn hemm ‘l quddiem, Floriana bdew iżidu l-vantaġġ kontinwament meta kellhom runs ta’ 10-0 u 12-2 biex temmew l-ewwel taqsima minn fuq. Fit-tieni perjodu, l-affarijiet baqgħu l-istess b’Chad Patus u Nikola Vasovic jixxalaw fil-punti hekk kif Floriana kellhom runs ta’ 14-0 u 17-0 għal skor ta’ 68-14 fl-intervall.

Fit-tielet taqsima Siġġiew kellhom ħames punti minn Clayton Bezzina u Konstantinos Arvanitakis però mbaghad Floriana wieġbu bi break ieħor qawwi ta’ 22-2 għal skor ta’ 94-22. Fl-aħħar taqsima, Hubert Agius kellhu ħames punti konsekuttivi qabel run oħra ta’ 19-2 minn Floriana li rathom jilħqu l-mitt punt b’basket ta’ Clayton Calleja u komplew b’aktar punti ta’ Vasovic u Shawn Borg biex rebħu l-partita 121-35.

 

Siġġiewi St. Nicholas: J. Carter, N. Xuereb, H. Agius 9, G. Agius 4, R. Alosco 2, C. Bezzina 1, R. Camilleri 7, R. Camilleri, J. Camilleri, K. Arvanitakis 12.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 27, S. Pace 19, S. Borg 8, N. Vasovic 31, C. Calleja 9, A. Axiaq 8, N. Andrejevic 8.

Referees: Gordon Barbara, Christine Farrugia, Erkan Ozpolat.

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment