Finali oħra bejn Caffè Moak Luxol u Electrofix Hibernians

Monday, January 25, 2016, 18:55

TAZZA LOUIS BORG NISA

Ic-champions Caffè Moak Luxol u Electrofix Hibernians se jikkontestaw ukoll il-finali tat-tazza Louis Borg wara li kif mistenni għelbu fis-semifinali lil Starlites Naxxar u Gżira Athleta rispettivament. Din se tkun it-tieni finali bejn dawn iż-żewġ timijiet hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se jiltaqgħu fil-finali tas-St. James Hospital Knock-out.

Electrofix Hibs 53

Gżira Athleta 45

(15-11)(11-10)(18-13)(9-11)

Electrofix Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ fis-semifinali tagħhom kontra Gżira Athleta b’rebħa ta’ 8 punti 53-45. Hibs inkludew għall-ewwel darba lill-aħħar akkwist tagħhom Greta Costa fil-waqt li Atheta kienu mingħajr Kelly Busuttil. Hibs bdew bil-punti ta’ Maria Said li bdiet tieħu diversi rebounds fl-attakk flimkien ma’ Christina Grima bl-Athleta jwieġbu bi trippla ta’ Antoinette Borg. Costa għamlet l-ewwel punti tagħha ma’ Hibs bi trippla u Leanne Sciberras irrispondiet għall-Athleta biex Hibs temmew it-taqsima 15-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Hibs komplew iżidu l-vantaġġ b’aktar punti ta’ Said u C. Grima biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 24-14. Athleta ġew lura bi break ta’ 7-0 b’punti minn Sharon Vella u Sciberras biex fl-intervall Hibs kienu 5 minn fuq 26-21.

Fit-tielet taqsoma kienet Christina Grima li kisbet il-maġġoranza tal-punti għal Hibs u tlett trippli tagħha ħallewhom f’vantaġġ komdu. Athleta rrispondew bil-punti ta’ Denise Said Hollier flimkien ma’ Vella però Hibs kienu għadhom 10 minn fuq 44-34. Hibs bdew l-aħħar taqsima bi break qasir ta’ 8-2 b’punti minn Costa, Grima u Hannah Al Tumi. Athleta reġgħu daħlu fil-partita bi break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Vella u Borg biex il-partita ntemmet b’basket fuq kull naħa biex Hibs temmewha tmienja minn fuq 53-45.

Electrofix Hibs: J. Scerri 1, E. Cassar, N. Vella, I. Agius, J. Grima 2, M. Said 12, C. Grima 31, K. P. Mifsud, N. Mifsud, H. Al Tumi 2, N. Farrugia, G. Costa 5.

Gżira Athleta: S. Pisani, L. Sciberras 8, S. Cilia, D. Said Hollier 6, A. Borg 10, R. Sciberras, S. Vella 11, E. Pace, C. Mifsud 10.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Starlites Naxxar 29

Caffè Moak Luxol 87

(6-11)(13-29)(4-21)(6-26)

Luxol aċċertaw post fil-finali tat-tazza Louis Borg sa’ mill-ewwel leg hekk kif għelbu lil Starlites Naxxar 87-29. Starlites kellhom nieqsa lil Kristy Galea, Nicole Caruana u Kim Borg fil-waqt li Luxol kienu mingħajr Sophie Abela li se tkompli l-karriera tagħha barra minn pajjiżna. Il-partita kellha bidu kwiet speċjalment minn naħa ta’ Luxol li damu xi fti biex ingranaw u l-coach tagħhom Charles Bonnici kostrett jagħjjat time-out kmieni. Starlites kienu minn fuq fl-ewwel minuti wara punti minn Jean Doughty, Danielle Agius u Lindsey Pirotta. Luxol għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-0 għal skor ta’ 11-6. Luxol komplew b’run oħra ta’ 11-0 fil-ftuħ tat-tieni taqsima bil-punti ta’ Steffi De Martino u trippla ta’ Sarah Pace. Starlites wieġbu bi trippla ta’ Samantha Tabone bil-Luxol ikomplu bil-punti ta’ Mandi Mercieca u Christine Curmi biex daħlu jistrieħu 40-19 minn fuq.

Wara l-intervall Luxol kienu dominanti meta kellhom break qawwi ta’ 20-2 b’diversi punti ta’ De Martino u kellhom ukoll il-baskets minn Pace, Martina Darmanin u Nicole Agius. Huma temmew is-sessjoni 61-23 minn fuq u fl-aħħar perjodu bdew bi break ieħor ta’ 25-0 b’De Martino tibda bi 12 –il punt konsekuttiv. Kien hemm ukoll il-punti ta’ Abigail Calleja u trippla ta’ Agius bi Starlites jiksbu l-punti tagħhom minn Agius biex Luxol ħarġu rebbieħa 87-29.

Starlites Naxxar: D. Agius 8, J. Doughty 8, S. Tabone 3, K. Pirotta, A. Demanuele 4, L. Pirotta 6, E. Magrin, S. Davies.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 13, B. Zammit, N. Agius 16, J. Borg Cardona 4, M. Mercieca 9, S. De Martino 34, M. Caruana, P. Ellul 5, A. Calleja 2, M. Darmanin 2, C. Curmi 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Christine Farrugia.

Caffè Moak Luxol 81

Starlites Naxxar 23

(15-6)(20-10)(17-6)(29-1)

Fil-logħba ta’ ritorn, Caffè Moak Luxol kisbu rebħa oħra tajba kontra Starlites 81-23. Kif ġara jumejn qabel Luxol ħadu xi żmien biex jissetiljaw u Starlites kienu żewġ punti fuq quddiem fis-seba’ minuta 8-6. Sarah Pace għamlet trippla hekk kif Luxol għamlu break ta’ 7-0 run u għalqu l-perjodu fuq quddiem 15-6. Fit-tieni sessjoni Luxol baqghu jżidu l-vantaġġ tagħhom b’punti minn Joselle Borg Cardona u Steffi De Martino li kellha wkoll trippla. Kristy Galea u Danielle Agius wieġbu għal Starlites iżda fl-intervall Luxol kellhom vantaġġ komdu 35-16.

Wara l-mistrieħ, Luxol fetħu b’run oħra ta’ 8-0 qabel ma’ Starlites kellhom il-baskets minn Agius u Samantha Tabone. Luxol kellhom run oħra b’aktar punti minn De Martino u Christine Curmi biex huma żiedu l-vantaġġ tagħhom għal 30 punt 52-22. Fl-aħħar sessjoni, Luxol kienu dominanti totalment hekk kif ħallew lil Starlites mingħajr punti għall-maġġoranza tas-sessjoni. Huma kellhom three pointers minn Mandi Mercieca flimkien ma tnejn oħra minn Beverlee Zammit. Il-punti ta’ Luxol komplew ġejjin b’mod regolari speċjalment minn Merciec u Zammit u kien biss fl-aħħar sekondi li Starlites kisbu l-uniku punt tagħhom bi free-throw ta’ Agius biex Luxol rebħu l-logħba 81-23 u għaddew b’aggregate score ta’ 168-52.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 9, B. Zammit 12, N. Agius 1, J. Borg Cardona 13, M. Mercieca 13, S. De Martino 15, M. Caruana, P. Ellul 4, A. Calleja 2, M. Darmanin 4, C. Curmi 8.

Starlites Naxxar: D. Agius 7, K. Galea 8, J. Doughty 1, S. Tabone 9, S. Davies, K. Pirotta, A. Demanuele, L. Pirotta, E. Magrin.

Referees: Stepehen Micallef, Jennifer Mangani.

Gżira Athleta 40

Electrofix Hibs 72

(8-28)(10-18)(12-10)(10-16)

Electrofix Hibernians se jiltaqgħu f’finali kontra Caffè Moak Luxol wara li rebħu wkoll it-tieni leg tas-semifinali tagħhom fit-tazza Louis Borg kontra Gżira Athleta 70-42. Hibs kienu fetħu vantaġġ ta’ 8 punti fl-ewwel leg u malajr fetħu il-logħba b’run ta’ 13-4 b’punti minn Maria Said u Elena Cassar inkluż trippla. Athleta wieġbu bill-baskets ta’ Denise Said Hollier u Sharon Vella biex naqqsu l-iskor. Hibs wieġeb lura bil-qawwi hekk kif huma għamlu break ta’ 15-0 b’Cassar tagħmel it-tieni trippla tagħha flikien mal-punti ta’ Josephine Grima u Julia Scerri għal skor ta’ 28-8. Fit-tieni taqsima Athleta ppruvaw jirkupraw u kellhom tlett baskets konsekuttivi minn Said Hollier u Vella. Madankollu Hibs ma damux wisq żmien biex irrispindodew hekk kif għamlu run oħra ta’ 16-2 b’aktar punti minn Cassar flimkien ma’ Christina Grima u Josephine Grima u fl-intervall kellhom vantaġġ komdu ta’ 46-18.

Fit-tielet perjodu, Hibs komplew bl-istess ritmu speċjalment fl-ewwel minuti meta kellhom punti minn C. Grima u Greta Costa. Athleta imbagħad wieġbu bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Antoinette biex naqqsu l-iżvantaġġ 30-56. Fl-aħħar taqsima minkejja li kellhom diversi players ta’ fuq il-bank fuq il-court, Hibs xorta rnexxielhom iżżommu l-vantaġġ tagħhom. Huma kellhom ukoll it-three pointers minn Kim Portainer Mifsud u aktar baskets minn C. Grima u Nadia Mifsud. Athleta kellhom diversi free-throws minn Vella u Said Hollier madankollu Hibs rebħu l-logħba 72-40 u għaddew b’aggregate score ta’ 125-85.

Gżira Athleta: M. Debono, S. Pisani, L. Sciberras 2, S. Cilia, D. Said Hollier 15, A. Borg 6, R. Sciberras, S. Vella 13, E. Pace 2, C. Mifsud 2.

Electrofix Hibs: J. Scerri 4, E. Cassar 16, N. Vella, I. Agius, J. Grima 12, M. Said 8, C. Grima 14, K. P. Mifsud 8, N. Mifsud 2, H. Al Tumi 2, N. Farrugia 2, G. Costa 4.

Referees: Stephen Micallef, Christine Farrugia.





Leave a comment