- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Finali bejn Starlites Naxxar u St. Nicholas Suns

Posted By sportinmalta1 On December 15, 2015 @ 4:12 pm In Basketball,Featured | No Comments

 BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 89

Gżira Athleta 76

(25-14)(29-16)(25-26)(10-20)

Starlites għamlu pass lejn rebħ ta’ unur ieħor fit-tieni diviżjoni meta fis-semi-finali tal-BOV Knockout huma għelbu lil Gżira Athleta 89-76. Starlites kienu mingħajr Chris Doublet u Jacob Formosa fil-waqt li Mike Giusti kien nieqes għall-Athleta. Starlites bdew tajjeb mal-ewwel meta kellhom it-three pointers minn Ivan Mitrovic u Alec Felice Pace u punti minn Thomas Grech biex sa nofs l-ewwel sessjoni kien diġa kellhom vantaġġ doppju fuq l-avversarji 20-10. Athleta kellhom il-punti minn Joshua Aquilina, Joel Symmons u Martin Krastev però Starlites żiedu l-vantaġġ wara baskets ta’ Felice Pace u Miguel Falzon biex temmew l-ewwel sessjoni 25-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites kellhom bidu qawwi meta għamlu run ta’  12-0 b’aktar punti minn Falzon flimkien ma’ Anthony Schembri u żiedu l-vantaġġ għal 23 punt 37-14. Athleta finalment wieġbu permezz ta’ Martin Berisha iżda pronta kienet ir-risposta minn Starlites permezz ta’ Mitrovic li kellhu tlett trippli oħra f’fdin it-taqsima u għalkemm Stefan Vincic ukoll wieġeb bi trippla għall-Athleta, Starlites daħlu jistrieħu 54-30 minn fuq.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u offrew logħob pjaċevoli tant li saru 51 punt. Għal Starlites kien hemm iktar punti minn Mitrovic, Falzon, Felice Pace u Grech li tista’ tgħid qasmu bejniethom il-punteġġ kollhu tagħhom f’din it-taqsima. Athleta kellhom punteġġ aktar maqsum fejn kien hemm trippla minn Krastev li kellhu wkoll żewġ baskets flimkien ma’ Aquilin, Luca Stefanovic u Daniel Buhagiar. Starlites kienu għadhom 79-56 minn fuq fi tmiem is-sessjoni u fir-raba’ waħda żiedu l-vantaġġ permezz ta’ Grech u Falzon. Wara li Starlites kienu 89-62 minn fuq, Athleta għamlu break ta’ 14-0 b’punti minn Symmons u Stefanovic biex għamlu l-iskor aktar rispettabli u Starlites ħadu r-rebħa 89-76.

Starlites: A. Schembri 5, K. Azzopardi, L. Vella 1, M. Azzopardi, C. Schembri, M. Falzon 17, A. Felice Pace 13, I. Mitrovic 30, O. Psaila, A. Cutajar, T. Grech 22.

Gżira Athleta: J. Symmons 16, F. Mifsud Bonnici 6, J. Wait 2, D. Buhagiar 4, L. Stefanovic 13, E. Schiappati, R. Bezzina 1, J. Aquilina 4, M. Krastev 13, S. Vincic 8, M. Berisha 3, M. Gauchi Montaldo 6.

Referees:  Alfred Carbonaro, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Mellieħa Mr. Green 64

St. Nicholas Suns 72

(16-19)(14-14)(15-9)(19-30)

St. Nicholas Suns wettqu rimonta fl-aħħar taqsima biex għelbu lil Mellieħa Mr. Green biex se jkunu huma li se jaffrontaw lil Starlites fil-finali. Il-partita kienet missielta biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom. Mellieħa bdew b’basket ta’ Robert Loporto però Suns wieġbu b’run ta’ 7-0 kollha minn Roberto Alosco li kellhu wkoll trippla. Mellieħa kellhom it-three pointers minn Steve Sammut u Ian Terribile biex ġabu l-iskor indaqs 14-14. Louis Camilleri reġa’ poġġa lil Suns fuq quddiem sa’ tmiem l-ewwel sessjoni 19-16. Fit-tieni perjodu, Mellieħa reġgħu rrispondew bil-punti ta’ Sammut b’żewġ three pointers. Wara żewġ baskets oħra minn Camilleri għal Suns, Mellieħa kellhom run ta’ 7-0 però kienu Suns li għamlu l-aħħar punti bi trippla ta’ Simon Cauchi biex daħlu jistrieħu minn fuq 33-30.

Wara l-intervall, kienu Mellieħa li kellhom l-aħjar bidu  meta bdew b’run ta’ 10-0 b’aktar punti minn Sammut u Clint Grixti. Huma fetħu vantaġġ ta’ 5 punti però Suns ġew lura bil-punti ta’ Alosco u John Paul Antoncic u għal darbtejn naqqsu d-distakk għal punt. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Loporto u Sammut għal skor ta’ 45-42. Fl-aħħar sessjoni, Sammut beda b’żewġ trippli però Suns wieġbu b’run ta’ 13-2 b’diversi punti ta’ Camilleri u trippla ta’ Michael Barberi. Lejn it-tmiem, Mellieħa komplew bi three pointers ta’ Sammut li kellhu disgħa b’kollox però qatt ma reġgħu ħadu l-vantaġġ. Suns għalqu l-partita bil-free-throws ta’ Barberi, Keith Scicluna u Hubert Agius biex rebħu l-partita 72-64.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 5, M. Farrugia 5, S. Sammut 31, R. Loporto 12, B. Aquilina, I. Terribile 3,E. Lupo 6, M. Cauchi, B. Soler 4.

St. Nicholas Suns: G. Cutajar, S. Borg, K. Scicluna 4, L. Camilleri 28, H. Agius 7, M. Barberi 7, J.P. Antoncic 6, R. Alosco 8, R. Camilleri, R. Camilleri 4, S. Cauchi 3, B. Liebe 5.

Referees:  Emanuel Mangani, Christine Farrugia.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/finali-bejn-starlites-naxxar-u-st-nicholas-suns/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.