Finali oħra bejn Cynergi Virtus u AtoZ Electronics Athleta

Monday, December 1, 2014, 18:07

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT IRĠIEL

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 62

Cynergi Virtus 98

(9-35)(13-26)(20-21)(20-16)

Friski mis-suċċess fis-Shield ġimgħa ilhu, Cynergi Virtus kisbu post fil-finali tal-Bank of Valletta Knock-out wara rebħa fuq Pavi Depiro 98-62. Virtus ikkonfermaw il-mument posittiv tagħhom u ddominaw il-partita sa’ mill-ewwel minuti tant li sal-intervall kien diġa kellhom vantaġġ ta’ 39 punt. Virtus bdew mal-ewwel bi break ta’ 11-0 fl-ewwel erba’ minuti bi three pointers ta’ Shawn Pace u Peter Shoults. Wara risposta għal Depiro minn Marco Todorovic, Pace kiseb żewġ trippli oħra u fis-sitt minuta Virtus kienu 17-9 minn fuq. Hawn Virtus għamlu break ta’ 18-0 fejn kellhom diversi punti minn Robert Bonnici, Evan Bruinsma u trippla ta’ David Bugeja biex temmew l-ewwel sessjoni 35-9 minn fuq. Fit-tieni perjodu Depiro żammew il-pass mal-avversarji u għalkemm kien hemm trippla ta’ Bruinsma, Depiro kellhom tlett baskets konsekuttivi għal skor ta’ 20-42. Hawn iżda Virtus kellhom run oħra qawwija ta’ 17-0 li bdewha bir-raba’ trippla ta’ Pace u erba’ baskets konsekuttivi ta’ Bruinsma. Fl-intervall Virtus kienu 61-22 minn fuq.

Fit-tielet perjodu kien hemm spazju għal xi players żgħażagħ ta’ Virtus u huma żiedu d-distakk bil-punti ta’ Robert Bonnici u Alec Felice Pace. Depiro rrispondew bi break ta’ 10-0 bi three pointers ta’ Kurt Xuereb u Samuel Zammit. Virtus irrispondew bil-punti ta’ Pace u Bruinsma  flimkien ma’ trippla ta’ Shoults għal skor ta’ 82-42. Fl-aħħar sessjoni kien hemm aktar punti minn Depiro speċjalment minn Todorovic b’Virtus iwieġbu bi trhee pointers ta’ Shoults u Ivan Buldakov. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Todorovic u trippla ta’ Timothy Zammit biex Virtus ħarġu rebbieħa 98-62.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Farrugia, D. Schembri 6, R. Rizzo 2, T. Zammit 6, N. Grech, M. Todorovic 32, R. Zammit, S. Zammit 6, K. Xuereb 4, M. Borg, S. Saakian 6.

Cynergi Virtus: S. Pace 16, D. Bugeja 7, R. Bonnici 14, C. Doublet 2, A. Schembri, E. Bruinsma 26, A. Felice Pace 2, T. Grech, I. Buldakov 5, G. Coleiro 12, P. Shoults 14, F. Bartolo.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Luis Abuin.

Floriana Cafè Del Mar 68

A to Z Electronics Athleta 77      
(11-28)(20-10)(15-24)(22-15)

Ic-champions u l-holders AtoZ Electronics Athleta żammew sod fl-aħħar ħinijiet minkejja l-problema bil-fouls biex irreżistew għar-rimonta ta’ Floriana Cafè Del Mar biex ħarġu rebbieħa 77-68. Floriana kellhom nieqes lil Dirk Schembri fil-waqt li Athleta kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Wara bidu bilanċjat, bl-Athleta basket minn fuq 6-4, ic-champions kellhom run ta’ 16-2 b’żewġ trippli ta’ Omar Said  u baskets minn Roderick Vella u Michael Naudi. Il-coach Furjaniż Mario Tabone ħtieġlu juża ż-żewġ time-outs iżda minkejja trippla ta’ Lee Ross, kienu l- Athleta li komplew b’sitt punti oħra b’żewġ baskets ta’ Chad Patus u temmew l-ewwel taqsima 28-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Athleta komplew iżidu d-distakk meta wara li sofrew żewġ baskets Furjaniżi permezz ta’ Nick Oudendag huma għamlu run oħra ta’ 8-0. Hawn iżda finalment waslet ir-reazzjoni ta’ Floriana li għamlu run ta’ 14-0 fejn kellhom it-trippli minn Ross u Nigel Sultana hekk kif huma naqqsu d-distakk għal seba’ punti 31-38.

Wara l-intervall, Floriana komplew inaqqsu d-distakk wara l-punti ta’ Oudendag u Sean Borg u waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 40-44. Hawn iżda spikka l-Kanadiż Patus li ħarbat id-difiża Furjaniża bil-punti konsekuttivi tiegħu fosthom tlett three pointers flimkien ma’ ieħor ta’ Vella biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 62-46. Fl-aħħar taqsima, Floriana reġgħu bdew jirkupraw u jnaqqsu d-distakk u wara li kellhom trippla minn Nikola Vasovic, huma komplew bi break ta’ 10-0. Athleta rkupraw u kisbu żewġ baskets minn Vella u Patus però Floriana kellhom aktar punti minn Marco Mercieca u Vasovic. Fl-aħħar minuta reġa’ kien Patus li għamel ħames punti konsekuttivi biex Athleta serrħu rashom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 77-68.

Floriana Cafe Del Mar: N. Oudendag 18, M. Mercieca 2, L. Ross 15, N. Sultana 11, S. Borg 4, N. Vasovic 18, C. Calleja, S. Detemmerman, O. Shamala, D. Agius.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, R. Vella 11, C. Patus 36, A. Aquilina 2, M. G. Montaldo, O. Said 12, M. Gouder, I. Tanti 6.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Cesar Baena.





Leave a comment