Finali bejn Siġġiewi u A to Z Electronics Athleta

Monday, November 7, 2011, 13:00

minn Colin Schembri

ST.JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

Siġġiewi 70 Bupa Luxol 67 (18-17)(17-13)(14-22)(19-15)

Depiro vs Athleta

Depiro vs Athleta

Siġġiewi żammew sod fl-aħħar ħinijiet biex għelbu lil Bupa Luxol 76-67 fis-semifinali tas-Saint James Hospital Shield. Siġġiewi kienu mingħajr Marco Matijevic fil-waqt li Luxol ippreżentaw lill-Amerikan Jerom Belin wara li dan ħa sehem fil-Gozo Cup. Belin għamel 38 punt fosthom 8 three pointers pero ġie fouled out fl-aktar ħin kruċjali tal-partita. Fil-bidu tal-partitaa l-vantaġġ beda jdur fuq kull naħa u meta waslet l-ewwel trippla ta’ Belin, Luxol ħadu vantaġġ minimu 7-6. Nigel Sultana u Louis Camilleri reġgħu poġġew lil Siġġiewi fuq quddiem. Ir-risposta ta’ Luxol waslet minn Lee Ross u Antoine Costa flimkien ma’ Belin f’run ta’ 7-0. Trippla ta’ Alan Borg bdiet run ta’ 8-3 minn Siġġiewi li temmew l-ewwel sessjoni b’punt vantaġġ 18-17. Siġġiewi komplew jagħfsu fil-ftuħ tat-tieni perjodu li bdewh b’run oħra ta’ 11-2 fosthom it-tieni trippla ta’ Borg. Wara time-out ta’ John Tabone, kien hemm free-throws fuq kull naħa qabel ma Luxol għamlu run ta’ 9-2 fosthom trippla miż-żagħżugħ CJ Cordina biex naqqsu d-distakk għal 5 punti fl-intervall 30-35. Luxol ippareġjaw fit-tielet sessjoni 35-35 wara offensive rebounds minn Andrew Cremona. Siġġiewi reġgħu ħadu l-vantaġġ grazzi għal Camilleri u Chris Maeir pero trippli ta’ Belin raw lil Luxol jieħdu vantaġġ ta’ 3 punti 46-43. Il-partita baqgħet missielta pero’ Luxol żammew il-vantaġġ sa tmiem is-sessjoni 52-49. Ir-raba’ perjodu fetaħ b’basket minn Belin pero Siġġiewi wieġbu bi tlett trippli konsekuttivi minn Peter Shoults u Eman Xuereb u b’Belin fuq il-bank bir-raba’ foul. Il-player Amerikan reġa’ daħal ftit wara u reġa’ ppareġja l-partita 60-60 pero’ Borg u Celemet Kodomaris taw vantaġġ ta’ 5 punti lil Siġġiewi. Belin kompla jwieġeb għal Luxol li pero’ kkometta l-ħames foul tiegħu minuta u sbatax –il sekonda mit-tmiem. Siġġiewi li sa dak il-ħin kienu fallew 7 freethrows għamlu 3 punti oħra pero’ Ross għamel trippla bi 12-il sekonda għat-tmiem. Foul fuq Shoults isarraf f’zewġ free-throws u minkejja li Luxol kellhom l-aħħar pussess ma rnexxielhomx jisfurza il-ħin barrani biex Siġġiewi rebħu l-partita 70-67 u għaddew għall-finali.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 12, P. Shoults 9, E. Xuereb 5, N. Sultana 7, A. Borg 8, JP Azzopardi, C. Maeir 15, C. Codomaris 14.

Bupa Luxol: CJ Cordina 3, M. Mercieca 2, J. Belin 38, A. M. Trigona 1, L. Ross 13, A. Costa 2, N. Vasovic 2, T. Paris, A. Cremona 7, E. C. Montaldo, JP Bonnici 2, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Clive Terribile

Depiro 52 A to Z Electronics Athleta

 67 (8-18)(14-13)(11-17)(19-18)

Fit-tieni semifinali tas-Saint James Hospital Shield A to Z Electronics Athleta għelbu lil Depiro Mtarfa 67-52 biex inagħqdu ma’ Siġġiewi fil-finali. Anke hawn kellna uċuħ ġodda fejn għal Depiro deher għall-ewwel darba l-player Amerikan Greg Hamlin u l-aħħar akkwist tagħom Adrian Micellef. Athleta ppreżentaw lit-tieni player barrani tagħhom minn Bahrain Mohammed Kuwaid fil-waqt li fit-tieni sessjoni tilfu lil Adison Bonnici b’injury f’rashu. Il-pbidu tal-partita kien bilanċjat tant li fir-raba’ minuta Athleta kellhom punt vantaġġ 6-5. Hawn ic-champions għamlu run ta’ 12-0 inkluża trippla t’Omar Saidu kien biss bi three pointer stupend ta’ Roderick Vella eżatt mal-buzzer li Depiro wieġbu fl-aħħar attakk. Il-punti naqqsu xi ftiti pero Depiro naqqsu d-distakk għal 7 punti 17-24. Michael Naudi wieġeb għal Athleta u minkejja żewġ baskets konskeuttivi minn Depiro Athleta fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fl-intervall 31-22. Fit-tielet sessjoni Depiro reġgħu bdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti hekk kif Hamlin kien qiegħed jiġi difiż tajjeb ferm. Athleta kabbru l-vantaġġ għal 15- il punt wara punti minn Dirk Schembri u Kuwaid u minkejja li Andrew Aquilina għamel trippla għal Depiro, Athleta għamlu brek ieħor ta’ 7-0. Fi tmiem il-perjdou d-distakk baqa’ ta’ 15-il punt favur Athleta 48-33. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet irrispondew lil xukn fl-ewwel 4 minuti qabel ma’ Andras Fekete għamel trippla għal Athleta li komplew sejrin fi’run oħra ta’ 11-3. Depiro għamlu sforz biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli u għalqu l-partita bi break ta’ 9-0 pero Athleta rebħu l-partita 67-52.

 Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, A. Aquilina 6, A. Portelli 8,A. Micallef 7, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 11, G. Hamlin 11.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, D.Bugeja 6, M, Kuwaid 16, D. Schembri 14, M. Giusti, A. Fekete 5, O. Said 8, A. Bonnici 8, K. Baldacchino..

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Alfred Carbonaro.

FINALI – Il-Ħadd 13 ta’ Novembru – Siġġiewi vs A to Z Electronics Athela – fl-16.30.





6 Comments

  1. FORZA BLUES says:

    One question I would like to ask? How come Addison Bonnici got injured? If a player can literally open such a wound on Addison head and not a foul was called SAYS IT ALL.

    [Reply]

    Ali Reply:

    Why SAYS IT ALL? You know how the wound was made before coming to conclusions?

    [Reply]

    FORZA BLUES Reply:

    Look at the wound….it is a U shape and it has teeth mark, coming from the foreign player. It definitely was accidental and definitely it was still a foul.

    [Reply]

  2. USA says:

    XI hadd jaf ir-raguni vera ghalfejn il-maki ma laghbx kumbinazzjoni kontra l-Luxol…l-ghasfur jghid li s-siggiewi diga qed ifitxxu amerikan!! biex igibu amerikan iridu jghidu bye bye lil maki bhal m’ghamlu loyola. nehhew is-serb li kellhom u gabu amerikan. nasheb dawn is-serbi kollha fis-second se jispiccaw

    [Reply]

  3. Truly Bball Lover says:

    I think he is mr A not E bonnici…!!

    [Reply]

  4. louis mizzi says:

    Hope that Mr. E. Bonnici has a quick recovery and will be back on court soon. On a positive note Il Mundu of Atletha missed the game as he had to take Mr. Bonnici to the Clinic. Il-paci u il kwiet waqa fuq Ta Qali.

    [Reply]

Leave a comment